Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276943
08 analiżi IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 • illum IL-VAĊĊIN GĦALL-COVID-19 FHIEX WASALNA BIEX FORSI NEĦILSU MINN DIN IL-PANDEMIJA? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-vaċċin għall-Covid-19 - it- tama fl-aħħar ta' dan il-vjaġġ twil tal-pandemija - reġa' jinsab fuq fomm ħafna nies hekk kif ħafna qed jittamaw fih għas-soluzzjoni għal dan il-virus li issa ilu jilgħab ma' ħajjet in-nies u mal-mod kif jgħixu huma. Illum din il-gazzetta se tagħti ħarsa lejn il-vaċċin u fejn tinsab il-ħidma fuqu f 'diversi pajjiżi, magħmul minn diversi kumpaniji biofarmaċewtiċi kif ukoll universitajiet. Il-vaċċin f 'numri Ħamsa: Ħamsa huma b'kollox l-istadji li minnhom irid jgħaddi vaċċin għall-Covid-19. Dawn huma: L-ewwelnett il- provi pre-kliniċi fejn il-vaċċin ma jkunx għadu ġie ttestjat fuq l-umani. Imbagħad hemm l-Ewwel Fażi fejn jibdew xi testijiet b'numri żgħar biex tkun żgurata is-sigurtà. Fit-tieni fażi jiżdiedu n-numru ta' testijiet li jsiru u fit-tielet fażi jibdew isiru testijiet fuq skala kbira biex tkun determinata l-effikaċità tal-vaċċin - jiġifieri kemm dak il-vaċċin jista' jħalli riżultati. Finalment, l-aħħar stadju huwa dak tal-approvazzjoni. L-Università ta' Oxford b'vaċċin fi stadju avvanzat L-Università ta' Oxford ilha taħdem fuq vaċċin minn mindu kellha riżultati tajbin meta ttestjat fuq ix-xadini. Naturalment kien hemm dubji għall-bidu hekk kif dak li ħadem fuq ix-xadini mhux neċessarjament kien tajjeb biex jaħdem fuq l-umani. L-Università ta' Oxford kienet qed taħdem mill-qrib mal-kumpanija globali tal- farmaċewtika AstraZeneca għal aktar żviluppi, manifattura fuq skala kbira u aktar distribuzzjoni tal-vaċċin għall-Covid-19. Dan għaliex filwaqt li l-università trid issib il-vaċċin, il- kumpanija tal-biofarmaċewtika trid tipproduċi dan il-vaċċin f 'ammonti kbar ħafna (din hija pandemija globali). Iktar kmieni, f 'Ġunju, l-Università ppubblikat ir- riżultati tal-ewwel u t-tieni stadju fil-proċess u nstsab illi l-vaċċin li qed tipproduċi bl- isem ChAdOx1 nCoV-19 qed tħalli r-riżultati. Dan il-vaċċin kien magħmul minn virus immodifikat ġenetikament u li jikkawża l-irjiħat komuni fix-xadini. Dan il-virus ġie mmodifikat - jiġifieri kellu l-istruttura ġenetika tiegħu mibdula - biex ma jkunx ta' ħsara għall-umani u biex dan "jidher" aktar bħall- Coronavirus. Imma kif ħadem? Il-vaċċin pprovoka dik li tissejjaħ Ċellol T f '14-il jum minn meta ttieħed u ħoloq rispons ta' antibody fi 28 jum. X'inhi Ċella T? Din hija tip ta' ċella bajda (White Blood Cell) li hija parti mis-sistema ta' immunità f 'ġisimna u li jiżviluppaw fil-mudullun. Din tattakka iċ-ċelloli infettati bil-Coronavirus. X'inhu antibody? Dan huwa proteina fil-ġisem illi hija wżata mis-sistema tal-immunità biex jiġġieldu bakterja u virus fil- ġisem. L-antibody tirrikonoxxi virus partikolari - qisu l-għadu fil-ġisem - u tiġġilidlu. Waqt l-ewwel u t-tieni fażi kien determinat li dan il-vaċċin huwa sigur bi ftit effetti ta' saħħa relatati mat-teħid tiegħu. B'kollox hawnhekk il-vaċċin ingħata lil 1,000 persuna ta' bejn it-18 u 55 sena b'10 voluntiera jingħataw żewġ dożi. Il-Professur Andrew Pollard, il-Kap Investigatur tat-Tim li qed jieħu ħsieb il-produzzjoni ta' dan il-vaċċin qal illi l-aktar riżultati b'saħħithom deheru fost dawn l-10 li ħadu żewġ dożi. Mene Pangalos Viċi President Eżekuttiv ta' AstraZeneca qal li jinsabu kuntenti bir-riżultati "li juru illi dan il-vaċċin ipproduċa u b'veloċità antibodies u Ċelloli T. " U l-vaċċin imur għat-tielet fażi fil-Brażil Ħadd fid-dinja mhu kuntent li l-Covid-19 reġgħet qed tgħolli rasha - imma qabel ma jkollna vaċċin ftit jista' jkun hemm tama li dan il-virus ma jibqax iqum u jorqod perjodikament. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn fejn wasal il-proċess ta' produzzjoni ta' vaċċin sigur u effikaċi