Illum previous editions

ILLUM 26 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272929

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni Inħarsu 'l quddiem għal sena skolastika ġdida IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol D in il-ġimgħa kienet ġimgħa oħra ta' xogħol fil-Ministeru li matulha komplejna għaddejjin bil-preparamenti, diskussjoniji- et u wkoll laqgħat dwar diversi proġetti li għaddejjin fis-settur edukattiv. Għalkemm ix-xhur tas-Sajf b'mod ġenerali jkunu kajmani fl-attività, imma fil-Min- isteru l-preparamenti għax-Xit- wa jkunu fil-qofol tagħhom. U din is-sena hija sena li matulha kellna l-perjodu tal-COVID-19, li mingħajr ma ridna daħħalna wkoll f 'atmosfera differenti u bla preċendet, li issa bil-ħid- ma kollettiva tal-Gvern ħriġna minnha. Il-ħidma kollettiva għaddejja wkoll fis-settur edukattiv. Din il- ġimgħa iffokajna sew fuq xogħol infrastrutturali li għaddej u li se jgawduħ l-istudenti u l-edukaturi meta jirritornaw għall-bankijiet tal-iskola fl-istaġun skolastiku li jmiss. Fuq quddiem hemm ix-xogħol fl-iskola l-ġdida tal-Qawra. Bħala gvern u permezz ta' dan il- ministeru, għandna prijorità li fejn huwa possibbli naraw li jkollna skejjel moderni, mgħammra bl-aħħar teknoloġija u wkoll li jkollhom ambjent li fih kemm l-istudenti u wkoll l-edukaturi jkunu komdi fil-vjaġġ eċitanti edukattiv tagħhhom. U dan l-ambjent żgur li wettaqnieh fl-iskola l-ġdida tal- Qawra. Skola ġdida u moderna, b'investiment ta' madwar €13- il miljun, li hija mifruxa fuq medda ta' 9,500 metru kwadru u li tant kien hemm bżonnha f 'din iż-żona ta' pajjiżna. Skola b'39 klassi, kindergarten u wkoll Ċentru għall-Ħarsien tat-Tfal u b'kumdità ta' lis biex il-binja tkun aċċessibli għal kulħadd, li huwa mportanti ferm. Hemm ukoll sala li tkun tista' tintuża għal skopijiet differenti, u faċilitajiet sportivi kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa, b'parkeġġ għal 400 karozza li qiegħed taħt l-iskola. Bħal ma sar fl-iskola l-ġdida ta' Marsaskala, hemm ukoll kodiċi ta' kuluri li qed tintuża biex tagħti dehra isbaħ, imma fl-istess ħin biex tgħin lit-tfal. Filfatt it-tliet sulari fl-iskola tal-Qawra fejn se jkun hemm il-klassijiet tat-tfal tal- primarja saru b'kuluri differenti apposta, bil-għan li t-tfal ikunu jafu f 'liema sular hija l-klassi tagħhom. Imma dawn il-kuluri jagħtu dehra sabiħa u vivaċi lill- ambjent li se jkunu fih l-istudenti. L-iskola se tiaħ f 'ħinijiet normali u għal dawk il-ġenituri li jaħdmu, huwa fil-pjan tal- Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi li minn Settembru/ Ottubru li ġej jinfetaħ ukoll Klabb 3-16 fil-Qawra stess. Semmejt l-iskola l-ġdida ta' Marsaskala. Naf żgur li l-ferħ u l-eċitament li kellhom it-300 student meta fi Frar tas-sena li għaddiet żanżnu l-iskola ġdida tal-primarja ta' Wied il-Għajn b'investiment ta' €6 miljun, se jkun replikat fuq wiċċ il-500 student li se jżanżnu din l-iskola l-ġdida. B'hekk f 'dawn is-snin li ilna fil-Gvern inkunu bnejna 7 skejjel ġodda. U dalwaqt nibdew dik tal-Imsida. Anké hawn għaddej xogħol kbir. Filfatt issa wasal fi tmiemu l-iskavar tas-sit tal-Iskola Primarja l-ġdida fl-Imsida. Hawn se nibnu skola kompletament ġdida, li wkoll se tkun mgħammra b'ċentru għall-ħarsien tat-tfal u kindergarten. Din l-iskola, bħal skejjel oħrajn li qegħdin nibnu, se jkollha parkeġġ taħt l-art u wkoll se tkun waħda li tirrifletti ambjent sikur, ħarsien tal-ambjent u fuq kollox ambjent modern u bl-aħħar teknoloġija għall-istudenti u l-edukaturi tagħna. Apparti x-xogħol infrastrutturali, nkomplu għaddejjin ukoll bi tħejjijiet oħra. Wara l-għeluq tal-iskejjel minħabba l-pandemija, qed nagħmlu minn kollox biex l-esperjenza edukattiva għall- istaġun skolastiku li jmiss tkun waħda impekkabbli għat-tfal tagħna u wkoll dawn li jindukrawhom fit-tagħlim tagħhom. + + + Fuq binarju ieħor nibqa' wkoll għaddej nagħti l-appoġġ tiegħi lill-għaqdiet imxerrda ma' pajjiżna bix-xogħol importanti tagħhom biex jgħinu lill-membri tagħna fil-komunità. Qed nirreferi hawnhekk għat- tnedija tal-80's & 90's Music Festival organizzat mill-Għaqda Mużikali San Leonardu ta' Ħal Kirkop. Waqt it-tnedija ta' din l-attività tajna dettalji dwar waħda mill- akbar attivitajiet organizzati matul dawn l-aħħar erba' snin mill- Għaqda Mużikali San Leonardu b'risq tal-Fondazzjoni Inspire. Apparti mis-suċċess tal-attività nnifisha, bl-organizzazzjoni għal din l-attività ammont kbir ta' żgħażagħ jinteressaw ruħhom biex jingħaqdu mal-għaqda mużikali u jgħinu lil nies vulnerabbli. Dawn l-attivitajjiet nagħtihom kull appoġġ u għajnuna għaliex nemmen li l-edukazzjoni ma tingħatax biss fil-klassi imma anke barra mill-iskola, inklużi għaqdiet mużikali lokali li joffru tipi differenti ta' tagħlim u żvilupp ta' ħiliet. F'dan il-każ, l-Għaqda Mużikali ta' San Leonardu involviet tliet għalliema professjonali biex joffru taħriġ speċjali f 'sezzjonijiet differenti li jifforma parti minn banda tipika Maltija. Apparti mill- edukazzjoni mużikali, għaqdiet mużikali joffru liż-żgħażagħ u lil membri ħafna opportunitajiet biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom permezz ta' tagħlim informali. Żgħażagħ u membri jistgħu jkunu parti mill-organizzazzjoni ta' attivitajiet varjati filwaqt li jkunu parti minn kumitati varjati. Barra minn hekk, huwa enfasizzat li bħala parti mill-impenn soċjali, tkun organizzata attività annwali għall-ġbir ta' fondi għal nies fil- bżonn. Tul is-snin, għaqdiet mużikali madwar Malta komplew jevolvu, kemm fil-mod tal-organizzazzjoni tal-festa u anke fl-edukazzjoni tal- mużika. Illum il-ġurnata għaqdiet mużikali għandhom settijiet professjonali tagħhom stess għall- edukazzjoni tal-mużika. Din is-sena se tkun immarkata bħala l-ħames sena tal-festival tal-mużika li jsir f 'Ħal Kirkop għal darb' oħra b'kollaborazzjoni mal- Fondazzjoni Inspire sabiex iktar donazzjonijiet ikunu miġbura għal kawża filantropika u ġusta. Ta' min isemmi li matul dawn l-aħħar erba' snin inġabru u ngħataw total ta' €10,000 lill-Fondazzjoni Inspire. + + + Nixtieq insmmi wkoll żewġ okkażjonijiet ta' dil-ġimgħa nteressanti ferm. Ġejt ippreżentat bi ktieb 'L-Esperjenza tat-Tagħlim' ta' Dr Terence Portelli, senior lecturer fil-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta' Malta, bi speċjalizzazzjoni fuq it-tagħlim tal-Malti. Ktieb ġdid jagħti ħarsa strutturata u dettaljata lejn l-istadji ewlenin taċ-ċiklu tat-tagħlim: it-tħejjija, it-twettiq u t-tgħarbil ta' din l-esperjenza kumplessa. L-idea wara dan il-ktieb hija li l-esperjenza edukattiva tal- istudenti tkun waħda pożittiva skont kemm l-għalliema jagħrfu jinsġu flimkien komponenti differenti taċ-ċiklu tat-tagħlim tul il-vjaġġ edukattiv tal-istudenti tagħhom. U nagħlaq billi ngħid prosit lill-Iskola primarja ta' Birkirkara fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża u l-Iskola Primarja Żejtun B li kklassifikaw fit-tieni u t-tielet post fid-dinja rispettivament li l-aktar għamlu użu mill- pjattaforma diġitali J2Webb waqt il-pandemija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 July 2020