Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281575

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 ħsibna... Se jkollna diffiċli eżempju, aġenzija tieħu 0.1% tal-prezz wara li tnaqqas it-taxxa. Jiġifieri jekk qtajt biljett għal Londra u lura u swiek €180, ejja ngħidu €80 huma taxxa - allura jifdal €100 li minnhom nieħu 0.1%, jiġifieri nieħu 10ċ. Ara kif nista' nagħtik il-flus f 'dawn iċ-ċirkostanzi, meta mhu dieħel xejn?" Huwa qal li minn naħa l-oħra minn fuq l-akkomodazzjoni l-aġenti jieħu xi 5% u ġieli 7%. "Ħa nagħtik eżempju. jiena la jiena kbir u lanqas żgħir. Normalment lil linji tal- ajru nagħtihom bejn €30,000 u €50,000 kull ġimagħtejn. Fl-aħħar xhur meta nara r-rapporti, għandi nieħu jiena mhux nagħti. Dan apparti li ridt inkompli nħallas lill-ħaddiema." Hawnhekk jirrikonoxxi l-għajnuna tal- Wage Supplement għalkemm jgħid li fil- każ tiegħu baqa' joħroġ parti mill-paga hu. "Is-sitwazzjoni hija prekarja," jammetti Tonna. M'hemmx domanda għall-Emirates, Turkish Airlines u Qatar f 'daqqa Infakkru li kien hemm linji tal-ajru li din is-sena ddeċidew li ma joperawx minn Malta għalissa - bħall-Emirates u l-Qatar, żewġ linji tal-ajru kbar u linji tal-ajru oħra li waqqfu t-titjiriet tagħhom bħall-Easyjet. Fuq liema bażi tittieħed deċiżjoni bħal din? Tonna jfakkar illi l-linja tal-ajru Emirates għandha ajruplani kbar imma minn Malta jopera t-tip li huma it iżgħar u jgħid illi anke fl-aqwa perjodi din il-kumpanija qatt ma kienet timla' l-ajruplan minn Malta u kien għalhekk li rabtu lil Malta ma' Ċipru f 'titjira Malta - Ċipru - Dubai. Dan apparti li kienu wkoll jittrasportaw merkanzija. Fis-suq Malti daħlu wkoll maż-żmien it-Turkish Airlines li jaħdmu fuq l-istess mudell tal-Emirates li tieħu lin-nies Dubai, imma oltrè minn hemm. L-istess il-linja nazzjonali Torka tieħu lin-nies Istanbul, iżda minn hemmhekk mad-dinja kollha. U l-istess il-Qatar. "Sakemm in-numri kienu raġonevoli u tajbin kien hemm l-ispazju għal dawn it-tliet operaturi. Imma issa m'hemmx. U d-domanda għal vjaġġar long-haul m'hemmx. Jiġu mela lura Malta, imma jekk ikun hawn domanda. Mhux ġejjin hawn biex joħolquha huma d-domanda," jgħid Tonna. Huwa jfakkar illi ħafna linji tal-ajru għaddejjin minn żmien ħażin ukoll u jsemmi kif l-Emirates, minkejja li hija tal-Gvern tad-Dubai, xorta qed tistenna li tgħix permezz ta' bailout. "Kulħadd irid jieħu deċiżjonijiet diffiċli," jisħaq. 'Mhux se nieħdu n-nifs li ħsisbna' U ladarba qed nitkellmu dwar deċiżjonijiet diffiċli, jara li Malta fis-settur hekk se jkollu jiġri wkoll? Ifakkar illi l-previżjonijiet għal din is- sena kien li wara l-ewwel mewġa ikun hemm sajf li n-negozji jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex jilqgħu għal Xitwa iebsa. "Konna żbaljati. It-tieni mewġa bdiet ħafna qabel ħsibna. Bħalissa hemm min qed jirraġuna li aħjar bqajna magħluqin għax ix-xogħol hu li hu imma hemm l-isjpejeż issa - kontijiet tad-dawl u l-ilma, tindif u ċerti spejjeż ta' kuljum." "Mhux se nieħdu n-nifs li ħsibna illi se nieħdu. Se jkollna nieħdu deċiżjonijiet diffiċli u li se jweġġgħu. Jekk ma niġbrux xi ħaġa sal-bidu tal-Ħarifa se mmutu sa Marzu żgur. Għalhekk qed nitolbu - għalkemm nimu l-pożizzjoni tal-Gvern ukoll - li l-Wage Supplement għallinqas jibqa' għaddej sa wara Settembru." Aħna ddiskutejna mal-Gvern mill-bidu u rajna x'qed jagħmlu pajjiżi oħrajn ukoll. Aħna naturalment m'għandna xejn kontra li l-konsumatur jingħata rifużjoni imma hemm bżonn ikun hemm ftit żmien biex isir dan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020