Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281575

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 • illum Ikoni arkitettoniċi Maltin WARA l-popolarità tal-ediz- zjoni tas-sajf tas-sena l-oħra, l-Awtorità tal-Ippjanar ser terġa' torganizza wirja ta' foto- grafija bit-titlu ta' 'Unsung' Ar- chitectural Icons'. Din il-wirja fotografika ser issaħħar lin- nies permezz tal-kontenut tagħha. Il-wirja tiġbor xi wħud mill-isbaħ bini mibni f'Mal- ta bejn l-aħħar tas-seklu 19 u nofs is-seklu 20 f'serje ta' 30 ritratt li jippreżentaw arkitet- tura lokali u modernista. Fost il-wirt prezzjuż li jis- ta' jiġi ammirat fir-ritratti meħuda mill-membri tal-Is- titut ta' Fotografija Profess- jonali ta' Malta, wieħed jista' jara l-vetrina bi stil Art Deco ta' Muscat Motors fil-Gżira, iċ-Ċinema Rialto ddisinjata bi stil Art Moderne mill-per- it Malti, Edwin England Sant Fournier, u id-Dar tal-Irtiri Mount St. Joseph, li kienet iddisinjata mill-Perit Carme- lo Falzon. Fil-wirja se jkun hemm ukoll numru ta' knejjes, bħal Knisja tal-Erwieħ f'Ħal Tarx- ien, il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp fil-Manikata, id- disinjata minn Richard Eng- land, u l-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu fil-Fgura, li kienet iddisinjata minn żewġ periti u inġinier fis-snin sittin fejn l-istruttura tagħha hija mibnijja b'konkrit rinfurzat. Hemm ukoll residenzi maestużi bħal Balluta Build- ings bi stil Art Nouveau, li jinsabu biswit il-bajja tal-Bal- luta, f'San Ġiljan, u Villa El- lul, f'Ta' Xbiex, li hija waħ- da mill-ewwel eżempji ta' arkitettura modernista, id- disinjata mill-Perit Salvatore Ellul. Il-maġġoranza ta' dawn it-tletin binja ġew iddisinjati u mibnija bl-istil modern li ġie introdott fil-gżejjer Maltin lejn l-aħħar tas-snin għoxrin u li baqa' popolari sal-aħħar tas-snin sittin. Il-filosofija ta' dan l-istil juri approċċ ana- litiku fid-disinn u l-arkitet- tura ddettata għall-funzjoni tal-bini, l-użu tal-materjal (ħafna minnu ġdid), l-inno- vazzjoni strutturali, u l-elimi- nazzjoni tal-ornamenti. "L-għan ta' din l-inizjatti- va hu li nqajjmu kuxjenza u apprezzament fost il-pub- bliku dwar uħud mit-teżori arkitettoniċi ta' pajjiżna. Kultant dawn ma jiġux in- notati minħabba li mhum- iex xi palazz tipiku jew xi Berġa b'faċċata kbira," sost- na il-Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, is- Sur Martin Saliba. Din il-wirja hija parti mill-impenn tal-Awtorità tal-Ippjanar li tippreserva l-wirt arkitettoniku ta' Mal- ta u Għawdex. Matul is-snin li għaddew l-Awtorità as- sistit ukoll lil sidien ta' prop- jetà ta' bini skedat permezz tal-iskema Irrestawra Darek. Matul din is-sena biss, l-Aw- torita skedat 'il fuq minn 44 propjetà, b'maġġoranza fil- lokalità tar-Rabat u fil-Pietà. Il-Wirja Fotografika 'UN- SUNG' Architectural Icons ser tiġi mnedija fl-Imdina bejn il-25 ta' Awissu u t-2 ta' Settembru. Wara ser tkun es- ebita fi Triq il-Merkanti fil- Belt Valletta bejn it-8 u s-16 ta' Settembru 2020. L-informazzjoni dettaljata dwar kull bini se tkun dis- ponibbli ma' kull ritratt ese- bit flimkien ma' ktejjeb dwar il-binjiet kollha. Din il-wirja kienet parti mill- proġett PA +; proġett iffinanzjat parzjalment mill-Fond Soċjali Ewropew, taħt Programm Operattiv għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014- 2020. Għal aktar informazzjoni dwar l-Awtorita' tal-Ippjanar żur is-sit www.pa.org.mt. Uħud mill-ġawhriet arkitettoniċi ta' Malta ta' tmiem is-seklu dsatax u ta' nofs is-seklu għoxrin ser jintwerew f'wirja fotografika fl-Imdina u fil- belt Valletta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020