Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275143
07 analiżi illum • IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 lilhinn minnha... ħarsa ħafifa! ġimgħa ħabbret aktar miżuri restrittivi wara żieda msejħa "konsiderevoli ta' każi. Il-PM ħabbret li familja jista' jkollha biss kuntatt ma' ħamsa minn nies oħra u nies ma jistgħux ikunu fi gruppi ta' aktar minn 10 persuni. Wissiet illi jista' jkun li l-pajjiż jerġa' jmur fuq lockdown komplet. In-numru ta' każi kompla tiela' għal total ta' 66,026 sal-bidu tal-ġimgħa b'580 każ ġdid u erbà mwiet oħra qabel tħabbru l-miżuri ristrettivi. L-Eġittu: Is- sitwazzjoni tibqa' gravi Is - s it w a z z j on i fil-pajjiż tal- Fargħuni, mhux wisq 'il bogħod minn Malta tibqa' waħda gravi b'92,062 każ - jew żieda ta' 479 każ ġdid f '24 siegħa (bejn il-Ħadd u t-Tnejn li għaddew) u sa issa ġew irreġistrati 4,606 imwiet. Minkejja dan in-numru tal-każi bdew jonqsu u allura l-pajjiż, bil-mod il-mod reġa' beda jiaħ stabbilimenti differenti. Naturalment , bħall-bqija tad-dinja, it-turiżmu qed ibati ħafna u dan huwa ħażin ħafna f 'pajjiż l i jiddependi ħafna mit- turiżmu. Franza: Sitwazzjoni li qed tintensifika Franza - wieħed mill- aktar pajjiżi m i l q u t i n ħażin - ukoll qed jara żieda fin- numri tal-każi u anke t a l - imwiet. B'kollox sa issa fi Franza kien hemm 183,000 każ pożittiv ta' Covid-19, li minnhom 81,082 fiequ filwaqt li tilfu ħajjithom xejn inqas minn 30,209 persuni. Fil-bidu tal-ġimgħa kien irrapportat fuq Reuters illi fi tliet ijiem kien hemm 2,551 każ ġdid u 17-il persuna oħra tilfet ħajjitha - it-tielet l-ogħla numru f 'xaharejn. Il-Ministru tas-Saħħa Franċiż sostna li x-xejriet qed juru "deterjorament gradwali tas-sitwazzjoni", li ddeskriviha bħala "qed tintensifika". Il-Gvern għamilha obbligatorja f 'postijiet pubbliċi - fuq ġewwa - li persuna tilbes maskra. Jekk dan ma jiġrix il- persuna taqla' multa ta' €135. Ċipru: Inkwiet f 'Limassol Ċipru kien wieħed mill-pajjiżi meqjusin 'siguri' u li fil-fatt għad għandu numri żgħar, iżda l-awtoritajiet huma mħassbin hekk kif l-infezzjonijiet żdiedu għal 1,060 - parzjalment minħabba cluster ta' nies f 'Limassol, post iffrekwentat minn ħafna turisti. Kien hemm cluster ta' erba' footballers li kienu ġejjin minn barra, kif ukoll xi każijiet f 'Limassol - li wasslu biex żewġ kafetteriji popolari jgħalqu u jiġu ddiżinfettati. Kollox ma' kollox iżda s-sitwazzjoni f 'din il-gżira għadha tajba. L-Indja: Stati jmorru lura għal lockdown Is-sitwazzjoni f 'dan il-pajjiż b ' w a ħ d a m i l l - a k b a r p o p o l a z z j o n i j i e t fid-dinja baqgħet tiggrava jum wara jum, bil-kurva turi illi l-Indja tiela' bħalissa u l-pajjiż jidher li għadu dieħel fl-agħar punt tal-kriżi. Filwaqt illi fis-6 ta' Mejju kien hemm 2,680 każ ġid, din il-ġimgħa l-każi qabżu l-50,000 f 'ġurnata, biex b'kollox sal-bidu tal-ġimgħa kien hemm 1.48 miljun li minnhom 33,425 irriżultaw f 'imwiet. Hekk kif il-virus baqa' jikber l-istati ta' Uttar Pradesh, Bihar u West Bengal reġgħu bdew deħlin f 'lockdown biex ikun ikkontaminat il-virus. F'Uttar Pradesh biss inqabżu sew it-32,000 każ u għalhekk ingħalaq kollox għal tmiem il- ġimgħa li għaddiet. Greċja: Numri żgħar imma żieda wkoll Fil-pajjiż ġar tagħna l-Greċja - ukoll hemm tħassib dwar żieda fin-numri, anke jekk bħal f 'Ċipru dawn jibqgħu baxxi. Sa issa l-Greċja kellha 4,227 każ attiv u 202 imwiet. L-aktar jum illi fih kien hemm każi kien nhar il-21 ta' April b'156 każ u l-aktar li kien h e m m i m w i e t kien nhar it-3 ta' April b'10. Minkejja li matul Mejju u anke f ' Ġ u n j u n-numri kienu kważi dejjem żgħar reġgħu żdiedu f 'Lulju, biex minn taħt l-10 każi kuljum matul l-aħħar jiem kienu qed jiġu rreġistrati aktar minn 25 każ kuljum. "Iż-żieda fil-każi fiċ-ċentri urbani tfakkarna illi l-virus għadu hawn," qal Kelliem għall-Gvern Grieg Stelios Petsas. Huwa sostna illi jekk ikun hemm bżonn li l-użu tal-maskri jsir obbligatorju dan isir. Dan għaliex jidher illi ħafna nies ma kinux qed jilbsu maskri u jsegwu r-regoli ta' ddistanzjar soċjali. Il-Gvern Grieg mhux qed jippermetti li jsiru festivals. L-Awstralja: Melbourne terġa tagħlaq Kafetteriji, barijiet, ristoranti u gyms li għadhom kemm fetħu kellhom jerġgħu jgħalqu ... ħames miljun Awstraljan lura f 'lockdown. Hekk irrapportaw diversi siti hekk kif l-Istat ta' Victoria - li jinkludi lil Melbourne - kellu jerġa jagħlaq. Dan wara li kienu rrapportati 532 każ ġdid u n-numru ta' nies li mietu jiżiedu għal 77. Ħamsa mill-aħħar imwiet kienu fi djar tal-anzjani. L-awtoritajiet huma inkwetati ħafna hekk kif, kuntrarjament għal qabel, ħafna mill-każijiet mhumiex ta' nies li ġejjin minn barra l-pajjiż imma każi ta' tixrid fil-komunità. Il-Prim Ministru ta' Victoria Daniel Andrews qal illi n-nies ma jistgħux jitilqu minn dan l-istat u qal li kull min ikollu s-sintomi m'għandux imur għax-xogħol. "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk. Inkella dawn ir-restrizzjonijiet se jdumu aktar milli suppost idumu u, jiddispjaċini ngħid, naraw aktar nies imutu, speċjalment anzjani," qal Andrews.