Illum previous editions

ILLUM 26 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272932

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 • illum L-iskejjel tal-Ingliż jirrapportaw tnaqqis ta' madwar 90% fix-xogħol matul ix-xahar ta' Lulju ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Skont stħarriġ li sar mill-FELTOM, il- federazzjoni li tmexxi l-iskejjel tal-Ingliż f 'pajjiżna fix-xahar ta' Lulju - sa nofsu - l-iskejjel kien qed jagħmlu 9% biss tax- xogħol illi kien ikollhom, matul dan ix- xahar, li normalment huwa sinonimu mat-turiżmu u li huwa xahar tajjeb ħafna għat-turiżmu edukattiv. James Perry Kap Eżekuttiv tal-FELTOM qal illi sal-aħħar tax-xahar huwa mistenni li l-industrija tkun iġġenerat 9.6% tax-xogħol kollu li normelment ikollha bħalissa. Perry jfakkar illi xi skejjel - mhux kollha - fetħu fl-1 ta' Lulju. "Hemm uħud li ma felħux jiħu b'numri hekk żgħar," spjega filwaqt li fakkar illi ħafna mill-bookings f 'dan is-settur is-soltu jsiru minn aktar żmien qabel, xi ħaġa li ma setgħetx issir issa minħabba l-pandemija u l-inċertezzi li din ġabet fir-rigward tal-ivjaġġar b'mod ġenerali. Hu qal lil din il-gazzetta illi l-futur immedjat mhux jidher daqstant tajjeb u li s-sitwazzjoni mhix daqstant pożittiva, bl- indikazzjonijiet ikunu li mhux ħafna nies se jkunu qegħdin isiefru fuq vaganzi reltati mat-tagħlim tal-Ingliż. Huwa temm jgħid illi jidher li x-xogħol f 'Awwissu se jiżdied marġinalment għal bejn 10% u 12% tax-xogħol li l-iskejjel kien ikollhom normalment f 'dan iż-żmien tas-sena - bla dubju ħafna 'l bogħod mill- irkupru li ħafna f 'din l-industrija qed jittamaw għalih. L-industrija tat-Tagħlim tal-Ingliż bħala Lingwa Barranija (TEFL) hija waħda mill- aktar li ntlaqtet ħażin mill-pandemija. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM f 'April - meta konna fl-aqwa tal-pandemija - Perry kien spjega kif l-iskejjel kellhom faxxex sħaħ ta' studenti, Taljani u Franċiżi illi f 'daqqa waħda waqfu jiġu għax il-Gvern tagħhom ma baqax jibgħat studenti. "Dawn ikkanċellaw l-akkomodazzjoni u l-lezzjonijiet li kellhom però l-iskejjel xorta riedu jħallsu għall-akkomodazjoni li kienu rriservaw," qal Perry. "Is-sitwazzjoni hija ħażina ħafna, minkejja dan ma keċċejnix ħaddiema." L-attenzjoni intefgħet fuq l-iskejjel tal-Ingliż hekk kif l-Unjin tal-Għalliema Professjonali (UPE), fi ħdan il-UĦM qalet illi kienet lesta tieħu passi kontra l-iskejjel li ma jħallsux il-pagi lill-għalliema. Skont il- UPE kien hemm diversi skejjel li ma kienux qed iħallsu l-pagi, fi żmien meta lanqas kien ċar dawn il-ħaddiema kinux se jieħdu t-€800 f 'Wage Supplement. Perry kien iċċara li fil-fatt kienu biss żewġ skejjel li ma setgħux iħallsu, biex imbagħad kien ukoll ikkonfermat illi l-ħaddiema f 'dawn l-iskejjel kienu eliġibbli għall-Wage Supplement mill-Gvern. L-Industrija tat-TEFL f'Malta ... Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika f'rapport dwar l-2018, matul din is-sena kienu ġew pajjiżna 87,000 student, li huwa 13.5% iktar minn sentejn qabel, jiġifieri l-2016. Minn naħa l-oħra iżda n-numru ta' ġimgħat li dawn ġew pajjiżna niżel bi 11.9%. B'kollox dan is-settur irrapreżenta 8.1% tal-iljieli totali li qattgħu f'pajjiżna t-turisti fl-2018 u 6.5% tan- nefqa. In-nefqa fl-2018 iġġenerata minn dan is-settur kien ta' madwar €137 miljun. Ix-xogħol għall-iskejjel tat-TEFL għadu wieħed kajman ħafna bi studju tal-FELTOM juri illi f'Lulju se jkun iġġenerat 9.6% biss tas-soltu negozju f'industrija li ħalliet €137 miljun fil-kaxxa ta' Malta fl-2018 James Perry, FELTOM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 July 2020