Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281575

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-memorja kollettiva tal-poplu Għemilna, drawwietna, ġrajjietna "L-istorja kollha jenħtieġ tiġi mobilizzata kemm-il darba tassew irridu nimu l-preżent". Hekk kien stqarr l-istoriku ċelebri Franċiż Fernand Braudel. Tul is-snin, anke ferm qabel bdejt nieħu interess fit-teoriji u fil-ħidmiet storjografiċi tal- isotriċi tal-iskola t'Annales, is-sugu din l-istqarrija kont smajtha mingħand bosta persuni li b'xi mod jew ieħor ħallew marka sinifikanti fuq l-iżvilupp intellettwali tiegħi – mill-għannej Fredu Abela l-Bamboċċu fil- każin tal-futbol l-antik tal-Fgura sal-Professur Oliver Friggieri matul il-lezzjonijiet tal-Malti fl- Università ta' Malta. Forsi ma setax jonqos illi dan id-diskors kważi dejjem smajtu b'referenza għat-tagħlim tal- ilsien Malti u tal-istorja tiegħu – dak l-element kulturali Malti li jisboq fil-wisa', almenu fil-fehma tiegħi, lil kwalunkwe fenomenu kulturali ieħor illi qatt seta' kellu dan il-poplu. Għaldaqstant il- biċċa l-kbira tar-riċerki tiegħi f 'dan ir-rigward, tajjeb jew ħażin, wettaqthom f 'din id-direzzjoni. Iżda l-lingwa, minkejja li filfatt mingħajrha ma tista' tingħad u tinkiteb ebda storja, mhix l-istorja kollha. Lura għal kliem Braudel, jekk niġu f 'dan "sempliċement ir-riħa tat-tisjir għandha l-ħila tevoka ċiviltà sħiħa". Għandu mnejn nistgħu ngħidu dan b'referenza għal kull għemil, drawwa u ġrajja li ssawwar l-identità u l-memorja kollettiva ta' poplu. Kemm ilu nafu dejjem dehrli li sewwasew hekk jemmen ir-riċerkatur Dr. Steve Borg. Sintendi, kull diskussjoni li kelli miegħu tul dawn l-aħħar snin dejjem telqet mill-kelma Maltija. Mal-ħin imbagħad sikwit kont insibni mitluf, anzi kważi misrum, f 'taħditiet assidwi dwar il-fawna u l-flora, ix-xtieli u s-siġar, is-snajja' u l-għodod, l-ikel u x-xorb, ir-raba' u l-għelejjel, il-vetturi u l-bhejjem, l-istrumenti u l-makjetti, il- bliet, l-irħula u l-widien, l-immigrazzjonijiet, id-dijaspori u l-bqija. Ġieli ngħaqad magħna l-lessikografu Ġużi Gatt. Minn daqqiet kont nistaqsi lili nnifsi mnejn ġej dan it-tagħrif kollu, jekk xi mkien hemmx letteratura aċċessibbli li tiddokumenta l-imgħoddi mbiegħed ta' niesi b'mod sistematiku. Jum minnhom, daqs erba' snin ilu, it-tweġiba bħal waslet għandi waħidha waqt żjara bla ħsieb fir-residenza ta' Borg: da- kinhar ilmaħt għall-ewwel dar- ba t-tiposkritt tal-ewwel volum tat-triloġija ta' studji etnografiċi. Il-Maltin: Għemilhom, Drawwi- ethom, Ġrajjiethom: għoxrin sena riċerka ma taqta' xejn, erbatax-il sena kitba, daqs terz ta' miljun kelma. Sentejn ilu ħareġ it-tieni volum. It-tielet wieħed għandu jkun għandna dalwaqt. It-triloġi- ja tirrakkonta l-ħajja ta' diver- si anzjani Maltin u Għawdxin li twieldu matul l-ewwel nofs tas-seklu li għadda. Ġaladarba ż-żmien ma jaħfirha lil ħadd ma setax jonqos li Borg ħtieġlu jwet- taq dawn l-intervisti wiċċ imb wiċċ b'ċerta urġenza. Kif jirrimar- ka huwa stess fid-daħla għall-ew- wel volum: "ma' kull xiħ jew xiħa li tmut qiegħda tgħib parti minn Malta l-qadima, qiegħed jiaqar bis-sħiħ l-ilsien Malti, tintesa xi ħila jew xi drawwa, xi talba, xi daqqa jew anki xi għanja antika". Ħtieġlu wkoll iwaqqa' ċertu ħajt farradi li fl-imgħoddi kien ibejjen bis-sod l-irħula mill-bliet. Il-Professur Oliver Friggieri kemm-il darba ilmenta, spiss b'sogħba liema bħalha, li l-bliet u l-irħula tagħna mas- snin donnhom ilkoll saru xorta waħda u li għaldaqstant ormaj illum pajjiżna qisu sar belt waħda mdaqqsa. Għandi niem li Borg, għad illi ferm inqas imdaħħal fiż-żmien minn Frigigeri, fil- fond nett iħoss jagħfas fuqu l-istess diżappunt. Abbli kien dan is-sentiment, fost ħsus oħra, li nebbħuh ifittex iwettaq din ir- riċerka akkademika mill-aktar fis: niġu f 'dan, Malta li għex fiha Borg tul żogħżitu żgur mhix dik li jgħix fiha llum. Ngħid għalija lanqas Malta li ħallejt warajja daqs ħmistax-il sena ilu mhi dik li sibt ma' wiċċi daqs seba' snin ilu meta fettilli niġi lura. Ħaġa ċara mbagħad li Malta li jiakru l-anzjani li tħaddtu ma' Borg illum bilkemm tingħaraf. Dr. Steve Borg wettaq dan ix-xogħol etnografiku b'reqqa akkademika notevoli, tant li m'hemmx kapitlu wieħed li mhux imriffed b'bosta referenzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020