Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272929
12 intervista IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 • illum 'Jekk ma jsir xejn se naqilgħu tkaxkira papali' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'artiklu li deher fuq The Sunday Times tal-Ħadd li għadda inti għidt li titħasseb illi jekk il-PN jibqa' sejjer kif inhu għandu xorti jtella' ħames siġġijiet fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Ma taħsibx li parti mir-raġuni hija r-reżistenza għal u l-inaċettazzjoni tar-riżultat elettorali fil-PN fl-2017? Temmen illi kieku l-partit aċċetta din ir-rebħa ta' Delia ma kienx ikun fil-frakass li jinsab fih illum? Kieku konna sena biss wara l-elezzjoni tal- 2017, jew tnejn, forsi ngħid li ma kinx għadda żmien biżżejjed biex Adrian Delia jaħdem. Imma issa għaddew tlett snin u bdejna it-tellieqa għall-elezzjoni u s-sitwazzjoni qed tmur mill-ħażin għall-agħar. Mhu qed nirranġaw xejn anzi l-partit mhux qed jiffunzjona b'mod sew, u waħda mill- funzjonijiet ta' kap ta' partit hija li jgħaqqad is-sezzjonijiet differenti, f 'team wieħed. Bin- numri għall-PN fis-sondaġġi dejjem sejrin lura bħal granċ, ma tantx jgħin lanqas u lanqas jgħinu r-riżultati li kellna tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u dawk tal-Parlament Ewropew, sena u nofs ilu. Illum Adrian Delia qed ji rreġistra fiduċja f 'dawn is-sondaġġi ta' bejn 11% u 13% li hija tal-biki. Issa għandek ukoll żewġ terzi tal- grupp parlamentari li vvota kontrih, kif ukoll l-Eżekuttiv tal-partit li wera sfiduċja fih. Dan juri li fl-elezzjoni ġenerali li ġejja se naqilgħu tkaxkira papali mill-Partit Laburista u allura jeħtieġ li jsir xi ħaġa issa. Fuq kollox ukoll, Adrian Delia għamel ċertu żbalji kbar li ma kellux jagħmilhom, bħal meta ma għamilx lil Chris Said Viċi Kap u meta keċċa lil Simon Busuttil. Dawk li ma jridux lil Delia qed jipproponu lil Therese Comodini Cachia. Is-sondaġġi li inti tikkwota fl-istess artiklu, juru li l-fiduċja lejn Comodini Cachia hija biss ta' 13.1% - bħall-fiduċja li qed juru f'Delia. Ma taħsibx li allura lanqas hi ma tidher li tista' tiġbed l-votanti u tqajjem l-ħeġġa fil-PN? Din tista' tħares lejha minn angoli differenti. Min-naħa waħda irrid ngħid li fl-ewwel sondaġġ erese Comodini Cachia ġabet voti daqs Delia, meta hu ilu hemm tliet snin. Hi qiegħda hemmhekk bħala l-magħżula biex tirrappreżenta, lill-maġġoranza tal-Membri Parlamentari tal-PN li żewġ terzi minnhom ivvotaw kontra Adrian Delia. Wieħed irid jiakar però, li jekk Delia jirriżenja u ssir elezzjoni ġdida għal-Kap ġdid tal-partit (li issa l-Kunsill Ġenerali se jiddeċiedi dwarha), iridu jinfetħu n-nomini mill-ġdid u l-kunsilliera jridu jagħżlu minn nomini li jkun hemm u nfakkar illi kull tesserat tal-PN jista' jitfa' ismu. Issejjaħ Kunsill Ġenerali. Sena wara li vvota favur Adrian Delia. X'argumenti se tuża biex tħeġġeġ lill-Kunsilliera jisfiduċjawh - propju sena jew sena u nofs (jew inqas) qabel elezzjoni ġenerali? L-istess argument li ktibt fl-ittra tiegħi. Kull sena sejrin mill-ħażin għall-agħar u fl- elezzjoni se naqilgħu tkaxkira kbira b'din ir- rata. Għal bidu u sa it ilu kont naħseb li lest nistenna sal-elezzjoni ġenerali u jsir it-tibdil waħdu hemmhekk, tibdil li se jseħħ żgur, imma b'din ir-rata u bin-numri għal Adrian Delia dejjem neżlin 'l isfel naħseb ikollna xorti intellgħu nofs id-deputati li għandna bħalissa. U allura naħseb li wasal iż-żmien li niċċaqalqu għaliex wara, ser ikun tard wisq! Jeħtieġ isir xi ħaġa urġenti issa ħalli niġbru gieħna - inkella jekk nkunu ġwejda wisq u passivi wisq ser ikun tard. Imbagħad ikun biss dmugħ tal-kukkudrilli jekk noqgħodu nibku wara. Jekk Delia jirbaħ dak il-vot inti titlaq mill-PN? U jekk le, għaliex? Qed nissoponi li qed tgħid għall-vot tal- Kunsill Ġenerali li jrid isir bilfors. Jiena nħoss li jekk Delia jirbaħ dan il-vot jiena xorta nibqa' naħdem għall-partit kif għamilt dawn l-aħħar 40 sena. Inkun għamilt dak kollu possibli biex navża u nuri u niaħ għajnejn il-Kunsilliera u t-tesserati tal-PN għat-tgħassida u froġa li ġejja. Issa min irid jgħaddas rasu fir-ramel, jara hu. Jiena xbajt iċempluli nies u tesserati jgħiduli li mhux se jivvotaw PN sakemm idum Delia. L-akbar traġedja se tkun li għandna Gvern Laburista jdejh maħmuġin b'korruzzjoni kbira u bi qtil ta 'persuna minn protagonisti ewlenin tiegħu u dan jerġa' jirbaħ l-elezzjoni. Il-fatt li l-PL qed jaghmel tant sforz fil-media tiegħu, biex il-PN iżomm lil Delia f 'postu, għandu jiaħ l-għajnejn ta' min irid jara. It-tneħħija ta' Delia tista' tkun parti mis-soluzzjoni. Kif temmen li l-Partit Nazzjonalista jista' jerġa jressaq in-nies lejh u jirnexxilu jkisser l-eġemonija Laburista - li l-PN jimplika li hija korrotta - mibnija fl-aħħar 10 snin? Irid ikollok mexxej li jagħti fiduċja lin- nies u kapaċi jkellem lil kulħadd. Irid ikollok mexxej, li jaf jitkellem imma ma hemm l-anqas l-inqas tebgħa ta' korruzzjoni fuqu. Irid ikollok mexxej, li flok jiġġieled u jġelled il-partijiet kollha tal-PN kontra xulxin, jgħaqqad lil dawn is-sezzjonijiet f 'armata politika waħda, mhux kif qegħdin illum. Irid ikollok mexxej li jgawdi l-fiduċja ta' kulhadd kemm tal-partit u tal-poplu. Irid ikollok mexxej li ma joħloqx kriżijiet fil-partit u l-pajjiz kull ġimgħatejn. Irid ikollok mexxej li jkollu d-dehen immexxi lill-partit għal rebħa u jkun alternattiva serja għall-Gvern tal-ġurnata. Irid ikollok mexxej tajjeb u dehen tal-pożizzjoni tiegħu. Jekk ikollna dan il-bniedem, jiena ċert li s-sitwazzjoni titranġa malajr u qatigħ u jista' jkollna ċans tajjeb ukoll li nirbħu l-elezzjoni ġenerali! Bħalissa ma għandna ċans ta' xejn. Karkariż, eks Deputat Nazzjonalista u eks Sindku tal- lokalità ta' Birkirkara. Michael Asciak reġa' kien fl- aħbarijiet hekk kif kien hu li fl-aħħar żewġ laqgħat tal-Eżekuttiv mexxa 'l quddiem mozzjonijiet kontra Delia - waħda ta' sfiduċja li Asciak u dawk kollha kontra Delia rebħu u din il-ġimgħa mozzjoni oħra biex issir elezzjoni għal Kap ġdid Nazzjonalista wara vot ta' sfiduċja fil-Kunsill Ġenerali