Illum previous editions

ILLUM 9 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276943

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 aħbarijiet illum • IIL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 corridors' fl-inħawi tat-telgħa tas- jingħataw status ta' protezzjoni għoli mal-familja Dimech. Barra min hekk, ġewwa Vjal Santu Wistin, numru ta' residenzi tniżżlu bħala binjiet ta' Grad 2 għall-merti arkitettoniċi u storiċi tagħhom. Il-proprjetajiet għandhom parapetti estensivi li jipprovdu pajsaġġ għat-toroq. Huwa rari li ssib pajsaġġi miuħa bħal dawn, speċjalment meta wieħed jikkunsidra li f 'żona ta' konservazzjoni urbana (UCA) ġeneralment jikkonsistu minn toroq tradizzjonali dojoq ikkaratterizzati minn sensiela ta' faċċati. Il-ħitan tal-proprjetajiet kollha għandhom l-istess disinn u materjal u huma kkaratterizzati prinċipalment minn pilastri neogotiċi u xtiebi tal-ħadid. Mibnija fis-seklu 19, dawn ir- residenzi kollha huma eżempji tajba ta' faċċati b'elementi tradizzjonali. Il-proprjetajiet tul is- Saqqajja huma kkaratterizzati u influwenzati mill-era Vittorjana. Tlieta mill-proprjetajiet tul din it-triq huma mibnija fi stil Tudor b'influwenzi neogotiċi, dawn ġeneralment jinstabu l-Ingilterra u mhumiex komuni lokalment. Dan l-istil huwa kkaratterizzat mill-preżenza ta' bay windows li huma viżibbli fuq il-faċċata tal- proprjetajiet. Dawn id-djar, li ġew iddisinjati minn Andrea Vassallo, jenfasizzaw b'mod partikolari id- dettall arkitettoniku li hu preżenti fuq il-faċċati. F'din iż-żona hemm karatteristika oħra li hija importanti kif ukoll protetta. Din hija r-rabta viżwali bejn Vjal Santu Wistin u Triq Santu Wistin; magħqudin permezz tal-pjazza semi-ċirkulari quddiem il-Knisja ta' San Mark. Filwaqt li t-triq isservi ta' rabta importanti bejn iċ-ċentru tar-Rabat u l-bieb ewlieni tal-Imdina, il-parti ta' Triq Santu Wistin u is-Saqqajja hija waħda mill-eqdem triq li jwasslu lejn ir-Rabat. F'Għawdex, l-Awtorità skedat ukoll karatteristiċi arkeoloġiċi li ġew skoperti riċentament. Dawn jikkonsistu minn żewġt spazji għad-dfinli jinsabu f 'sit arkeoloġiku magħruf bħala 'Tal-Qaċċa' fi Triq tal-Qaċċa, ix- Xagħra. Din iż-żona hija meqjusa bħala Żona Importanti għall- Arkeoloġija (AAI). Iż-żona tkopri t-Tempji tal-Ġgantija, iċ-Ċirku tal-Ġebel, l-Għar ta' Għejzu, il- megaliti u il-grotta. Iż-żewġt spazji għad-dfin li jinsabu viċin iċ-Ċirku tal-Ġebel tax-Xagħra jiżvelaw fdalijiet umani, fuħħar neolitiku u traċċi ta' okra ħamra. Minħabba li s-sit huwa viċin iċ-Ċirku tal-Ġebel, probabbli dawn il-karatteristiċi huma estensjoni tas-sit għad- dfin neolitiku. Dan is-sit, li għadu kif ġie skopert, qed jingħata l-ogħla livell ta' protezzjoni għall- arkeoloġija bħala Klassi A. Il-lista sħiħa tal-proprjetajiet skedati tinsab fuq il-websajt tal-Awtorità tal-Ippjanar: www. pa.org.mt.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 August 2020