Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272932
09 illum • IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 aħbarijiet joħorġu jqassmu x-xogħol u dan biex jevitaw li jkunu fit-toroq fl- agħar ħinijiet tax-xemx. Ovvjament hemm ħaddiema oħra li ma jistgħux jagħmlu mod ieħor, fosthom il-ħaddiema tal- kostruzzjoni. "Jekk int ħaddiem tal- kostruzzjoni vera ma tistax taħdem f 'ħinijiet oħra, iżda kappell tista' tilbsu. Flok tilbes flok taċ-ċingi, ilbes flok tan- nofs komma. Il-prevenzjoni ssir b'affarijiet żgħar," kompla jappella d-dermatologu. Kif tinduna li żviluppajt il- Melanoma? Jekk il-Melanoma tinqabad kmieni, ir-rata tal-fejqan hija għolja ħafna! Għalhekk importanti li kulħadd, speċjalment dawk li jqattgħu ħafna ħin fix-xemx, iżommu għajnejhom miuħa. Id-dermatologu spjega kif sinjal ewlieni li persuna tkun żviluppat il-Melanoma hija dabra jew boċċa skura, x'aktarx tagħti fil-kannella, li tinbidel fuq perjodu ta' it ġimgħat jew inkella ta' it xhur. Din il-bidla, spjega Scerri trid tkun waħda konsistenti u spontanja u sseħħ fuq perjodu qasir ta' żmien. "Jekk għandek azza li tolqotha u minnha joħroġ id-demm u tinbidel ma jfissirx li għandek il-Melanoma. Il-bidla trid tkun waħda spontanja u sseħħ f 'qasir żmien," insista d-dermatologu. Din id-dabra tista' tiżviluppa jew mix-xejn, jew inkella tkun azza li minn dejjem tkun fuq il- ġilda iżda li f 'salt wieħed, dejjem fuq perjodu qasir ta' żmien, tinbidel. "Azza ġeneralment tiżviluppa maż-żmien, mal-età tal-persuna. Tista' teħxien jew inkella tikber jew tbiddel il-kulur. Azza tkun sinjal ta' Melanoma jekk il-bidla ssir f 'qasir żmien u tkun waħda spontanja," tenna Lawrence Scerri. Kien hawn li spjega kif persuna tista' dejjem tieħu sett ta' ritratti tal-azez li għandha, jew inkella ta' partijiet mill-ġisem biex minn żmien għal żmien tkun tista' tikkumpara. "Din darba biss se tagħmilha iżda jkollok baseline li tkun tista' tikkumpara miegħu," kompla jispjega. Hemm persuni li huma aktar f 'riskju minn oħrajn? Kull persuni li tesponi lilha nnifisha kontinwament u għal ħin twil għax-xemx qed iżżid ir-riskju li tiżviluppa l-Melanoma. Madanakollu, ikompli jispjega l-Kap tad-Dipartiment tad- Dermatoloġija, hemm persuni li huma aktar f 'riskju minn oħrajn. Fost dawn hemm persuni li l-ġilda tagħhom hija bajdanija u dawk li għandhom ħafna azez. Dawn, aktar minn oħrajn, għandhom jipprevenu u anke jiċċekjaw lilhom infushom aktar ta' spiss. Fost persuni oħra li jistgħu jkunu aktar f 'riskju minn oħrajn hemm dawk li kellhom qraba li żviluppaw il-Melanoma. Għalhekk, anke f 'dan it-tip ta' kanċer, il-ġenetika tista' tilgħab logħba importanti Bil-Melanoma jmutu nies? Tista' tfieq? Id-Dermatologu spjega kif ħafna drabi l-każi ta' Melanoma jinqabdu fi stadju bikri u meta dan iseħħ ir-rata ta' fejqan hija waħda għolja ħafna. Fil-fatt, fi kliemu, minkejja li fis-sena jkun hawn madwar 120 persuna li jiżviluppaw dan it-tip ta' kanċer fil-ġilda, imutu biss medja ta' madwar 8 persuni. Il-maġġoranza tal-każi jkunu fost persuni li jkollhom bejn il-25 u l-50 sena. Fost tfal li għandhom inqas minn 16-il sena, il-Melanoma hija rarissima ħafna, forsi anke għax il-ġenituri joqogħdu ħafna attenti biex it-tfal ma jkunux esposti ħafna għax- xemx. Mistoqsi xi jsir f 'każ li persuna tissuspetta jew ikollha l-Melanoma, id-dermatologu spjega kif issir operazzjoni sempliċi fejn id-dabra suspettuża titneħħa. Magħha ġieli titneħħa biċċa ġilda oħra. Dawn jintbagħtu f 'laboratorju għat-testijiet u jekk jirriżulta li l-persuna tkun żviluppat il-Melanoma tibda t-terapija. "Il-maġġoranza tal-każi jinqabdu fi stadju bikri u jitfejqu. Għalhekk importanti li żżomm għajnejk miuħa," inista. 'Ħallikom milli tħossukom cool' L-aħħar appell tad-dermatologu kien għaż-żgħażagħ biex ma jaqgħux għall-pressjoni ta' sħabhom. "Forsi teżisti tendenza fost iż-żgħażagħ li għax tagħmel is- sunblock meta tmur il-baħar ma tkunx cool. Ħallikom milli tkunu cool u ħudu ħsieb saħħitkom. Din hija mentalità li trid tinbidel," temm jisħaq Scerri.