Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276943
L-Afrika tista' tgħallimna niġġieldu l-COVID-19 Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth 23 opinjoni illum • 9 TA' AWWISSU 2020 A fna Hirsch, kummentatur regulari tal-gazzetta Ingliża Guardian Weekly, jammetti li hu kien wieħed minn dawk li ħassu jitwerwer jekk l-imxija coronavi- rus kellha tolqot lill-kontinent Afrikan, b'popolazzjonijiet fqar ħafna u b'faċili- tajiet ferm inqas ta' saħħa minn dawk ta' l-Ingilterra jew ta' l-Italja. Iżda mhux hekk ġara fl-Afrika, għax ħafna nazzjonijiet Afrikani ntebħu kmieni li ma jaffordjawx it-triq tal- ittestjar u tal-isptarijiet u kienu jeħtieġu metodi izjed kreattivi. U Hirach isemmi tliet pajjiżi Afrikani: Senagal, Ghana u Madagascar, dan tal-aħħar popolari ma' dawk li fuq wieħed mill-istazzjonijiet televizivi Maltin iħobbu jaraw il- programm dwar l-annimali li jgħixu fil- gżira enormi Afrikana Madacascar. Is-Senegal Is-Senegal qed tiżviluppa kit għat- testing li jqum biss dollaru kull pazjent u hu ttamat li f 'inqas minn 10 minuti jikxef jekk dak li jkun għandux infezzjoni. Dan il-pajjiż għandu vantaġġ għax beda minn kmieni, minn Jannar, jippjana t-tweġiba tiegħu għall-imxija. U offra sodda lil kull pazjent jew ġo sptar jew ġo faċilità tas-saħħa fil-komunità. Ir-riżultat jidher ċar – qalb popolazzjoni ta' 16-il miljun seħħew biss 30 imwiet. Fl-Ingilterra ġara bil-maqlub u llum dan il-pajjiz kellu iżjed minn 46,000 imwiet. Il-Ghana Ghana li għandha popolazzjoni ta' 30 miljun kellha l-istess ammont ta' mwiet bħas-Senegal għax użat l-ittestjar f 'daqqa ta' diversi kwalitajiet ta' demm u marret għal testijiet individwali fil-każ biss ta' dawk li rriżultaw pożittivi. Il-vantaġġi li hemm f 'dix-xorta ta' ittestjar illum qed ikun studjat mil- Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Matul il-kontinent Afrikan, fejn il- prodotti farmatewtiċi huma għoljin u għalhekk rari, wasslet għal interess kbir fir-rimedji tradizzjonali tal-ħxejjex. Madagascar Dan l-interess ħa spinta qawwija minn meta l-President Andry Rajoelina tal-Madagascar ħabbar li l-ħaxixa "Artemisia annua," li bl-Ingliż tissejjaħ "sweet wormwood" hija fejqan għall- Coronavirus. Naturalment l-Oganizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa insistiet li għad hemm bżonn iżjed testijiet. U l-istitut Max Planck tal- Ġermanja qed jagħmel testijiet kliniċi fuq xorta differenti ta' din il-ħaxixa. Dawn it-testijiet qed isiru fl-Istat ta' Kentucky, fl-Amerika. Qed isiru fuq ċelluli ta' din il-ħaxixa biex jaraw kemm huma effettivi biex jikkumbattu l-infezzjonijiet tal- coronavirus. Il-Professur Peter Seeberger qal lil Afua Hirsch li r-riżultati, sa issa, kienu "interessanti ħafna". Hu maħsub li wara dawn it-testijiet isiru testijiet kliniċi fuq il-bnedmin. Għoxrin Pajjiż Diġà ordnawha L-istqarrija tal-President tal- Madagascar dwar il-ħaxixa kellha laqgħa pożittiva ħafna. Infatti iżjed minn 20 pajjiz diġà ordnaw il-verżjoni tal-ħaxixa li hemm fil-gżira Madagascar. U l-President Rajoelina tgħidx kemm qed jidher f 'laqgħat u programmi televiżivi bi flixkun ta' xarba kannella magħmula minn din il-ħaxixa, isemmi l-benefiċċji li hemm fiha. Għaliex din il-ħaxixa mhix tissemma ħafna bħala rimedju kontra l-imxija tal-Coronavirus? Il-President tal- Madagascar iwieġeb għax hija innovazzjoni Afrikana. Kieku kienet art Ewropea li skopriet din il-mediċina, kieku kien ikun hawn daqshekk dubju? U fuq it-televiżjoni Franċiża, il-President Rajoelina wieġeb: "Ma naħsibx li kien ikun daqshekk". Naturalment huma x-xjenzati li jridu jgħidu l-aħħar kelma imma Afua Hirsch jammetti li teżisti attitudni Ewroċentrika u jammeti wkoll li diversi innovazzjonijiet Ewropej għandhom l-oriġini tagħhom f 'innovazzjoniet fil- kontinent Afrikan. Ħafna huma dawk li mhumiex lesti jitgħallmu minn dak li jiġri fl-Afrika u fit-tagħlimiet li dak il-kontinent lest joffri bħala soluzzjoni għall-problemi li hawn f 'naħiet oħra tad-dinja. Dun Anġ Seychell