Illum previous editions

ILLUM 19 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270961

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 • illum ŻBALJI, NUQQAS TA' KONSULTAZZJONI U MEMORANDUM Dak li qal l-Awditur fuq il-kuntratt Nies li ma ġewx ikkonsultati - inkluż il- Kabinett, ħadd ma jinżamm kontabbli, ftehim qabel biss il-Gvern jibda proċess suppost kompettitiv ta' tendering, gideb u aktar. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn ir- rapport tal-Awditur dwar l-għoti tal-konċessjoni ta' tliet sptarijiet lill-VGH ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Vitals Global Healthcare (VGH) hija kumpanija li qatt ma konna smajna biha sa qabel ingħatat b'konċessjoni ta' tliet sptarijiet pubbliċi għal 99 sena. Minn hemmhekk bdiet saga li għad trid tinħall, kobba magħquda waħda sew b'ħafna mistoqsijiet u dubji. Il-ġimgħa l-oħra l-Awditur Ġenerali (NAO) ippubblika rapport - minn sensiela ta' tlieta - li fih jagħti ħarsa lejn l-għoti ta' dawn l-isptarijiet lill- VGH. Il-gazzetta ILLUM qed tippubblika ħarsa lejn l-iktar punti saljenti minn dan ir-rapport biex dawk kollha li ma qrawhx ikunu jafu x'qed jgħid, x'mistoqsijiet qed iqajjem u x'konklużjonijiet wieħed jista' jasal għalihom. Ir-rapport tal-NAO jagħmel ċar u juri tħassib diversi drabi dwar il-fatt li ħafna ma kinux ikkonsultati mill-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa - dak iż-żmien Konrad Mizzi - li taħtu kellu lil Chris Fearne bħala Segretarju Parlamentari għas- Saħħa. Kollox jindika illi kollox kien f 'idejn Mizzi. 1 - L-NAO qal illi kellu "tħassib gravi" espress f 'punt 5.2.13 illi s-Segretarjat Parlamentari tas- Saħħa "ma kien involut bl-ebda mod li huwa importanti fil-formolazzjoni tal-konċessjoni għall-Isptarijiet u fuq il-vijabbilità tal-proġett." L-Awditur jgħid illi l-Ministeru (Mizzi) mexxa 'l quddiem bil-proġett "b'konsultazzjoni limitata" mas-Segretarjat Paralmentari kif ukoll mal- istakeholders fil-qasam tas-saħħa, minkejja li dan kien proġett fil-qasam tas-saħħa. 2 - L-NAO jgħid li meta wieħed jiftakar li dan il-ftehim mal-VGH kien se jaffetwa tant nies fil- qasam tas-saħħa li jaħdmu mal-Gvern, il-fatt li Mizzi ma kkonsultax lil Fearne hija xi ħaġa "li ma tistax tinfthiem." 3 - Imma mhux biss! L-NAO jgħid illi l-Kabinett ma kienx informat b'mod tajjeb dwar il-proġett lanqas u jfakkar li l-Kabinett tal-Ministri kien involut fi kwistjonijiet li l-NAO jgħid li mhumiex importanti. Jgħid hekk: "Il-Kabinett intalab l-appovazzjoni fuq leġiżlazzjoni qabel il-ħruġ tal-Rikjesta għall-Proposti (RfP) - kwistjoni periferali meta tqis il-kuntest tal-konċessjoni." 4 - Minkejja li nħarġu miljuni mit-taxxi tal- poplu il-Ministeru tal-Finanzi "la kien jaf, la kien ikkonsultat u lanqas kien ipprovdut b'biżżejjed informazzjoni fuq il-proċess ." Ir-rapport jgħid li dan jirrifletti ħażin fuq il-koordinazzjoni bejn il-Ministeri fuq dan il-proġett. 5 - Anke fuq ir-rapport ta' vijabbilità - li dwaru l-NAO jirriżerva l-kritika, uffiċjali tas-Segretrjat Parlamentari dak iż-żmien immexxi minn Chris Fearne jgħidu illi ma kinux jafu b'dan il-proċess li wassal għal rapport ta' vijabbilità. Inti u taqra dan ir-rapport ma tistax ma tistaqsix lilek innifsek jekk kollox kienx maħdum minn qabel. U l-NAO ma tantx iħalli wisq għall-immaġinazzjoni. 1 - Ta' interess partikolari f 'din is-saga kollha huwa ehim li sar - u li kien ippreżentat fil-Qorti minn wieħed mis-sieħba fil-VGH (Dr. Ratehalli) li huwa datat t-23 ta' Novembru 2014 - tliet xhur qabel il-Gvern ippubblika r-Rikjesta ta' Proposti (RfP) 2 - Dan il-ehim kien bejn Ambrish Gupta irrapreżentat minn Ratehalli f 'isem AGMC Inc., Portpool Investiments irrapreżentata minn Ram Tumuluri - wieħed mid-Diretturi tal-VGH u Bluestone Special Situation 4 Ltd li hija l-unika shareholder ta' Bluestone Investments Malta li tmexxi lill-VGH flimkien mal-Gvern. Dan ifisser li l-ehim kien bejn il-Gvern u n-nies li mbagħad iffurmaw il-VGH, qabel proċess ta' tendering. 3 - Dawn flimkien daħlu fi ehim biex "tkun żviluppata faċilità ta' klassi għolja ta' saħħa." Dawn flimkien kellhom ikollhom sehem ta' 70% fil- proġett. 4 - Il-proġett - x'kumbinazzjoni! - huwa kważi eżatt dak li xhur wara rebħet il-VGH wara proċess suppost kompettitiv. Dan il-proġett kien - it-teħid u tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, il-bini ta' sptar ieħor ta' 200 sodda ħdejn dak preżenti f 'Għawdex biex isir sptar għat-tagħlim, il-bini ta' faċilità li fiha jgħixu l-istudenti u l-akkwist tal-Isptar San Filippu u/jew San Luqa 5 - Gupta qabel li jħallas $425,000 li kellu jgħaddi lil Bluestone b'$150,000 jitħallsu dakinhar li sar il- ehim. Gupta sar imbagħad is-sid ta' 25% tal-ishma ta' Bluestone Investments Ltd. 6 - Konrad Mizzi qal li hu ma kienx parti minn dan il-ehim, ma kellux kopja tiegħu, ma ffirmahx u ma kienx jaf min iffirmah 7 - Il-Kap Eżekuttiv ta' Malta Enterprise qal li l-entità ma kinitx parti minn dan il-ehm, ma ffimartux u ma kellhiex kopja tiegħu 8 - L-NAO qal illi saru diversi rikjesti imma dan il-dokument ħadd ma għaddijulu 9 - Wara li l-PM Robert Abela qal li dan ma setax jinstab u ordna li jinstab, ġie mgħoddi lill-Uffiċċju tal-Awditur 10 - L-NAO jgħid li dan ir-rapport u l-fatt li l-Gvern (qabel) ma riedx jgħaddieh "jitfa' l-akbar dellijiet fuq il-validità tal-konċessjoni mogħtija mill-Gvern, għax fir-realtà kollox jidher illi kien maqbul minn qabel u li l-proċess ta' għażla kien biss intenzjonat bħala eżerċizzju superfiċjali li wassal għal riżultat ddeterminat (minn qabel)." Kollox f'idejn Konrad! Kollox maħdum bizilla minn qabel?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 July 2020