Illum previous editions

ILLUM 26 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272929

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 'Il-voti fil-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv jikkonfermaw li l-PN maqsum' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Adrian Delia ġie sfiduċjat darbtejn diġa' minn żewġ organi tal-Partit Nazzjonalista. Ma taħsibx li l-pożizzjoni tiegħu m'għadhiex tenibbli? Kif jista' jmexxi Oppożizzjoni li ma tridux? Li l-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi u jifhem l-implikazzjonijiet tal-voti li ttieħdu fil-Grupp Parlamentari u fl- Eżekuttiv huwa importanti ħafna għaliex dawn jikkonfermaw li hemm qasma fil- Partit Nazzjonalista. Dan huwa l-ewwel pass, però l-Partit Nazzjonalista ma jistax jieqaf hemm. Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista jrid jifhem eżattament x'wassal għal dan, x'inhuma l-argumenti li qed jinġiebu favur u kontra u jifhem sewwa li l-Partit Nazzjonalista mhuwiex biss partit politiku rappreżentat fil-Parlament imma huwa wkoll l-Oppożizzjoni ewlenija fil- Leġiżlattiv u għalhekk għandu mhux biss id-dover lejn il-partitarji, imma wkoll u fuq kollox, lejn dawk kollha li jistennew Oppożizzjoni kredibbli li żżomm lill- Gvern akkontabbli. Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista jrid jiem li din ma għadhiex aktar problema interna, imma saret problema nazzjonali li għaliha, il-Partit Nazzjonalista kollu għandu jerfa' r-responsabbiltà u jindirizzaha bl-aktar mod matur u immedjat biex pajjiżna jkollu Oppożizzjoni unita li tista' wkoll tkun Gvern alternattiv ladarba tgħaddi l-Konvenzjoni Ġenerali msejħa din il-ġimgħa. L-aħħar sondaġġ xjentifiku juri kemm hi ħrafa li Adrian Delia għandu l-poplu jew il-votanti Nazzjonalisti warajh. Biss, biss kważi 50% ta' dawk li vvutaw PN fl-2017 la jafdaw f 'Robert Abela pero' lanqas f 'Adrian Delia. Fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew il-PN tilef b'42,000 vot. Ma taħsibx li b'Delia fit-tmun il-PN m'għandu ċans qatt ikun fil-Gvern? Inkunu qed niżbaljaw jekk inħarsu lejn dak li jista' jiġri fl-elezzjoni ġenerali b'mod assolut. Il-Partit Nazzjonalista jkollu ċans jirbaħ l-elezzjoni biss jekk jersaq quddiem l-elettorat bħala Oppożizzjoni waħda, magħquda u determinata fil-kawża tagħha, dik li tippreżenta viżjoni aħjar għal Malta jekk tingħata l-fiduċja tal-elettorat. Is-sondaġġi huma importanti, iridu jkunu interpretati u kkunsidrati sewwa, imma sal-elezzjoni fadal ħafna u jistgħu jseħħu ħafna avvenimenti li jbiddlu l-andament politiku Malti. Adrian Delia wiegħed New Way. Din il-ġimgħa l-PN ikkonferma li se jieħu passi kontra xi membri tal-MŻPN għax jemmnu li jeħtieġ jitlaq. Din xi new way hija? Is-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech talab lill-fergħat kollha, lill- Kunsilliera u lill-Kandidati sabiex joqogħdu lura milli jikkummentaw dwar is-sitwazzjoni tal-partit fil-pubbliku (Fil-fatt, jiena wkoll żammejt lura milli nitkellem pubblikament dwar is- sitwazzjoni – din hija l-ewwel darba li qed nitkellem). Id-direzzjoni kienet tiegħu, u nistenna li kulħadd jimxi magħha. Nemmen li kulħadd għandu d-dritt jikkummenta u jiddibatti b'responsabbiltà fil-kapaċità personali, però kulħadd għandu l-obbligu li jimxi mad-direzzjoni tal-Partit jekk għandu rwol fi ħdanu. Inkunu inġusti jekk nattribwixxu dan l-episodju mal-idea ta' 'New Way' li jitkellem dwarha Adrian Delia għaliex waħda ma għandha x'taqsam xejn mal- oħra. Temmen li jekk Delia jmur għall- vot tat-tessrati jikseb maġġoranza? Għaliex taħseb hekk? Jekk ma jibqax Kap inti tibqa'? Għal darb'oħra, se nagħżel li ma nikkummentax fuq possibiltajiet ipotetiċi. It-tesserati fil-Partit Nazzjonalista għandhom sehem importanti ħafna u jagħmlu l-għażliet tagħhom skont dak li jqisuh bl-aħjar għall-Partit u l-pajjiż kif jidher li se jintalbu jagħmlu daqt. L-irwol tiegħi fil-Partit Nazzjonalista mhuwiex marbut mal-Kap tal-lum jew ta' għada, imma mal-Partit Nazzjonalista u n-nies li jidentifikaw ruħhom miegħu, għalhekk il-ħidma tiegħi fil- Partit Nazzjonalista tibqa' għaddejja u tissaħħaħ dejjem aktar. Kif temmen li l-Partit Nazzjonalista jista' jerġa jressaq in-nies lejh u jirnexxilu jkisser l-eġemonija Laburista - li l-PN jimplika li hija korrotta - mibnija fl-aħħar 10 snin? Partit politiku li f 'għajnejn l-elettorat jidher ifframmentat ma jistax jikseb il- fiduċja. Il-Partit Nazzjonalista, jekk irid jibda jipprepara għall-elezzjoni ġenerali li jmiss bl-intenzjoni li jirbaħha jrid jippreżenta front magħqud b'viżjoni u direzzjoni waħda irrispettivament minn min ikun il-Kap. Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista jrid jieħu d-deċiżjonijiet li għandu bżonn illum qabel għada. Nemmen li l-poplu jirrikonoxxi li l-Gvern ta' Robert Abela għandu nuqqasijiet serji, u jrid għażla denja fl-2022. L-unika alternattiva hija l-Partit Nazzjonalista magħqud taħt l-istess viżjoni u direzzjoni u mmexxi minn Kap wieħed. Karkariż, għalliem u meqjus wiċċ aktar żagħżugħ fil-Partit Nazzjonsalista. Justin Schembri jqis ruħu leali lejn Adrian Delia u hawnhekk iwieġeb il-mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM dwar l-istat tal-PN bħalissa...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 July 2020