Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281575

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 analiżi IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 • illum Virus li ħarbat il-ħajjiet imma wkoll lix-xenarju ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Covid-19 huwa virus imma bħal kull ħaġa oħra ta' portata hekk kbira, minkejja li huwa suġġett relatat mas-saħħa l-effetti ta' dan il-virus huma ekonomiċi u allura huma politiċi wkoll mhux biss f 'Malta - naturalment - imma madwar id-dinja kollha. Il-coronavirus qed jagħmel ħerba mill- pjani u mill-ambizzjonijiet ta' ħafna Gvernijiet u jaf fil-fatt iwassal biex ikun l-aħħar musmar fil-qabar politiku ta' Donald Trump li qed jitlob lill-poplu Amerikan jivvutalu għat-tieni leġiżlatura tiegħu. Fil-Brażil il-President ġie taħt kritika lokali imma wkoll internazzjonali wara li kien strumentali kontra miżuri li jiġġieldu l-Covid-19, biex imbagħad spiċċa ħa l-virus hu stess. Minkejja dan, sondaġġ tal-Istitut Datafolha juri illi l-appoġġ għal Bolsonaro lokalment (fil-Brażil) baqa' b'saħħtu ħafna bid-Daily Mail tiddeskrivi l-appoġġ għalih bħala "l-ogħla ratings." U allura f 'Malta x'inhuma jew x'jistgħu jkunu l-implikazzjonijiet politiċi? Il-Partit Laburista jibqa' forza b'saħħitha Il-Partit Laburista u l-Gvern, issa mmexxi minn Robert Abela daħal f 'din il-kriżi meta issa ilu 10 snin b'saħħtu elettoralment. Fil- fatt l-istess partit ilu jirbaħ b'marġini storiċi u kbar ħafna - dejjem aktar minn 30,000 vot distakk - mis-sena 2009 meta saret elezzjoni tal-Parlament Ewropew. L-akbar rebħa kient propju l-aħħar elezzjoni tal- Parlament Ewropew meta rebaħ bi it aktar minn 42,000 vot. Imma x'inhi u x'imbotta din il-forza ta' voti? Hemm ħafna raġunijiet għalfejn il- Partit Laburista baqa' b'saħħtu ħafna elettoralment: Hemm raġunijiet li jappartjenu niċeċ ta' votanti - primarjament il-votanti LGBTIQ u ħbieb u qraba tagħhom li jgħoddu għal ħafna eluf. Kien hemm il-fatt li l-PN kienu ilu fil-Gvern kważi 25 sena b'intervall qasir ta' 22 xahar. Imma fuq nett fir-raġunijiet - għallinqas hekk huwa rikonoxxut minn ħafna analisti politiċi - hemm l-ekonomija. L-ekonomija Maltija rat tkabbir bla preċedent fl-aħħar snin b'rekords fit- turiżmu, industrija tal-kostruzzjoni fi stat ta' saħħa u konsum li kien dejjem qed jikber. Is-suċċessi ekonomiċi tal-Gvern ta' Muscat u dawk fil-qasam tax-xogħol taw l-ispazju meħtieġ biex il-Gvern - kuntrarjament għal dak li kien jiġri qabel - seta' jroxx matul leġiżlatura sħiħa , xi ħaġa li ntogħġbot minn bosta. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, huwa mill-ġdid rikonoxxut minn bosta, minkejja akkużi serji, il-Panama Papers u allegazzjonijiet serji ta' ħasil tal-flus jidher illi l-ekonomija, il-flus fil-but u s-sens ottimist u kunfidenza fil-prospetti ekonomiċi xeqilbet il-miżien - bil-kbir - lejn il-Partit Laburista. L-ekonomija qed titrogħod! Kif mistenni l-ekonomija qed taqla' ammont ta' daqqiet għalkemm jista' jkun li wħud minnhom huma kbar ħafna u jistgħu jħallu dannu kbir fuq setturi differenti. L-ewwelnett, l-akbar problema tinsab fit-turiżmu. L-ewwel u qabel kollox għaliex il-pandemija fissret li ħafna inqas ddeċidew li jsiefru minn kemm ilha li faqqgħet. It- tieni iżda huma n-numri jiżdiedu ta' każi li wasslu biex ir-Renju Unit u anke l-Belġju, fost oħrajn, tefgħu lil Malta ma' pajjiżi marbutin bi kwarantina jew test. Fil-każ tar-Renju Unit il-Gvern iddeċieda li kull min ġej minn Malta jrid jagħmel 14-il jum kwarantina. Din hija daqqa kbira mill-akbar suq turistiku għal Malta u kif kien irrappurtat fuq e Times, wasslet għal "mewġa" ta' kanċellamenti għal vaganzi f 'Malta. Aġenziji tal-Ivjaġġar li tkellmu mal-istess ġurnal qalu illi l-effett tad-daqqa kien "immedjat" u "sostanzjali". (Ara l-intervista f 'paġni 12 u 13). B'kollox kien hemm 11-il pajjiż li tefgħu lil Malta f 'listi fejn allura jeħtieġu restrizzjonijiet jekk tkun wasalt minn pajjiżna - inkluż l-Italja, li huwa wkoll wieħed mill-akbar swieq turstiċi tagħna. Is-sena l-oħra ġew pajjiżna kważi 2.8 miljun turist skont statistika maħruġa mill- Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Sa qabel reġgħu żdiedu l-każi il-Gvern kien qed jistma' li minn Jannar sa Diċembru se jiġu biss 700,000 turist - jew 25% tal-volum tal- 2019. Jekk jiġu s-700,000, it-tnaqqis ta' 75% se jinħass sew fl-ekonomija lokali. Xitwa determinanti! Biex ipatti għal dan in-nuqqas pjuttost gravi l-Gvern nieda skema ta' vouchers li jidher li ntlaqgħet tajjeb ħafna u li dawwret xi it ir-rota, anke jekk mal-ILLUM is- sidien qalu li jnaqqsu mit-telf qegħdin mhux jagħmlu profitt. Il-vouchers jidher li kienet inizjattiva tajba ħafna, iżda hija temporanja. Fil-fatt il-vouchers jeħtieġ jintużaw sal-aħħar ta' Settembru. U wara? Bir-restrizzjonijiet kif inhuma issa u bidla fit-temp li jwassal biex in-nies iqattgħu aktar ħin ġewwa, ix-Xitwa se tkun determinanti ħafna għall-ekonomija u speċjalment għal diversi negozji żgħar u medji. Kif rajna, minn din il-ġimgħa kellhom jingħalqu diversi stabbilimenti, fosthom każini - li se tagħmel is-sitwazzjoni ta' ħafna għaqdiet tal-banda agħar milli hi -bars, clubs u diskoteki. Diversi ħwienet tal-ħwejjeġ, ristoranti, bars, tas-souvenirs, aġenziji tal-ivjaġġar u dawk kollha li jiddependu ħafna mit-turisti f 'lokalitajiet bħal Buġibba/Qawra, Tas- Sliema u l-Belt Valletta - jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma jew jiggravaw - se jkollhom perjodu iebes ħafna, biżżejjed biex uħud minnhom jista' jkun ma jsalvawx. Dan ifisser li l-Gvern jaf jiġi f 'sitwazzjoni fejn ikollu bżonn joħroġ pakkett ieħor finanzjarju ta' għajnuna - issa wkoll permezz ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea. Ix-xitwa tfisser ukoll - ġeneralment - Anke jekk forsi mhuwiex il-każ il- perċezzjoni illi Fearne huwa magħmul minn materjal aktar serju u sobriju filwaqt li Abela huwa politikament immatur, issaħħet mhux iddgħajfet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020