Illum previous editions

ILLUM 2 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275143

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 • illum Ristorant wieħed intalab jagħlaq wara li nstab jikser il-protokolli YENDRICK CIOFFI Minn kemm ilhom li reġgħu fetħu r-ristoranti u l-barijiet, wara ġimgħat magħluqa minħabba l-pandemija tal- COVID-19, stabbiliment wieħed biss kien ordnat jagħlaq il-bibien tiegħu u dan wara li nstab li kien qed jikser ħafna mill- protokolli imposti mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex dawn l-istabbilimenti jkunu jistgħu joperaw f 'ambjent sigur. Il-Ministeru għat-Turiżmu kkonferma dan mal-gazzetta ILLUM li staqsietu jekk il- protokolli li daħlu fis-seħħ it tal- ġimgħat ilu, meta reġgħu f e t ħ u r-ristoranti u anke l - b a r i j i e t , għadhomx j g ħ o d d u u dan anke għax qarrejja wrew i t - t ħ a s s i b tagħhom li hemm min illaxka u ma għadux qed isegwi dawn il-protokolli. Fit-tweġiba bil-miktub, kelliem għall- Ministru Julia Farrugia Portelli insista li l-protokolli għall-istabbilimenti tal-ikel għadhom fis-seħħ tant li l-pubbliku għadu jista' jsibhom fuq is-sit tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Spjega kif il-protokolli, ippubblikati l-ewwel darba f 'Mejju, ġew aġġornati fil-5 ta' Ġunju fejn primarjament il-bdil kien fin- numru ta' persuni fi grupp wieħed li jistgħu jpoġġu fuq mejda. Minn sitta, dan tela' għal għaxra min-nies. Dan ifisser li mwejjed ta' aktar minn għaxar persuni mhux suppost qed ikunu aċċettati. Riċentament ukoll kien hemm tliet tibdiliet oħra li jippermettu l-użu taż-żoni tal-logħob fuq ġewwa, servizz ta' buffet assistit u anke t-tneħħija tar-restrizzjoni fuq tipjip għal distanza minima ta' għaxar metri minn fejn ikun servut l-ikel. Il-proċess tal-għoti taċ-ċertifikati għadu għaddej... L - A w t o r i t à Maltija għat- T u r i ż m u kienet ħarġet ċertifikati lil dawk l - i s t a b b i l i m e n t i li jkollhom il- protokolli kollha f 'posthom. L-ebda ristorant jew bar ma jista' jopera jekk ma jkollux dawn iċ- ċertifikat. Il-Ministeru spjega kif dan il-proċess tal-għoti taċ-ċertifikati, li huwa proċess ta' awditjar, fil-fatt għadu għaddejj. B'kollox, sal-Ħadd 26 ta' Lulju, ingħataw 1,340 ċertifikat. 'L-għan prinċipali hu li nedukaw lill- operaturi ... mhux nikkastigawhom' Farrugia Portelli kienet ċara fi kliemha meta qalet li jekk ikun hemm stabbilimenti li jinqabdu għal aktar minn darba jiksru dawn il-protokolli, ir-ristorant se jkun mitlub jagħlaq minnufih. Mistoqsi jekk kienx hemm każi simili, il-kelliem għall-Ministeru spjega mal- ILLUM kif kien hemm stabbiliment wieħed illi ġie magħluq għaliex instab li ma kienx qed josserva ħafna mill-protokolli. Wara diskussjonijiet, ġew implimentati l-protokolli kollha u l-istabbiliment tħalla jiaħ mill-ġdid il-bibien tiegħu. Il-Ministeru spjega kif il-proċess tal- ispezzjonijiet beda fil-ġimgħat li għaddew u jibqa' għaddej sa tard bil-lejl kuljum, inkluż is-Sibtijiet u l-Ħdud. "Skont il-politika tal-Gvern, l-għan prinċipali hu li nedukaw lill-operaturi. B'hekk jekk jinstabu nuqqasijiet żgħar, l-attenzjoni tiġi miġbuda bla riperkussjonijiet. Min-naħa l-oħra jekk jinstabu numru konsiderevoli ta' nuqqasijiet għall-ewwel darba, l-operatur qed jiġi mwissi b'ittra uffiċjali. Jekk wara spezzjonijiet sussegwenti l-istess stabbiliment jinstab illi mhux qed josserva l-protokolli, iċ-ċertifikat jitneħħa u tittieħed azzjoni ulterjuri mill-MTA," spjega il- kelliem. Il-Ministeru appella lil dawk kollha li jinnutaw xi nuqqasijiet f 'xi wieħed minn dawn l-istabbilimenti biex iċemplu fuq il- helpline 216922447 Sa issa l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ċċertifikat 1,340 stabbiliment hekk kif instabu konformi mal- protokolli mħabbra biex titrażżan l-imxija tal-COVID-19 X'inhuma wħud mill- protokolli li l-istabbilimenti tal-ikel għandhom isegwu? • Kull min għandu post fejn jista' jservi l-ikel barra, għandu juża dan il-post. • Minn dahar tas-siġġu għal dahar ta' siġġu ta' mejda oħra jrid ikun hemm distanza ta' metru. Jekk fuq ġewwa, minn dahar ta' siġġu għal dahar ta' siġġu fuq mejda oħra, irid ikun hemm distanza ta' żewġ metri • Il-waiters iridu jkunu liebsa maskra/ visor • Sauces, ketchups, bżar u melħ u affarijiet oħra ma jistgħux ikunu fuq il- mejda. Jintużaw biss dawk disposable. • Klijenti jridu jiddiżinfettaw idejhom qabel jidħlu u anke meta joħorġu mir- ristorant • Il-pożati għandhom jitpoġġew f 'pakketti apposta • It-tindif irid isir mhux biss fuq il- mejda iżda anke fuq is-siġġijiet. Ħadd ma jista' jpoġġi fuq mejda jew siġġu qabel ma jiġu mnaddfa • Menus ma jistgħux ikunu forma ta' ktieb iżda jridu jkunu kartella waħda li tintrema wara li tintuża. Jista' jintuża tablet li wara jitnaddaf

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 August 2020