Illum previous editions

ILLUM 2 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275143

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 • illum opinjoni Edward Zammit Lewis Vot unanimu, vot storiku Edward Zammit Lewis huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Governanza u Ugwaljanza N har l-Erbgħa li għadda, għal pajjiżna kien jum storiku. Dan hekk kif għaddew b'mod unanimu mill-Parlament ta' pajjiżna, jiġifieri bi qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, sitt abbozzi ta' liġijiet. Liġijiet varji, li huma intiżi fl-ewwel lok isaħħu d-demokrazija, s-saltna tad-dritt, u l-buon governanza f 'pajjiżna, u fit-tieni lok ikomplu jsaħħu isem pajjiżna lil hinn minn xtutna, kemm fuq sfera Ewropea, kif ukoll fuq dik inter- nazzjonali. Il-proċess kien wieħed twi u t-triq ma kienetx waħda faċli. Mal-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru f 'Jannar li għadda, u tiegħi bħala l-Ministru tal-Ġustizzja ta' pajjiżna, bdejna immedjatament ix-xogħol fuq riformi istituzzjonali kbar. Bħala linji gwida għal dawn ir-riformi, użajna l-Opinjoni tal- Kummissjoni Venezja. Il-proposti tal-istess Kummissjoni Venezja qsamnihom fi tlieta; dawk li stajna nimplimentaw kelma b'kelma, dawk li huma tajbin għal pajjiżna iżda bil-bżonn ta' xi emendi, u oħrajn li ma kienux jagħmlu sens għat-tradizzjoni legali u ċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna. U min hawn beda ix-xogħol. Tlaqna fuq diskussjoni kontinwa mal-Kummissjoni Venezja, biex insibu l-aħjar triq. Dan sakemm fid-19 ta' Ġunju ta' din is-sena, il-Kummissjoni Venezja bagħtitilna l-aħħar Opinjoni tagħha – Opinjoni li minnha, bħala Gvern demokratikament elett biex imexxi lil dan il-pajjiż, ħriġna għaxar abbozzi ta' liġijiet. Aħna pajjiż sovran u l-liġijiet isiru mill-Parlament tagħna. X'liġijiet għaddejna Minn dawn l-abbozzi, sa qabel għalaq il-Parlament, ressaqna u għaddejna sitta minnhom. Il-liġijiet in kwistjoni jitrattaw il- ħatra tal-President ta' Malta, il- ħatra u t-tneħħija tal-Ġudikanti, il-Kummissjoni Permanenti ta' Kontra l-Korruzzjoni, l-Uffiċju tal-Ombudsman u l-Avukat Ġenerali. Dawn il-liġijiet għaddew wara djalogu strutturat anke mal-Oppożizzjoni, li wassal għall-qbil fuq dawn l-Abbozzi ta' Liġi. Kien il-Prim Ministru Robert Abela, li flimkien miegħi, iddiskutejna u ddibattejna b'mod kostruttiv, mal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, u mal-Onorevoli Chris Said. Nemmen li b'dan il-mod, anke tajna messaġġ ċar lill-poplu Malti kif għandha ssir il-politika. President ta' poplu kollu Fost l-iktar bidla importanti, hemm dik kif jinħatar il- President tar-Repubblika ta' Malta. Min issa 'l quddiem se jiġi assigurat, li biex persuna tinħatar fil-kariga ta' President, irid ikun hemm qbil bejn il- Gvern u l-Oppożizzjoni. Għamilna dan għaliex nemmnu li b'dan il-mod, il-President tar-Repubblika verament ikun igawdi l-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Prim Imħallef bi qbil Emendajna wkoll il- Kostituzzjoni ta' Malta, biex minn issa 'l quddiem, il-Prim Imħallef ta' pajjiżna, wieħed mill-iktar karigi importanti f 'kull pajjiż demokratiku, jibda' jiġi maħtur b'żewġ terzi tal- Parlament. B'hekk irid ikun hemm qbil dwar il-persuna bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni. Dan se jassigura iktar fiduċja fl-irwol tant sensittiv ta' Prim Imħallef. Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll, li Gvern Laburista diġà ħatar il-Prim Imħallef preżenti f 'April li għadda, meta ma kienx għad hemm din il-liġi, bi qbil xorta waħda mal-Oppożizzjoni. Dan kien eżempju ċar ta' kemm din il-liġi hija waħda tajba għal pajjiżna. Ġustizzja mill-ġudikanti u mhux mill-politiku Fis-settur ġudizzjarju, grazzi għal-liġijiet li għaddew, se jkun assigurat li fil-ħatra, u t-tneħħija tal-ġudikanti, titneħħa id il- politiku, biex ikunu l-ġudikanti stess, li bl-esperjenza tagħhom fis-settur jagħżlu lill-iktar kandidati idoneji biex jingħaqdu mal-bank tal-ġudikatura. Il-politiku wkoll ħareġ totalment 'il barra mill-proċess ta' tneħħija. Dan hekk kif il-proċess kemm tal-ħatra, u tat-tneħħija, se jkunu f 'idejn il-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Ombudsman bi status kostituzzjonali L-Uffiċċju tal-Ombudsman, bl-emendi li tressqu fil-liġi, issa se ġie mnaqqax fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna. Dan ifisser issa li l-Ombudsman għandu status Kostituzzjonali, waqt li l-Uffiċju tiegħu ukoll ingħata iktar saħħa u poteri. Bl-emendi l-ġodda ġie deċiż ukoll li r-rapport ta' kull sena li jħejji l-Ombudsman, se jiġi diskuss fil-Parlament, għal iktar trasparenza u buon-governanza. Insaħħu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni Il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ilha fis- seħħ mill-1988, iżda it li xejn investigat każijiet ta' korruzzjoni. Din issa ġiet saħħaħniha, hekk kif iċ-Chairperson tagħha se jkun qed jinħatar b'żewġ terzi tal-Kamra tad-Deputati. Dan waqt li twessgħet id- definizzjoni ta' x'inhuma prattiċi korrotti, biex b'hekk din ikolla s-setgħa li tinvestiga iktar każi. Dan waqt li daħħalna bidla importanti oħra, hekk kif issa, meta jinstabu prattiċi korrotti, il-Kummissjoni tirrapporta mhux lill-politiku, iżda dirett lill-Avukat Ġenerali Tisħiħ tal-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali L-irwol tal-Avukat Ġenerali diġà ġie maqsum hekk kif ġie mwaqqaf l-irwol tal-Avukat tal- Istat it tax-xhur ilu. Dan għamilnieh biex l-Avukat Ġenerali jkun jista' jiffoka aktar fuq il-prosekuzzjoni tal-każi. Issa permezz tal-liġi l-ġdida, dan se jkun maħtur mill-President ta' Malta, u jitneħħa biż-żewġ terzi, bil- Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni tirrapporta direttament lilu. Malta aktar b'saħħitha Sinċerament nemmen li dan kollu se jwassal li pajjiżna jikseb kredibilità kbira f 'fora Ewropej u Internazzjonali bħala nazzjon. Malta huwa nazzjon fejn tirrenja d-demokrazija effettiva u fejn hemm rispett sħiħ lejn is-saltna tad-dritt, u l-buon governanza f 'pajjiżna. Intenni wkoll, li dawn ir-riformi m'humix il-bidu u t-tmiem tar-riformi tagħna. Infakkar li bħalissa hemm kumitat, li jien nifforma parti minnu, li se jwassal għal Konvenzjoni Kostituzzjonali li se titmexxa mill-President tar- Repubblika l-E.T. George Vella. Waqt li nistgħu niċċelebraw li għamilna dawn ir-riformi estensivi, li qatt ma' rajna bħalhom f 'pajjiżna, nemmen li fix-xhur li ġejjin se nkomplu nagħmlu saħansitra iktar. Se nkomplu nġeddu lil dan il-pajjiż bl-istess mod, bl-istess ħeġġa, u bl-istess enerġija!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 August 2020