Illum previous editions

ILLUM 5 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266185

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 • illum Joseph Muscat u 17 Black Sa issa m'hemm xejn li jorbot lill-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista ma' din il-kumpanija - ħlief dak ir-ritratt msemmi diġa' li tellgħat Caruana Galizia. Keith Schembri u 17 Black L-eks Chief of Staff huwa l-aktar persuna marbuta ma' din il-kumpanija wara sidha Yorgen Fenech. Dan għal żewġ raġunijiet. L-ewwel raġuni hija li l-midja kienet kixfet illi 17 Black hija target client tal-kumpanija li fetaħ fil-Panama u allura l-flus fiha kellhom - allegatament - jgħaddu għal għand il- kumpanija tiegħu. Kollox jorbot ma' email minn Nexia BT, naturalment. F'email Karl Cini kien qal illi fil-kumpanija ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi kellhom jidħlu $2 miljuni f 'temp ta' sena biss. Minn fejn? Minn attivitajiet ta' skart, sajd u turiżmu fil-Bangladesh, l-Indja u pajjiżi fl-Afrika - fost oħrajn. Fl-għarfien pubbliku la Schembri u lanqas Mizzi m'għandhom negozji f 'dawn il-pajjiżi u ta' din in-natura. It-tieni raġuni hija li kien Schembri stess li ammetta illi 17 Black kienet parti mill-pjan ta' negozju tiegħu għalkemm kien qal li ma sarux tranżazzjonijiet magħha. Kien fil-Qorti ġimagħtejn ilu li ammetta illi kien jaf li 17 Black kienet ta' Fenech li miegħu tant hu ħabib li qal illi lest li "jidħol fin-nar għalih." Yorgen Fenech huwa sid 17 Black, sirna nafu permezz ta' storja investigattiva mid-Daphne Project. Din l-istorja faqqgħet wara li The Sunday Times kienet irrappurtat kif 'negozjant kbir' kien wara l-assasinju'. Fl-istess ġurnata, id-9 ta' Novembru 2018, kien żvelat kif 17 Black kienet target client ta' żewġ kumpaniji fil-Panama, Hearnville tal-eks Ministru Konrad Mizzi u Tillgate tal-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri. Dan ifisser li kellha tgħaddi flus ġo fiha għal għand dawn iż-żewġ kumpaniji. Fenech, kien Kap Eżekuttiv ta' Tumas Group. Electro Gas Malta (EGM) li bniet u llum tmexxi l-Power Station li taħdem bil-gass f 'Delimara hija magħmula minn GEM Holdings (33.34%), li minnha Tumas Group għandha 35.16%, Socar Trading 33.33% u Siemens Project Ventures 33.33%. Sal-lum saru allegazzjonijiet fuq tliet pagamenti li daħlu f '17 Black 1) $1.4 miljun mill-Ażerbajġan minn Rufat Baratzada - security f 'sit ta' kostruzzjoni fl-Ażerbajġan, 2) allegatament għaddew ukoll $200,000 mill- aġent tat-tanker tal-gass f 'Delimara, xi ħaġa li dan ċaħad u 3) €4.6 miljun fi flus mill-proġett tal-Wind Farm f 'Montenegro. Sal-lum ma nstabet ebda prova li dawn il-flus kienu għaddew għand il-kumpaniji ta' Schembri u Mizzi. Għax ma laħqux għaddew sa meta bdew jinkixfu l-fatti? Jew għax ma kinux destinati għal għandhom? L-awtoritajiet finanzjarji fid-Dubaj ikkonfermaw li fil-kumpanija 17 Black kien hemm $1.6 miljuni. F'kuntatt ma' Reuters l-Aġent Kap tal-Unit tal-Intelliġenza Finanzjarja (FIU) tal-Emirati Għarab Magħquda Ali Faisal Ba'Alawi sostna illi l-flus kienu rrilaxxati għax ma kien hemm ebda ordni ta' friżar mill-ebda awtorità, lanqas minn Malta. Daphne u 17 Black Kienet Daphne Caruana Galizia li nhar it-22 ta' Frar 2017 - xaharejn qabel issejħet elezzjoni ġenerali bikrija u wara illi diċeriji li se toħroġ storja kbira kienu ilhom iduru - bdiet turi li taf xi ħaġa. Bdiet turi li taf illi 17 Black hija kumpanija bbażata d-Dubaj - verità - u li b'xi mod, imdaħħlin magħha hemm erba' minn nies. Hija semmiet lil Keith Schembri u Konrad Mizzi, li kif se naraw huwa vera li kellhom isimhom marbut b'xi mod ma' din il- kumpanija. Semmiet ukoll lil Joseph Muscat, dak iż-żmien Prim Ministru - għalkemm sa issa m'hemm xejn li qed jorbot lil Muscat direttament mal-kumpanija u finalment lill-eks Ministru Nazzjonalista John Dalli, li sa issa fl-ebda ħin u bl-ebda mod ma ssemma' fi skandli, proġetti jew żviluppi marbutin mal-assasinju Caruana Galizia. Kien fl-istess blogg, fil-kummentarji illi Caruana Galizia semmiet isem Yorgen Fenech għall-ewwel darba f 'referenza għall- proġett ta' power station. Altru minn hekk, Daphne Caruana Galizia ftit ħarġet informazzjoni dwar din il-kumpanija, llum f 'nofs tempesta politika - l-akbar minn ħafna marbutin mal-Panama Papers. Yorgen Fenech u 17 Black ALBERT GAUCI CUNNINGHAM 17 Black. Il-kumpanija fid-Dubaj li ħadd ma kien jaf ta' min hija u li sidha qatt ma qal li hija tiegħu. Sakemm, biċċa, biċċa, bdiet ħierġa l-verità dwar ta' min hi, xi flus allegatament daħlu fiha, fattwalment kemm kien hemm flus fiha, lil min kellha tgħaddi dawk il-flus u finalment l-assasinju ta' ġurnalista li kienet se tikxef kollox u b'sid 17 Black akkużat b'dan l-assasinju. 17 BLACK Il-brimba fin-nofs ta' għanqbuta mifruxa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 July 2020