Illum previous editions

ILLUM 9 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276943

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 tal-Festival Nazzjonali unika għat-tfal It-tranżizzjoni għall-online trid tkun totali u permanenti Ħerqana biex it-tranżizzjoni għall-online ma tkunx biss biex minnha jgawdu t-tfal. Il-pjan tagħna jħares ferm fit-tul: il- qalba għall-online trid tkun totali u permanenti. Huwa għalhekk li minn hawn qed insejħu lill-imsieħba kollha tal-industrija, speċjalment l-eżebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, biex jitħażżmu sewwa u jaraw li jinsabu paripassu mal-aħħar teknoloġiji għall-bejgħ tal-kotba online. L-istudenti m'għandhomx isibuha diffiċli biex jidħlu u jsarrfu l-vawċer online u iex nilħqu dan l-għan qed naħdmu sabiex tinħoloq sistema li biha l-vawċer ikun jista' jissarraf f 'forma ta' kodiċi li tintuża darba biss. Min-naħa tal-pubblikaturi jkun tajjeb li jaġevolaw is-servizzi online tagħhom sabiex l-istudent ma jsibhiex bi tqila biex jidħol, isib il-ktieb li jixtieq u jsarraf il- vawċer. Il-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb mhuwiex skuraġġut mis- sitwazzjoni, u determinati biex flimkien mal-pubblikaturi nieħdu din bħala opportunità biex insibu modi ġodda kif nippromwovu l-qari u l-kotba u jinbiegħu l-kotba. Infakkru lill-pubblikaturi kollha li d-data tal-għeluq biex japplikaw għall-edizzjoni virtwali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (11-15 ta' Novembru) se tibqa' kif kienet tħabbret fil- bidu: il-Ġimgħa 14 ta' Awwissu. Ibqgħu segwu l-korrispondenzi li qed ikollna magħkom sabiex il-proċess ikun wieħed mingħajr intoppi. Informazzjoni oħra nippubbliawha bħas-soltu fuq is-sit tagħna www.ktieb.org. mt u fuq il-paġna tal-Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (Malta Book Festival 2020) u tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (National Book Council Malta). Il-programm sħiħ tal-attivitajiet jitħabbar fix-xhur li ġejjin. Wara li lbieraħ il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħabbar li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jsir xorta waħda iżda b'mod xitrwali, it- tim organizzatti tal-Festival qed iħares lejn din l-isfida l-ġdida b'determninazzjoni sabiex it-tfal jerġa' jkollhom esperjenza fejjieda imma mġedda mal-ktieb u l-qari

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 August 2020