Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276943
10 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 • illum L-ewwel li waqfu, l-aħħar li bdew u l-ewwel li reġgħu Fl-aħħar jiem, wara ż-żieda fil-każi tal-COVID-19, id-DJs spiċċaw fil-qalba tal-kritika għax ix-xogħol tagħhom jattira l-mijiet jekk mhux l-eluf. X'jaħsbu dwar l-attivitajiet tal-massa? Party jista' jkun ikkontrollat? Bdew wisq kmieni? Kif jaħsbuha? YENDRICK CIOFFI Fl-aħħar jiem kulħadd jaf li Malta rreġistrat żieda sostanzjali fil-każi ta' COVID-19. Kollox beda mill-party Hotel Takeover u kompla bil-marċ tal-festa ta' Santa Venera. Anke jekk ma kienu qed jagħmlu xejn kontra l-liġi, għax wara kollox il-permessi kienu qed jinħarġu, it-tort intefa' kollu kemm hu fuq l-organizzaturi, id-DJs u anke ż-żgħażagħ li marru jiddevertu. Iżda dan ġust? Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' J Joy, Tenishia u Carlo Gerada, tliet DJs lokali u internazzjonali li x-xogħol tagħhom kien l-ewwel li laqqatha bil-COVID-19 u li meta bdew jieħdu ftit tan-nifs, reġgħu sabu ħajt ma' wiċċhom. X'jaħsbu d-DJs dwar il-kritika li qed jirċievu? Ġusta? Kif intlaqtu? Għandhom jibqgħu jsiru l-attivitajiet tal-massa? Il- clubs se jagħlqu? X'jista' jsir biex jinħoloq kompromess? Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' John Refalo, jew kif inhu magħruf aħjar bħala J Joy li kien ottimist ħafna u insista li jekk kulħadd jieħu pass lura, jagħmel ftit sagrifiċċji u jsegwu l-pariri tal- awtoritajiet tas-saħħa u jaddatta għal dik li sejħilha 'sistema ġdida,' kif ġara fl- aħħar xhur, anke din id-darba nerġgħu nagħmlu suċċess u s-sitwazzjoni tal- pandemija terġa' tkun taħt kontroll. L-ILLUM bdiet tistaqsi lid-DJ internazzjonali kif il-pandemija tal- COVID-19 affettwat lilu personalment, b'Refalo jispjega kif kellu jħassar xejn inqas minn 40 gig lokali u internazzjonali hekk kif kellu jdoqq f 'diversi pajjizi, minn Ibiża u l-Italja sal-Amerika t'Isfel. "Tista' tgħid li kelli kull weekend ippakkjat," insista. 'Flok il-mużika ... kelli l-volontarjat' Madanakollu, anke jekk il-pjanijiet tiegħu taru mar-riħ, J JOY ma qadx idu fuq żaqqu u anke jekk mhux permezz tal- mużika, xorta waħda ra kif se jġib ftit tal- kuntentizza fil-ħajja tan-nies. Fil-fatt, Refalo waqqaf grupp volontajru bl-isem ta' 'Bravehearts' bil-għan li jgħin anzjani u persuni oħra vulnerabbli bit- tqassim ta' ikel, mediċini u affarijiet bżonnjużi oħra. "Ħdimna ħafna mal-Malta Trust Foundation u anke jekk fl-aħħar jiem erġajt bdejt indoqq, bqajna għaddejin ukoll b'dan ix-xogħol," stqarr magħna. 'Minn jeddi għażilt li għalissa nieqaf indoqq' Iżda dorna minnufih nitkellmu fuq is- sitwazzjoni li rriżultat f 'pajjiżna fl-aħħar jiem u kif bosta kienu dawk li tefgħu t-tort sempliċiment fuq il-clubs, il-parties u magħhom id-DJs. J JOY spjega kif hu kien fost l-ewwel DJs f 'Malta li meta ra li l-virus reġa' għolla rasu għażel biex għalissa jerġa' jieqaf idoqq. "Kont qed indoqq f 'lido magħruf li għandu l-aqwa ambjent għad-distanza soċjali u n-nies xorta waħda ħassejthom mhux bħas-soltu. In-nies mhux komdi u mbeżża'. Għalhekk ħadt id-deċiżjoni li għalissa ma ndoqqx aktar live," insista J Joy. Kien hawn li insista li filwaqt li l-ekonomija hija importanti, is-saħħa tan-nies mhux b'inqas u t-tnejn li huma jridu jaħdmu flimkien. Kien għalhekk li saħaq li sakemm kulħadd iżomm u jirrispetta l-miżuru ta' mitigazzjoni bħad-distanza soċjali, ma jarax għaliex in-nies għandhom mill- ġdid jissakkru d-dar. "Jiena ċert li jekk kulħadd jikkopera, fi żmien xahar nerġgħu nikkontrollaw is- sitwazzjoni," insista J JOY waqt li faħħar dawk il-clubs u anke lidos li fi tmiem il- ġimgħa li għadda mill-ewwel addattaw l-istabbilimenti u l-operat tagħhom skont ir-restrizzjonijiet ġodda li ħabbar il- Gvern. Fil-fatt, J JOY saħaq mal-ILLUM li qed jaħdem ma' ħbieb tiegħu barranin u anke ma' sidien ta' stabbilimenti f 'Malta biex aktar clubs jaddattaw għal sistema ġdida, fejn, fi kliem sempliċi, kulħadd ikollu d-dancefloor tiegħu. "Ma hemmx għalfejn nagħlqu l-bibien tal-clubs. Id-DJs jistgħu jkunu xorta waħda preżenti u jdoqqu chill-house. In-nies ikunu bilqiegħda ma' mwejjed jew sufanijiet. Min irid jiżfen, jiżfen fid- dancefloor tiegħu flok ġo massa," spjega. "Barra minn Malta ilu li daħal dan il- kunċett. Ma narax għalfejn ma nistgħux nagħmluh f 'Malta wkoll." Anke jekk għad-DJs u forsi għas-sidien dan xorta waħda se jnaqqas xi ftit jew wisq mid-dħul tagħhom, Refalo insista li f 'dan l-istadju ħadd ma jista' jaħseb biss fih innifsu. "Wara kollox kulħadd qed jagħmel is- sagrifiċċji," temm jgħid id-DJ. 'Ma hemmx għaliex nagħlqu l-bibien tal-clubs ... jekk kulħadd jikkopera nerġgħu nikkontrollawha' J Joy