Illum previous editions

ILLUM 9 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276943

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb L-edizzjoni virtwali tal-Festival tal-Ktieb - esperjenza unika Id-deċiżjoni li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ma jsirx bil-mod tradizzjonali kif nafuh ma kinitx waħda faċli. Tul dawn l-aħħar seba' snin l-avveniment kiseb reputazzjoni għolja kemm mal-imsieħba fl- industrija tal-kotba iżda anki mal-pubbliku - speċjalment mat- tfal li huma wieħed mill-klijenti l-aktar importanti fix-xogħol kollu tul is-sena tal-KNK. Min dan il-lat il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jimmira wkoll li jkun ta' eżempju għal entitajiet oħra governattivi, kif konna fil-passat - ma nistgħu qatt nieħdu r-riskju li minħabba deċiżjonijiet li ma ttiħdux f 'waqqithom xi ħadd jinfetta ruħu waqt il-Festival, u lanqas nistgħu nagħmlu avvenimenti meta hemm ir-riskju li nikkompromettu l-benessri tal- klijenti, l-imsieħba u l-ħaddiema tagħna. Tinstema' klixè, imma t-tim organizzattiv tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb qed iħares lejn din l-isfida l-ġdida b'ħeġġa sabiex insarrfuha għal darb'oħra f 'laqgħa unika tat-tfal mal-qari u d-dinja tal-kotba. Iżda mhux biss - qed naħdmu sabiex, flimkien mal-pubblikaturi u l-imsieħba l-oħra fl-industrija li magħhom naqsmu sapport reċiproku, nimbuttaw il-limiti u nidħlu f 'art li, ngħiduha kif inhi, f 'pajjiżi oħra m'għadhiex daqstant ġdida: l-esperjenza virtwali. Studenti u tfal: l-aqwa kotba tal-2019 jinsabu biss klikkjatura bogħod! Ix-xiri ta' kotba online kien ilu fil-ħsieb tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Fil-fatt meta faqqgħet l-imxija Covid-19 nedejna għadd ta' kampanji sabiex inħajru lit-tfal jixtru l-kotba mis-siti tal-pubblikaturi, ladarba ma setgħux joħorġu mid-dar. F'Marzu qassamna fuljett lid- djar kollha ta' Malta u Għawdex bl-informazzjoni kollha li wieħed jeħtieġ biex jixtri ktieb online mingħand kull pubblikatur f 'Malta. Dal-fuljett jisnab ukoll b'mod virtwali (ovvjament!) fuq is-sit tal-KNK. Minn hawnhekk inħeġġu lit- tfal u lil min jieħu ħsiebhom biex jiffamiljarizzaw ruħhom aktar mas-servizzi online tad-diversi pubblikaturi Maltin. M'ilux ippubblikajna l-lista ta' kotba finalisti tal-Premju Terramaxka għat-Tfal u l-Adolexxenti, u nistgħu nassigurawkom li għal darb'oħra l-kotba sottomessi huma ta' kwalità għolja kemm mil-lat ta' kontenut u anki minn dak illustrattiv. Se nidħlu f 'kull klassi ta' Malta u Għawdex bix-xows tagħna Il-programm ta' attivitajiet li s-soltu jkollna mħejji għall- istudenti li jżuru l-Festival se jsir xorta waħda. Ovvjament l-istudenti mhumiex se jiġu Dar il-Mediterran imma aħna se nidħlu f 'kull skola ta' Malta u Għawdex b'mod virtwali…mhux bis-sens jew? Ix-xows ibbażati fuq il-kotba rebbieħa tat-Terramaxka tas- sena l-oħra u ta' dis-sena hemm il-ħsieb li jiġu rrekordjati u jintbagħtu lill-iskejjel. Se jkun hemm xow ibbażat fuq il-ktieb Il-Ħanut tal-Ħelu Li Mar Dawra ta' Clare Azzopardi għal tfal sa seba' snin u ieħor ibbażat fuq Amina ta' Antoinette Borg għall-adolexxenti sa sittax-il sena. Ix-xow fuq ir-rebbieħa ta' dis-sena nħalluhulkom sigriet għalissa ladarba għad irridu nħabbru r-rebbieħa ta' dis-sena! Dan huwa materjal edukattiv magħmul b'mod li t-tfal jieħdu gost jitgħallmu, u kull xow ikun imqassam skont l-età tal-istudent. Ninsabu ċerti li l-għalliema se jsibuh utli għat- tagħlim dwar il-ħila tal-qari, it- trawwim ta' komunità li taqra u anki għall-gost, fost affarijiet oħra. Huwa materjal li jista' jibqa' jintuża kemm-il darba. Il-vawċer tant maħbub se jitqassam xorta waħda. Kull student li se jirreġistra għall-edizzjoni virtwali tal- Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jintbagħatlu l-vawċer li jkun jista' jonfoq online mingħand il- pubblikatur tal-għażla tiegħu u li jkun qed jieħu sehem waqt il- Festival.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 August 2020