Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276943
09 illum • IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 analiżi IL-VAĊĊIN Għalhekk il-vaċċin mar għat-tielet fażi - dak ta' qabel l-approvazzjoni. Il-voluntiera fil-Brażil bdew jirċievu l-vaċċin. Il-prova bdiet nhar is-Sibt 20 ta' Ġunju u fiha se jipparteċipaw 5,000 persuna madwar il-pajjiż: Sao Paulo, Rio De Janeiro u żona fil-grigal tal-pajjiż. Meta se naraw ir-riżultati? Riżultati preliminarji juru illi l-eżitu ta' dawn il-provi se jkunu miġbura matul Novembru u jekk jikkonfermaw li dan il- vaċċin huwa effettiv it-tim tal- Oxford jgħaddih lill-awtoritajiet sal-aħħar tas-sena. Il-kumpanija AstraZeneca fuq is-sit tagħha fil-21 ta' Mejju kienet qalet illi diġa' ffirmat ftehim għall-ewwel 400 miljun doża u assigurat l-abbilità li toħloq biljun doża oħra biex tibda tqassam ix-xahar id- dieħel. Naturalment jidher illi din il-mira mhux se tintlaħaq hekk kif il-vaċċin ma jkunx għadu approvat. Riżultati inkoraġġanti fl-Istati Uniti Jekk naqsmu l-oċean insibu illi fl-Istati Uniti wkoll jidher li hemm riżultati pożittivi hekk kif l-eżitu tal-provi tal-vaċċin mRNA-1273 mill-kumpanija Moderna/AstraZeneca urew illi din saħħet is-sistema immunitarja b'modi li tista' tkun protettiva. Naturalment hemm effetti għalkemm skont rapport tar- riżultati fl-ewwel stadju kienu biss erba' minn 45 persuna li għamlu t-test li kellhom effetti negattivi fuq saħħet il-persuna - dawn qed nirreferu għal uġigħ fejn saret l-injezzjoni u riħ. Moderna qalet illi l-parteċipanti kollha kellhom reazzjoni immunitarja għal dan il-vaċċin. Moderna qalet illi l-provi juru li l-parteċipanti li rċevew il- vaċċin ipproduċew antibodies newtralizzanti li nstabu f 'ħafna mill-pazjenti li fiequ mill-virus. Kien hemm bżonn it- tieni injezzjoni biex ikun hemm rispojn nimmunitarju drammatiku. B'differenza mill-vaċċin fir- Renju Unit dak ta' Moderna ma ġiex ittestjat fuq l-annimali qabel ma bdew testijiet fuq il- bnedmin. Issa se tkun qegħda tibda t-tielet fażi ta' dan il-proċess li jitratta din il-kumpanija u li fih 30,000 persuna se jkunu parti mill-ittestjar. Dawn se jirċievu żewġ injezzjonijiet 28 jum 'il bogħod minn xulxin. Saħansitra minn issa Moderna diġa' qalet illi se tkun qed titlob il-prezz ta' bejn $32 u $37 għal ordnijiet żgħar ta' dan il-vaċċin. U anke miċ-Ċina hemm aħbarijiet sbieħ! L-ironija trid li xi ftit ta' aħbarijiet tajbin ġejjin miċ- Ċina wkoll - il-pajjiż li kien l-epiċentru tal-virus li imbagħad infirex mad-dinja kollha mis- suq Ċiniż ta' Wuhan. Il-kumpanija privata Sinovac Biotech qed tittestja l-vaċċin bl-isem CoronaVac u f 'Ġunju ħabbret Fażi I/II tal-provi fuq 743 parteċipant li ma nstabu bl- ebda effetti severi wara li ħadu dan il-vaċċin. Hawnhekk ukoll u f 'dan il-każ it-tielet fażi se tkun fil-Brażil - wieħed mill-aktar pajjiżi li fihom hemm każi ta' Covid-19 - flimkien mal-Istitut Butantan, kumpanija li tipproduċi vaċċin. F'dan il-każ se jsiru testijiet fuq 8,870 persuna. Intant miċ-Ċina wkoll l-Istitut Bijoloġiku ta' Wuhan u Sinopharm jinsabu wkoll fit- tielet fazi tal-provi fl-Emirati Għarab Magħquda bi 15,000 parteċipant mistenni jkun involut. Iċ-Chairperson ta' Sinopharm kien irrapportat jgħid illi l-vaċċin jista' jkun lest għall-użu sal-aħħar tas-sena. Dan filwaqt li nbnew faċilitajiet għall- produzzjoni tal-massa għal dan il-vaċċin. Il-lista ta' dawk li qed jaħdmu fuq vaċċin li qed jiġru fuq quddiem u f'liema fażi waslu: 1 - Oxford/AstraZeneca (Fażi 3) 2 - Moderna/NIAID (Fażi 3) 3 - Sinovac (Fażi 3) 4 - L-Istitut ta' Wuhan għal prodotti Bijoloġiċi/Sinopharm (Fażi 3) 5 - L-Istitut ta' Beijing għal prodotti Bijoloġiċi/Sinopharm (Fażi 3) 6 - BioNTech/Fosun Pharma/Pfizer (Fażi 3) 7 - L-Università ta' Melbourne/ Istitut ta' Riċerka Murdoch (Fażi 3)