Illum previous editions

ILLUM 2 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275143

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 analiżi IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 • illum Il-Covid-19 jerġa' jerfa' rasu f'Malta u In-numri tal-każi tal-Covid-19 reġgħu għollew rashom mhux biss f'Malta imma anke madwar id- dinja kollha. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa ħafifa lejn xi pajjiżi u kif inhi s-sitwazzjoni tal-Covid-19 hemmhekk ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa l-kwistjoni tal- Coronavirus reġgħet refgħet rasha - mhux għax ma baqgħetx hemm - imma wara ġimgħat mingħajr każi ħafna kienu ħasbu illi għadda kollox. Lilhinn minn Malta s-sitwazzjoni madwar id-dinja la hija ward u żgħar u lanqas hija 'problema solvuta' kif ħafna ħassew li kienet Malta, b'diversi pajjiżi jaraw il-każi jiżdiedu, oħrajn jerġgħu jgħalqu dak li fetħu jew jimponu miżuri restrittivi mill-ġdid u oħrajn li qed jaraw xi forma ta' tnaqqis. Nibdew b'Malta ... Malta kellha riżultati tajbin ħafna għat-tmiem tax-xahar ta' Mejju u ħafna mix-xahar ta' Lulju hekk kif b'kollox - mis-27 ta' Mejju sal-21 ta' Lulju kien hemm 19-il ġurnata bl- ebda każ ġdid, numru kbir ta' nies li fiequ u tlett ijiem illi matulhom kien hemm każ wieħed biss. Dawn ir-riżultati tajbin deheru se jisfaxxaw fi tmiem il-ġimgħa l-oħra u bidu ta' din hekk kif il-ġimgħa l-oħra, nhar it-23 ta' Lulju, irriżulta każ wieħed mill- party li sar fi tmiem il-ġimgħa - bejn is- 17 u d-19 ta' Lulju - fil-lukanda Radisson. L-għada rriżultaw sitt każi - kollha nies li kienu l-party - u l-Ħadd tħabbru 14-il każ ġdid, disa' mill-party, tlieta kienu każijiet sporadiċi u żewġ każi kienu importati. Nhar it-Tnejn kien żvelat illi persuna pożittiva marret il-marċ ta' Santa Venera u l-każin ta' din il-lokalità, filwaqt li LSE li mar il-party fir-Radisson għadda l-virus lil student fi Skola Sajf. L-għada l-pajjiż reġa' rreġistra seba' każijiet - tnejn minnhom impurtati filwaqt li kien irrapportat illi LSE ieħor irriżulta fil-pożittiv - imma li kinitx attendiet l-iskola Sala fl-Isptar Mater Dei kellha tingħalaq minħabba każ ta' pazjent li rriżulta fil- pożittiv. Imbagħad it-Tlieta filgħaxija waslet dgħajsa b'94 immigrant - li l-kbira tagħhom, jew 65 persuna kienu pożittivi għall-Covid. Dan wassal biex in-numri ta' każi attivi jisplodi għal aktar 100, minn 34, fi it sigħat. Spanja - Katalunja terġa tagħlaq Ir-reġjun tal- K a t a l u n j a irrapporta 8,563 każ ġdid ta' Covid-19 f '14- il jum, nofs is- 17,842 każi li kien hemm fi Spanja fl- istess perjodu ta' żmien. Fid-dawl ta' dan l-awtoritajiet għalqu n-nightclubs kollha għal ħmistax-il jum filwaqt li barijiet, ristoranti u Casinos jeħtieġ jgħalqu f 'nofsilejl, kemm fil-belt ta' Barċelona kif ukoll f 'Costa Brava. Is-Segretarju tas-Saħħa Pubblika Spanjol Josep Maria Argimon qal li l-ġranet li qegħdin fihom huma "kruċjali" għall- qasam tas-saħħa fir-reġjun. Is-sit tal-aħbarijiet Euronews jirrapporta kif il-poplu tar-Renju Unit qed ikun imħeġġeġ ma jmurx Spanja u qed jitlob lil dawk kollha ġejjin minn dan il-pajjiż biex jagħmlu kwarantina. Il-Ġermanja: Firxa f 'komunità ta' rziezet 174 ħaddiem ta' razzett enormi f 'Mamming, fid-distrett Dingolfing- Landau fil-Ġermanja, instabu pożittivi filwaqt li 500 ħaddiem kellhom jibqgħu kwarantina hekk kif kien hemm firxa tal- Covid f 'dan il-post. L-awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika tal-Bavarja qalu illi sa issa (sakemm inkiteb l-artiklu) ma kienx jidher li hemm firxa ta' dan il- virus. I r - r e s i d e n t i f 'dan ir-raħal qed jingħataw testijiet b'xejn filwaqt li l-Ġermanja bdiet testijiet b'xejn ukoll lil kull min dieħel fil-pajjiż L-Istati Uniti: Diżastru fis-sena tal- elezzjoni Politikament, il-Covid-19 ma setgħetx ġiet fi żmien agħar milli ġiet għal Doanld Trump - il-President Amerikan li din is-sena jiffaċċja elezzjoni ġenerali kontra r-rival Demokratiku tiegħu Joe Biden, f 'Novembru. Sal-bidu tal-ġimgħa, biss, biss l-Istati Uniti kienu qed jirreġistraw 4.1 miljun każ ta' Covid-19 b'xejn inqas minn 64,582 każ f '24 siegħa biss. Sal-bidu ta' din il-ġimgħa kienu diġa' seħħew 145,982 mewt ikkawżata mill- virus b'969 mewt f '24 siegħa biss, f 'okkażjoni waħda. Tliet stati - California, Florida u Texas qed jappellaw biex jgħalqu mill-ġdid hekk kif il-pressjoni fuq is-sistema tas-saħħa qegħda tiżdied. Pazjenti minn California kellhom jittieħdu mas-600 mil 'il bogħod, fi Florida deħlin ħafna ħaddiema tas-saħħa biex jagħtu daqqa ta' id u f 'Texas is-Sindki qed jitolbu li jingħataw id-dritt jgħalqu l-bliet tagħhom biex tkun evitata aktar pressjoni fuq l-isptarijiet. I s - C i t y Hall f 'Huntington Beach reġgħet ingħalqet għat-tieni darba. Ta' min wieħed jinnota illi mhux l-istati kollha fetħu kollox: Il-barijiet, clubs u teatri għadhom magħluqin f 'Kolumbia, Maine, Maryland, Massachusettes, Minessota, North Carolina u South Carolina - fost oħrajn. F i l - b i d u tax-xahar il- k u m p a n i j a Apple kompliet tagħlaq iktar ħwienet madwar l-Istati Uniti. Il-Belġju: Aktar miżuri ristrettivi Il-PM Belġjan Sophie Wilmès din il-

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 August 2020