Illum previous editions

ILLUM 9 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276943

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 analiżi illum • IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 Delia ... L-ILLUM tagħti ħarsa lejn Din il-ġimgħa jibda l-proċess ta' verifika fuq il-kandidati għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Adrian Delia, li għamel tliet snin fid- dell ta' allegazzjonijiet, se jkun qed jgħaddi wkoll minn dan il-proċess. X'nafu diġà dwaru? X'jista' jkun jinkludi dan ir-rapport? 17 Black iddeffes denbha ... inkjesta maġisterjali 17 Black, jew aħjar is-sid tagħha, Yorgen Fenech, ħalla wkoll il-marka tiegħu fuq Adrian Delia, bħalikieku ma kellux biżżejjed dellijiet fuqu. Inkjesta maġisterjali qed tinvestiga allegazzjonijiet, li ħarġu mix-xhieda ta' Melvin Theuma (l-intermedjarju fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia) u aktar tard ta' Keith Schembri (l-eks Chief of Staff ta' Kastilja). Dawn l-allegazzjonijiet huma dwar ikla li Adrian Delia allegatament kellu għand Yorgen Fenech u li waqt l-istess laqgħa, il-Kap Nazzjonalista (dejjem skont ix-xhieda) kien talbu €50,000 biex jintużaw kontra l-elezzjoni ta' David Casa. Delia ċaħad din l-allegazzjoni b'affidavit. Sa issa ma hemm l-ebda evidenza li dawn il-flus għaddew. Lanqas Casa nnifsu ma għandu evidenza f 'idu li jipprova dawn l-allegazzjonijiet. Iżda dan ma kienx biżżejjed. Meta Delia ma setax ikun f 'dell aktar milli hu, ifeġġu l-famużi chats fuq Whatsapp li allegatament juru konverżazzjoni bejn Yorgen Fenech u Adrian Delia. B'kunfidenza, Fenech jistieden lil Delia biex "isajru" xi ħaġa flimkien, bil-Kap Nazzjonalista, minflok jeħles minnu, jgħidlu li se jgħid lil Pierre (Portelli) biex jorganizza kollox. Iċ-chat iġġib id-data ta' Marzu tal- 2019, jiġifieri meta kien diġà magħruf li l-kumpanija 17 Black kienet ta' Yorgen Fenech u li din kienet target client tal- kumpaniji fil-Panama ta' Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi. Dan wassal biex Adrian Delia jkun deskritt bħala "il-ħabib ta' Yorgen Fenech," minn Jason Azzopardi, wieħed mill-aktar Deputat Nazzjonalisti li huwa voċiferu kontra Delia. Adrian Delia fetaħ protest ġudizzjarju kontra Jason Azzopardi waqt li qed jallega li dan qed iħammġu u jimmalafamah. Is-sit illum.com.mt waslitlu wkoll informazzjoni li Azzopardi, f 'laqgħat li kien qed ikollu, kien qed jisħaq li hemm aktar messaġġi li se joħorġu fir- recordings ta' Melvin Theuma u li juru illi l-pagament bejn Fenech u Delia vera seħħ. Azzopardi żamm ma' dak li qal u f 'kontro-protest sfida lil Delia biex min jirriżulta li ma kellux raġun, jew li kien qed jigdeb, jirriżenja mill-Parlament.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 August 2020