Illum previous editions

ILLUM 2 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275143

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 • illum L-Oroskopju taħt iż-żodjaku ta' Leo Mill-Ħadd 2 ta' Awwissu sas-Sibt 8 ta' Awwissu Mill-ittri tagħkom Ms S. Testa mill Mosta. PaulJon, prosit tal-paġna tiegħek. M'ilnhiex li bdejt insegwi din il-paġna. Prosit ta' dettalji li toffri. Ms R. Bugelli minn Paola. PaulJon, kemm tkun dettaljat fl-oroskopju. Jien naqra bosta oroskopji iżda tiegħek jimpressjonani. Prosit. Ms T. Delia miż-Żurrieq. PaulJon, sinċerament kont nidħaq b'dawk li jaqraw l-oroskopju iżda meta ħabiba tiegħi tagħtni kopja tal-paġna tiegħek bqajt naħseb. Issa ilni xahrejn insegwik u verament ħaqqek prosit. Ms M. Muscat mix Xewkija Għawdex. PaulJon jien ammiratriċi tal-paġna tiegħek. Insegwik fuq TV, Radio, fejn tkun insegwik u verament prosit kemm int persuna li tispjega f 'ċertu dettal. Ms N. Cutajar minn Sliema. PaulJon, insegwik kull nhar ta' Ħadd u nżomm il-paġna tiegħek. Għandi ta' aktar minn sena paġni tieghek. Għandek paġna ta' min japprezza. Prosit. Minn qalbi jien nirringrazzja lil dawk kollha li kitbuli. Kull min jixtieq jiktibli jista' jagħmel dan fl-indrizz postali: PaulJon ''ILLUM'' PO Box 27 Paola. L-aħjar ittri li jiġu pubblikati jingħataw il-kalendarju żodjaku valur ta' €15. Għal aktar informazzjoni żur il-paġna tal- facebook PaulJon13. Inwieġeb kull messaġġ li nirċievi. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodjaku għalik Aquarius ser joffrilek aktar għarfien ta' kif int ser tikkonfronta lill min bħal qisu ser jipprova jgħaddik minn għajn il-labra. Issa int trid toqgħod ferm attent għax dak li int ser tħoss ġewwa fik mhux sejjer jkun dak li int tħoss normali u meta' tiġi kontra l-kurrent, taf tkun xi it aktar agressiv. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Scorpio. Aquarius huma magħrufin li jimxu mal- mument. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodjaku għalik Pisces ser ikun ta' impatt fil-mod ta' kif int ser tibda' tħejji l-ħsieb li jiġġenera ċertu deċiżjonijiet li fil-passat kont tkun trid it-tieni opinjoni dwarhom. Għalkemm fl-aħħar tkun int li tasal sabiex twettaq id-deċiżjonijiet li resqin lejk. Għalhekk għaraf dan sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Leo. Pisces huma magħrufin għat-tmexxija tagħom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodjaku għalik Aries ser jurik kif int għandek tieħu deċiżjoni tajba għal dak li riesaq lejk. Fiż-żmien qrib ta' din id- deċiżjoni ser issir taf li ser ikollok impatt differenti fil-format tal-ħajja minn dik li għandek illum u kif qed tagħmila. Ftakar biss li f 'dan il-mument int trid temmen iżjed fik iniffsek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Capricorn. Aries huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodjaku għalik Taurus ser ikun bidu fejn int tibda' tippjana jew tħejji lilek innifsek biex tkun ferm aħjar minn dak li int fil-preżent. Issa trid iżżomm il-pass li għalkemm ser ikun hemm dan il-ħsieb madwarek toħloqx inċertezza. Ftakar biss li minn issa int ser tkattar aktar l-istabbilta' tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Libra. Taurus huma magħrufin għas-sensittivita' tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodjaku għalik Gemini ser ikun kif int trid tkattar aktar l-impatt tiegħek fil-mod kif minn issa ser tkabbar dak li int akkwistajt. Għalkemm ser ikun hemm xi it mumenti ta' tfixkil, mill-esperjenzi personali tiegħek tagħraf iżżomm sod u dak li hemm madwarek mhux biss iżżommu anzi tkabbru. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Sagittarius. Gemini huma magħrufin għal-gwida li jafu joffru. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodjaku għalik Cancer ser ikun iffiser bidu ta' idejat ġodda, idejat li jafu jkunu fundimentali f 'dak li hemm preparat għalik sabiex tkompli tkabbar ta' dak li hemm madwarek. Tibżax tiżviluppa dawn l-idejat anzi għaraf wettaqhom sabiex tisaħħaħ aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Aquarius. Cancer huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodjaku għalik Virgo ser ikun iffiser aktar enerġija pożittiva favur tiegħek minn kull angolu. Kollox ma' kollox dan ifisser li int għandek perjodu ferm interessanti fejn int ser tagħraf dak kollu li int vera trid u tixtieq. Dan jista' jiġi lejk. Għaraf biss lilek innifsek u mhux min jista' jinfluwenzak. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Gemini. Virgo huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodjaku għalik Libra ser ikun iffiser li wasal iż-żmien li tbiddel l-iskeda li int għandek ifformulata madwarek. Dan ser iseħħ sabiex int tagħraf aktar it-tajjeb, mhux biss ta' kif tippjana jew tqassam il-karriera tiegħek, iżda ukoll kif għandek twettaq iżjed it-tisħiħ ta' madwarek kollu. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Pisces. Libra huma magħrufin għall-immġinazzjoni tagħom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Iż-żodjaku għalik Sagittarius ser ikun iffisser il-bidu tal-ħolma tiegħek li int tant ilek tistenna sabiex twettaq. Dak li dejjem xtaqt u ħsibt, fl-aħħar mill- aħħar ser taraħ iseħħ rejalment. Issa fl- aħħar wasal dak il-mument fejn int tibda' taħsad minn dak li żrajt. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Virgo. Sagittarius huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodjaku għalik Scorpio ser ikun mument fejn ser tibda' tara iżjed id- dawl ta' dak li int tant ilek tistenna. Dan ser ikun dak is-sinjal li minn issa ser tibda' tissaħħaħ fil-ħiliet u l-kapaċitajiet tiegħek. Għalhekk għaraf dan il-mument sabiex taħtaf kull opportunita' ġenwina li riesqa. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Taurus. Scorpio huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Iż-żodjaku għalik Capricorn ser ikun iffisser bidu ta' attivita kompletament miuħa fuq skala differenti minn dak li kont attwalment qed twettaq. Pero' din l-attivita' issa trid li jkollok tħejjija aktar pożittiva għat-twettiq tal-pjan li trid twettaq. Żomm lilek innifsek iffokat u ħares il-quddiem. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Cancer. Capricorn huma magħrufin kemm huma nies ta' fehma soda. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodjaku għalik Leo ser ikun iffiser tisħiħ aktar profond f 'dak li int għandek madwarek. It-tkabbir li hemm ġej huwa kollu dovut għal dak li int ġewwa fik qiegħed taspira u xejn aktar. Għalhekk dan jaf ikun il-mument tiegħek. Għaraf żomm ħsibijietek ġewwa fik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku ta' aspirazzjoni għalik ġej minn Aries. Leo huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 August 2020