Illum previous editions

ILLUM 9 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276943

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 • illum Proprjetajiet, monumenti u 'visual corridors' Saqqajja u Howard Garden jingħataw Tlieta u tletin propjetà kif wkoll monumenti fir-Rabat ġew skedati bħala Grad 1 u Grad 2 għall-arkitettura u l-valur tagħhom. Dawn jinkludu, l-Knisja ta' San Mark u l-monasteru tagħha, kif ukoll n-numru ta' residenzi u statwi li jinsabu tul Vjal Santu Wistin, Triq il-Mużew, Triq is- Saqqajja u Triq Santu Wistin. Ġewwa sit arkeoloġiku fix- Xagħra, Għawdex, riċentement instabu numru ta' spazji għad- dfin u b'hekk l-Awtorità tal- Ippjanar, b'kollaborazzjoni mas- Sovrintendent tal-Wirt Kulturali, tat ukoll ipproteġiet Klassi A lil dan is-sit. Il-Knisja ta' San Mark u l-monasteru li jmiss magħha jaqgħu taħt l-ordni reliġjuża tal-Agostinjani, huma ingħataw l-ogħla status ta' protezzjoni bħala propjetà Grad 1. Il-kostruzzjoni tal-Knisja, li hija ibbażata fuq id-disinn tal-famuż Girolomo Cassar, bdiet fl-1571 u tlestiet fis sena 1588. Għalkemm matul is- snin twettqu xi tibdiliet fid-disinn, l-istruttura oriġinali għadha dik ta' Cassar. Il-Knisja hija mżejna bil- 'portico' li ssebbaħ l-faċċata tagħha u Girolomo Cassar jidher li ddisinja l-faċċata tal-Knisja ta' San Mark fir-Rabat fuq stil rinaxximentali li kien ra waqt l-istudju tiegħu f 'Napli u Ruma. Ġewwa, il-Knisja għandha disinn arkitettoniku sempliċi li tinkorpora in-navi, il-korsija u l-kor ,. Il-Knisja hija msaqqfa fuq in-navi wiesgħa permezz ta' troll; waħda mill-ewwel f 'Malta, li hija kunsidrata li serviet bħala prototip għall-Kattidral ta' Cassar fil-Belt Valletta. Il-monasteru Agostinjan, li ġie ristrutturat konsiderevolment minn meta inbena oriġinarjament, ġie disinjat mil-perit Andrea Belli. Il-faċċata tal-kunvent għandha stil barokk, b'enfasi fuq l-entratura, permezz ta' kolonni, skultura estensiva u gallarija ellittika. Fi Vjal Santu Wistin, quddiem il-knisja, l-erba' statwi li jinsabu f 'din il-pjazza huma wkoll meqjusa bħala monumenti ta' Grad 1. L-erba' statwi jirrappreżentaw lil San Nikola ta' Tolentino, il-Madonna tal-Konsolazzjoni, San Anton l-abbati u Santu Wistin. Dawn l-istatwi huma x-xogħol ta' Ċensu Sammut; l-iskultur b'rabtiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 August 2020