Illum previous editions

ILLUM 26 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272929

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 • illum opinjoni Edward Zammit Lewis Gvern ta' riformi (2) - Ġudikatura aktar b'saħħitha u effiċjenti Edward Zammit Lewis huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Governanza u Ugwaljanza S a mit-twelid tal-ammin- istrazzjoni Robert Abela f 'Jannar li għadda, bde- jna naħdmu fuq riformi istituzzjonali bla preċedent. F'Jannar li għadda l-Prim Ministru, apparti li ħatarni bħala l-Ministru tal-Ġustizzja tiegħu, fdani bl-irwol sensittiv bħala l-persuna li se mmexxi 'l quddi- em ir-riformi istituzzjonali. Kburi li ngħid li dawn ir- riformi lestejnihom f 'inqas minn ħames xhur, tant li issa ninsabu fi stadju fejn qed inressqu l-abbozzi ta' liġijiet fil-Parlament. Qed inressqu 10 abbozzi, li jekk implimentati se jkunu qed jaġġornaw lil pajjiżna għal wieħed iktar demokratiku, li jirrispetta aktar is-saltna tad-dritt u jaħdem bil-buon governanza. Waħda mill-ikbar bidliet li qegħdin inwettqu, bla dubju ta' xejn hija dik li tirrigwarda l-ġudikatura. Maqsuma f 'żewġ liġijiet, waħda titratta l-ħatra, u l-oħra it-tneħħija u d-dixxiplina tal-ġudikanti, din ser tkun qed ssaħħaħ wieħed mill-pilastri indispensabbli ta' pajjiżna. Ħatriet Ġudizzjarji Nibda billi nfakkar li lura fl-2016, il-Parlament b'mod unanimu kien qabel fuq numru ta' bidliet li huma importanti hafna, u dakinhar ingħata bidu għar-riforma ġudizzjarja estensiva li saret din is-sena minni bħala Ministru tal- Ġustizzja. Dakinhar, għall-ewwel darba kien inħoloq Kumitat Tal-Għażla Tal-Ġudikanti (JAC) magħmul minn nies indipendenti li għandhom il- għan li jagħtu parir lill-Gvern dwar persuni li jkunu applikaw magħhom biex iservu bħala Maġistrat jew Imħallef. Waqt li qabel il-Prim Ministru kellu s-setgħa li jaħtar lil min irid, basta dan jissodisfa l-kriterji bażiċi li hemm fil-Kostituzzjoni, b'din ir-riforma l-Gvern kellu l-ewwel jara min ġie 'shortlisted', u jaħtar minn fost dawn. Dawn kienu biss l-ewwel passi, f 'riforma estensiva li laħqet il-qofol tagħha din is- sena, mal-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru, u tiegħi bħala l-Ministru tal-Ġustizzja tiegħu. Wettaqna xogħol sfiq, li se jkun qed isarraf f 'riformi bla preċedent Il-Gvern se jkun qed jirristruttura l-Kumitat għall- Ħatriet Ġudizzjarji, li l-Prim Imħallef se jkun iċ-Chairperson tiegħu flimkien ma' sitt membri oħra. Dan kollu se jkun qed ifisser li issa, f 'dan il-kumitat tant importanti, il-ġudikatura ser ikollha maġġoranza ta' siġġijiet, biex b'hekk se tkun il- ġudikatura stess li tagħżel liema huma l-aktar kandidati idonei li għandhom iservu f 'dan l-irwol importanti. Il-President ta' Malta, ukoll se jingaħta iktar poteri, billi ser ikun hu waħdu li jaġixxi, meta jkun mitlub li jaħtar Imħallef jew Maġistrat, mil-lista ta' tliet ismijiet provduta lilu mill-JAC. Il-Ħatra tal-Prim Imħallef Bdilna wkoll il-mod kif jinħatar il-Prim Imħallef. Nifmhu li dan l-irwol huwa wieħed ta' importanza kbira f 'demokrazija li tiffunzjona. Il-Gvern jaqbel li l-persuna li se tokkupa dan l-irwol tkun appuntata mill-President ta' Malta, li jaġixxi skont riżoluzzjoni appoġġjata minn żewġ terzi tal-Kamra tar- Rappreżentanti. Għamilna dan għaliex verament nemmnu li dan ser jassigura indipendenza assoluta u fiduċja fl-irwol ta' Prim Imħallef. Dixxiplina Ġudizzjarja B'differenza minn kif kien isir qabel, meta Imħallef jew Maġistrat ikun hemm bżonn illi jiġi iddixxiplinat, minflok se jidher quddiem il-Kamra tad-Deputati, se jkun qed jidher quddiem kumitat kompost minn ġudikanti stess, li xogħolu huwa li jiskrutinizza ġudikanti oħrajn. Nemmnu li din hija sistema ferm aħjar minn dik eżistenti, tant li tintuża mill-maġġoranza assoluta tal-Istati Membri tal- Unjoni Ewropea. Tneħħija tal-Ġudikanti Meta jkun hemm ġudikant li għal xi raġuni, ikun hemm bżonn li jitneħħa, irridu naraw li għal iktar imparzjalità fil- ġudikatura ta' pajjiżna, dan ma jibqax jitneħħa mill-politiku, iżda mill-Kumitat għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Dan xorta waħda ser ikollu d-dritt li jappella mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. B'hekk f 'dan ir-rigward ser ikunu qed nassiguraw li l-politiku jkun sparixxa mill-proċess kollu, u nkunu qed nirrispettaw ukoll dak li qedha tgħidilna l-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal- Bniedem fil-kawża Volkov vs Ukraine. L-Oppożizzjoni b'vot kontra l-Kummissjoni Venezja? L-Oppożizzjoni ilha snin issa tgħidilna biex nisimgħu mill-Kummissjoni Venezja. Snin u xhur tgħidilna isimgħu minnha għax se taqilgħu ċanfira. Għamilna dak li kien tajjeb għall-pajjiżna, iżda dejjem fil-parametri ta' dak li qaltilna l-Kummissjoni Venejza. Mela allura, issa l-Oppożizzjoni għandha taqbel magħna u tivvota mal-Gvern fuq dawn ir-riformi. Ninsab ċert li dawn ir-riformi se jkunu qed isaħħu mhux biss id-demokrazija u s-saltna tad-dritt ta' pajjiżna, iżda anke r-reputazzjoni ta' pajjiżna lil hinn minn xtutna. Kemm fuq livell Ewropew, u kif ukoll fuq livell dinji, ħaddieħor se jħares lejn pajjiżna u jiem il-qabża 'l quddiem li qegħdin nagħmlu, għax verament nemmnu f 'dawn ir-riformi Reputazzjoni aqwa għall- pajjiżna tfisser iktar investiment, iktar ġid, u iktar xogħol għall- poplu tagħna. Rajna dan fl-aħħar Kunsill Ewropew fejn il-Prim Ministru rnexxielu jġib pakkett finanzjajru akbar għall- pajjiżna, fi kliemu stess, anke bis-saħħa tar-rieda politika li wera pajjiżna f 'dawn ir-riformi. B'hekk nibqa' nisħaq li dawn ir-riformi huma essenzjali għall-pajjiżna, u nappella lill- Oppożizzjoni tkun fuq in-naħa t-tajba tal-istorja, tingħaqad id f 'id magħna, u tivvota favur dawn ir-riformi! Meta jkun hemm ġudikant li għal xi raġuni, ikun hemm bżonn li jitneħħa, irridu naraw li għal iktar imparzjalità fil-ġudikatura ta' pajjiżna, dan ma jibqax jitneħħa mill-politiku, iżda mill-Kumitat għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 July 2020