Illum previous editions

ILLUM 9 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276937

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 'Jiena għalija nittama li l-iskejjel jinfetħu b'miżuri preventivi' - Oliver Scicluna ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Ministru tal-Edukazzjoni jinsab taħt pressjoni enormi mill- ġenituri, speċjalment dawk bi tfal b'diżabilità dwar il-uħ tal- iskejjel, qalu sorsi mill-Gvern lil din il-gazzetta. L-istess sorsi qalu illi dan is-suġġett qed jinwkieta mhux biss lil Bonnici iżda lill- Gvern kollu hekk kif filwaqt li n-numru ta' każi ta' Covid-19 komplew jiżdiedu, qed toqrob ukoll id-data tal-uħ tal-iskejjel. Għalkemm mhux kwantifikati xi ġenituri diġa' qed jisħqu illi jekk jiħu l-iskejjel bin-numri telgħin kif inhuma, mhux se jibagħtu lil uliedhom fl-iskola, xi ħaġa li fil- fatt hija llegali. Oliver Scicluna mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità kkonferma dan it- tħassib u biżà għalkemm iċċara li mhux kulħadd huwa l-istess u li għal ħafna tfal mhux vulnerabbli medikament, l-iskola hija bżonnjuża. Is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi minkejja li l-inkwiet jista' jkun iġġustifikat il- pjan biex l-iskejjel jiħu fl-aħħar ta' Settembru għadu fis-seħħ. Sorsi li tkellmu magħna viċin il- Ministru Bonnici qalu illi minkejja li n-numri huma li huma, sa issa u "fortunatament ħafna mill-każi ġodda issa jibdew ifiequ bil-każi li jkollhom bżonn sptar fil-fatt - sa issa - ikunu it li xejn. Dan allura jfisser illi kif inhuma l-affarijiet bħalissa qisna qed nitrattaw l-influwenza." Jidher illi Bonnici qajjem ukoll dan is-suġġett fl-aħħar laqgħa tal-Kabinett fejn saħaq dwar l-importanza li n-numri ta' każi ġodda jistabilizzaw ħalli b'hekk il-ġenituri jkunu jistgħu jibagħtu lil uliedhom l-iskola b'moħħhom mistrieħ. Jidher illi l-Ministeru tal- Edukazzjoni għandu kull xenarju ppreparat u lesta sillabi sa Jannar f 'każ li jkun hemm bżonn jingħalqu xi klassijiet jew skejjel, biex dawk l-istudenti jaqilbu fuq dak is-sillabu. "Is-sentiment ġenerali iżda fost l-edukaturi u anke ġenituri huwa li jittamaw li l-iskejjel jiħu. Wara kollox jekk nagħmlu sena bla vaċċin, x'nagħmlu? Nagħmlu sena bl-iskejjel magħluqin?" Is-sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta temmew jgħidu illi sakemm ir-rata ta' fejqan mill- Covid-19 tibqa' għolja ħafna, kif inhi, il-virus jibqa' taħt kontroll . Din fil-fatt hija n-narrattiva tal- Gvern hekk kif espressa wkoll mill- Prim Ministru Robert Abela din il-ġimgħa. Tal-istess fehema huwa Scicluna li qal illi diġà kien hemm min intilef mis-sistema edukattiva, inkluż studenti b'diżabilità. Fakkar illi ċerti attivitajiet ma jistgħux jsiru id-dar speċjalment għal dawk l-istudenti li għandhom l-isfida tal-awtiżmu jew nuqqasijiet intelletwali. "Jiena nittama li l-iskejjel jinfetħu u jkun hemm il-miżuri preventivi bżonnjużi," temm jgħid Scicluna. Il-kwistjoni tal-iskejjel potenzjalment tista' tkun l-aktar waħda taħraq u li mistennija tkompli titfa' aktar pressjoni fuq Bonnici jekk in-numri jkomplu jiżdiedu. Dan għaliex l-iskejjel huma marbutin ukoll max-xogħol u allura skejjel magħluqin jafu joħolqu diżastru loġistiku għall- ġenituri fejn dawn it-tnejn jaħdmu. ARA WKOLL PAĠNA 20 Owen Bonnici waqt konferenza fis-sit tal-bini tal-iskola tal-Qawra Oliver Scicluna 40 każ ġdid ta' Covid-19 - Bilanċ ta' 84 każ ġdid f'jumejn Il-Covid-19 kompliet terfa' rasha f 'pajjiżna b'40 każ ġdid fl-24 siegħa bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, wara 49 każ ġdid imħabbrin nhar il-Ġimgħa u ħamsa li fiequ. Dawn in-numri juru illi t-tixrid ta' dan il-virus issa qabad rittmu iktar mgħaġġel bin-numri jibqgħu għoljin. Fost dawn l-40 każ ġdid hemm sitt każi li huma marbutin ma' cluster ta' studenti tal-Ingliż, erba' każi huma marbutin mal-cluster ta' Paceville, sebgħa relatati ma' party tal-Griżma, erba' każi relatati ma' familji li diġa' rriżultaw fil-pożittiv, tnejn importati u l-bqija sporadiċi. Dawn l-40 każ irriżultaw minn 1,548 swab biex issa l-każi attivi huma b'kollox ta' 351 u l-każi totali minn meta faqqgħet il-Covid-19 jaqbżu l-1,000, għal total ta' 1,035. It-total tas-swabs li saru sa issa huwa ta' 139,979. Dan ifisser li l-każi attivi f 'ġimgħa waħda żdiedu b'152, minn 199 nhar it-Tnejn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 August 2020