Illum previous editions

ILLUM 9 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276943

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 reġgħu qalawha ... l-ILLUM titkellem mad-DJs 'Il-clubs mhux l-agħar post fejn tista' tkun bħalissa' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Joven Grech magħruf lokalment u internazzjonalment bħala Tenishia li fakkar kif f 'dan il-perjodu mhux id-DJs biss tilfu x-xogħol tagħhom, iżda dawk kollha li jaħdmu fis-settur tad-divertiment. Anke jekk Tenishia qal ċar u tond li ma jaqbilx li għalissa jiġu organizzati attivitajiet tal-massa, fl-istess ħin insista li l-clubs mhumiex l-aktar post perikoluż fejn tista' tmur bħalissa. Bdejna nitkellmu dwar l-esperjenza tiegħu matul dawn ix-xhur, bid-DJ internazzjonali jinsisti mal-ILLUM li ilu minn Frar li għadda bla xogħol. "Allaħares ma kellix xi ħaġa taħt rasi," insista Grech waqt li fakkar li s-settur tad- divertiment ma jimpjegax biss DJs, imma għadd ta' ħaddiema oħra li x-xogħol tagħhom kollu huwa importanti. "Għidli jekk ma jkollok xejn taħt rasek minn fejn se tħallas għat-tfal, il-loans u elf ħaġa oħra?" staqsa Tenishia. 'Sa tliet ġimgħat ilu ngħatat l-impressjoni ta' business-as-usual' Kien hawn li d-DJ fakkar li huma kienu l-ewwel nies li waqqfu l-ħidma u l-operat tagħhom u l-aħħar li reġgħu bdew jaħdmu. Filwaqt li saħaq li l-ebda DJ jew organizzatur ma jrid li jorganizza xi attività b'dettriment għas-saħħa tan-nies, Grech insista li mhuwiex ġust li sa tliet ġimgħat ilu kien qed jintbagħat il-messaġġ ta' "business-as-usuall" u f 'daqqa waħda nbidel kollox ta' taħt fuq. "Attività ma tippjanahix mil-lum għall-għada. Trid mill-inqas xahar biex torganizzaha. Ħriġna l-flus, għad-disinn, ir- reklamar u f 'daqqa waħda se nerġgħu nieqfu," insista Grech. "Vera li għadek tista' topera imma ħafna waqqfu għax mhux worth-it." 'Ma tistax titfa' kollox f'keffa waħda ... fi club il-massa tista' tikkontrollaha' Kien hawn li appella biex l-attivitajiet ma jintefgħux kollha f 'keffa waħda għax fi kliemu ma tistax tħallat attività li għaliha se jattendu 40,000 ruħ ma' party fi club għal 200. Bl-istess mod insista li wieħed lanqas ma jista' jħallat party fi club ma' party fuq barra jew inkella marċ tal-festa. "Fi club kollox huwa kkontrollat. Il-massa fi club hija kkontrollata. Għandek bieb. Jista' jinżamm limitu u jistgħu jittieħdu d-dettalji ta' dak li jkun. Il-clubs mhux l-agħar post fejn tista' tkun bħalissa," insista Grech waqt li kkritika l-miżura biex anke jekk fi club, il-gruppi ta' persuni miġbura f 'salt ikunu limitati għal 10 persuni. "Ma naħsibx li din se taħdem. Fl-istess ħin minix espert u lanqas tabib," kompla jinsisti. Joven Grech saħaq ukoll li lanqas ma jagħmel sens li jkollok ristorant jew inkella bar li jwaqqaf DJ milli jmur idoqq iżda fl- istess ħin jibqa' jiaħ għan-nies. "Id-DJs mhux il-problema," kompla jgħid. "Wara kollox f 'ristorant jew f 'lido n-nies mhux se jintefgħu ġo massa jiżfnu." 'Il-miżuri tajbin iżda ma jistgħux ikunu drastiċi' Iddeskriva s-sitwazzjoni li għaddejin minnha bħalissa bħala "sikkina taqta' miż- żewġ naħat." Fi kliemu ma tridx li jkollok nies li jimirdu jew allaħares qatt imutu iżda lanqas ma tista' tħalli n-nies jitilfu x-xogħol tagħhom. "Jekk nibqgħu ma nsibux vaċċin in-nies ma jistgħux jibqgħu ma jaħdmux," saħaq Tenishia. "Iva hemm bżonn li jkun hemm miżuri iżda ma jistgħux ikunu miżuri drastiċi li jitfgħu kull attività f 'keffa waħda." Insista li jekk in-nies mhux se jmorru fi club, xorta waħda qed imorru fuq il-bajjiet jew inkella fil-vilel u l-farmhouses jagħmlu l-parties tagħhom. "Nerġa' ngħid. Ma naqbilx mal-attivitajiet tal-massa iżda clubs xorta oħra. Fi club tista' tikkontrolla l-massa," temm jgħid Grech. 'Il-problema hija l-infurzar ... f'xahar ħadd qatt ma ġie jiċċekjana' Id-DJ popolari Carlo Gerada saħaq li waħda mill-akbar problemi mhijiex li l-istabbilimenti tad-divertiment mhux qed jimxu mar-regolamenti, iżda li ma hawnx biżżejjed infurzar. Fi kliemu, fix-xahar li kien reġa' beda jdoqq f 'wieħed mill-clubs ewlenin "ħadd qatt ma ġie jiċċekjana." Mistoqsi kif affetwatu l-imxija tal- COVID-19, Gerada ddeskriva dan il- perjodu bħala żmien ta' inċertezza kemm għalih u anke għall-kollegi tiegħu. "Kuntenti li almenu aħna, anke jekk għal xahar biss, stajna nagħmlu xi ħaġa. Ħaddieħor ma għamel xejn. Imma xorta affetwatna ħafna, speċjalment għalina li dan huwa d-dħul ewlieni tagħna. Aħna mhux clubs u parties biss ikollna. Hemm ukoll it- tiġijiet u l-attivitajiet privati. Katina waħda. Qisna bla xogħol," spjega mal-ILLUM Gerada. Anke jekk dan huwa x-xogħol tiegħu, Gerada qal li ma jaħsibx li f 'dan l-istadju l-attivitajiet tal-massa huma ideali, sakemm ma jkunux ikkontrollati. 'Aħna qed naqilgħu kollox ... il-Gvern kellu jerfa' ftit ir-responsabbilità' Insista li jiddispjaċih biss il-fatt li t-tort kollu fl-aħħar jiem intefa' fuq l-organizzaturi u d-DJs. "Aħna qed naqilgħu kollox. Kont nippretendi li l-Gvern jerfa' it ir- responsabbilità u almenu jispjega d-deċiżjoni tiegħu li jiaħ l-attivitajiet," kompla jisħaq. Kien hawn li fakkar li l-organizzaturi u anke d-DJs kienu responsabbli biżżejjed li meta l-affarijiet inbiddlu waqqfu l-attivitajiet. "Fil-verità stajna bqajna għaddejin. Ma konnha nkunu qed nagħmlu xejn kontra l-liġi," insista Gerada. 'Anke mill-ajruport deħlin in-nies ... ma hemmx biżżejjed kontrolli' Kompla jisħaq ukoll li l-attenzjoni ma għandhiex tkun biss fuq il-clubs u l-parties. "Mill-ajruport qed jidħlu ħafna nies u ma nafux x'għandhom. Mhux biżżejjed tiċċekkja d-deni. Ma naqbilx li titfagħhom ġimgħa kwarantina imma almenu jkun hawn fast- testing malli jaslu," insista. 'Aħna ftaħna bil-miżuri f 'moħħna ... imma infurzar ma hawnx' L-ILLUM staqsietu jekk hemmx reżistenza mill-clubs u l-istabbilimenti tad-divertiment biex jaddottaw sistema ġdida ta' kif joperaw biex isiru jixbħu aktar il-lidos u l-lounges. Gerada insista li ma hemm l-ebda reżistenza. "Ħa nitkellem fuqi. Meta aħna aħna, għamilna dan bil-miżuri f 'moħħna. X'ġara? Tara party minnhom li qed isegwi l-miżuri u ħaddieħor li fetaħ u kulħadd jagħmel li jrid. Meta tara hekk bla ma trid tillaxka," insista Gerada. Kien hawn li saħaq li waħda mill- problemi li hawn hija n-nuqqas ta' infurzar. Fi kliemu, f 'xahar, ħadd qatt mar jispezzjona. "Infurzar ma hawnx. Issa kulħadd fil- farmhouses jorganizza l-parties," insista. 'Hotel Takeover ... l-uniku party li minn jeddu ħa d-dettalji tal-persuni kollha' Hawnhekk, Gerada għamel referenza għall-party Hotel Takeover li qajjem kontroversja sħiħa minħabba li beda mewġa ta' każi ġodda. Insista li anke jekk huwa minnu li żviluppaw każi minn dan il-party, jibqa' l-fatt li kien l-uniku party li kellu d-dettalji tal-persuni kollha li kienu hemm, inkluż it- temperaturi. "Jiena hemm kont. Kull ħarġa u daħla ħadulna d-dettalji tagħna. Il-contact tracing seta' jsir aktar faċli minħabba li ttieħdet din il-miżura. Dan qabel mal-Gvern għamel din il-miżura mandatorja għal kull avveniment tal-massa," temm ifakkar id-DJ. Tenishia Carlo Gerada

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 August 2020