Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281581

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 'Vera ħloqna l-ġid imma fallejna f'punt wieħed: It- tqassim tiegħu' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'kummenti mal-gazzetta ILLUM dwar ir-rapport SILC (ara wkoll paġna 10 u 21) Matthew Borg mill-Alleanza Kontra l-Faqar (AKF) qal illi dan iż-żmien tal-imxija l-Alleanza ltaqgħet ma' bosta każijiet ta' nies fil-faqar. "Tajjeb imma li nibqgħu ċċentrati ħalli ma nintilfux: dawn il-persuni ma aqrux minħabba l-imxija, aqru għax kienu diġà fil-faqar fi żmien li kien imlaqqam "l-aqwa żmien" u "iż- żmien tas-surplus". Li rrid ngħid hu, mhux biex nikkritika l-kliem użat mill-Gvern, iżda għax nixtieq niġbed l-attenzjoni għall- fatt li qabel l-imxija il-ġid veru kien qed jiżdied imma konna qed infallu fl-aktar punt importanti - it-tqassim tal-ġid," saħaq Borg. Huwa qal illi każ partikolari li l-AKF iltaqgħet miegħu huwa ta' ħaddiem full-time f 'lukanda. Borg jispjega: "Dan il-proxxmu tawh kuntratt li fih qalulu li kienu se jħallsuh 20% inqas paga imma ma jkeċċuhx. Legalment dan jista' jsir bil-patt u l-kundizzjoni li dan il-proxxmu jaħdem 20% inqas. Ir-realtà hi li dan baqa' jaħdem l-istess sigħat. Spiċċa jaqla' €700 fix-xahar li €550 jmorru għall-kera. L-aktar li ltqajna ma' persuni abbużati huwa fil-qasam tal-lukandi." Huwa qal illi fil-verità - skont ir-rapport tal-NSO hawn 178,420 persuna fil-faqar jekk mill-paga tneħħi l-benefiċċji tal-Gvern. 7.8% tal-popolazzjoni jaħdmu u huma foqra. "Jista' jkun li tagħti 40 siegħa minn ħajtek kull ġimgħa biex tibqa' tgħix fil-faqar? L-iskuża li l-fqir ma jafx iħaddem flusu ma treġi xejn. Il-lussu li tilgħab bi flusek huwa ta' min huwa komdu. Nisfurzaw lilna nfusna biex ma naqgħux fin-nassa faċli li dejjem inwaħħlu fil-magħkus għas- sitwazzjoni li jinsab fiha." 'Il-kalkolu tal-COLA mhuwiex ġust' Borg sostna mal-ILLUM li l-kalkulazzjoni taż-żieda tal- għoli tal-ħajja (il-COLA) mhix ġusta. "Jekk jien naqla' €100 mhix l-istess kieku naqla' €1,000. Il-mekkaniżmu tal-COLA huwa inġust mal-aktar vulnerabbli - il- fqir." "L-NSO jibbaża kalkulazzjoni- jiet li jsiru mill-Eurostat. Għand- ha ssir pressjoni mill-Ewroparla- mentari tagħna biex das-suġġett jitla' fuq livell Ewropew. Malta nistgħu nixprunaw biex il-pagi kullimkien jitjiebu u l-foqra ma jibqgħux foqra.." Borg jisħaq illi jekk irridu li d-dħul tal-ħaddiem jiżdied mhux infasslu policies li jżidu l-profitt ta' min iħaddmu bit-tama li dan jagħti xi ħaġa żejda lill-ħaddiem. "It-trickle-down economics ma jaħdimx," jinsisti. "Fil-fatt ħafna għadhom qed jistennew is- suppliment tal-Gvern mingħand min iħaddimhom." Il-paga minima: 'Opportunità għal min irid iħaddem biċ-ċiċri' "Il-paga minima oħra. Suppost qiegħda hemm biex tipproteġi lill-ħaddiem, imma fil-verità hi opportunità għal min irid iħaddem biċ-ċiċri," qal Borg. Huwa qal li min għamel il- profitti għandu jikkontribwixxi lura, per eżempju l-banek. "Il-Gvern jista' jagħmel taxxa ta' darba fuq il-profitti tal-banek (iż-żejjed wara li taqta' l-ispejjż.) Bil-flus li jinġabru jingħataw supplimenti ogħla minn €800/500." Huwa qal li għandu jsir moratorju ta' vera fuq saffi ta' persuni li jaqilgħu pagi baxxi u l-flus jinħafru sa ċertu żmien. "X'jiswa li twaqqafli l-loan għal xahar jekk ix-xahar ta' wara rrid inħallashulek b'lura?" X'qed jippropni Matthew Borg u l-Alleanza kontra l-Faqar? 1 - Jitwaqqfu gruppi ta' diskussjoni biex isir tibdil fil- mekkaniżmu tal-COLA u żieda fir-rata ta' 60% tad-dħul medjan. Dan għandu jsir fuq livell ta' Parlament Ewropew u għandu jiġi xprunat mill-MEPs Maltin. 2 - Għandu jiġi introdott il- Living Income - dak id-dħul minimu li bih tgħix ħajja diċenti. Id-diċenza tal-ħajja tista' tiġi kkalkulata u allura hi xjentifika u tista' titwettaq. 3 - Il-Gvern irid ikun proattiv u lest jisma' lil NGOs bħall-AKF bl-istess mod li hu proattiv ma' min iħaddem. 4 - Jitwaqqfu prattiċi abbużivi fil-prezzijiet. Bħalma l-Gvern għamel għall-maskri. Jiġu identifikati xi prodotti oħra u għal żmien l-imxija jinbiegħu bi prezz fiss. 5 - Jitfassal pjan nazzjonali dwar il-ħela tal-ikel sabiex ikel li jkun għadu tajjeb imma jkun se jintrema jgħaddi għand il-foodbanks. In-nies li jirrikorru għand il-foodbanks immultiplikaw minħabba l-covid. Nota mingħand Matthew Borg: Konxjament użajt 'fil- faqar' kull fejn l-NSO juża 'fir- riskju tal-faqar'. Għall-AKF 'fir-riskju tal-faqar' huwa faqar ukoll. Li tkun imsarnek f 'saqajk jekk tinqala' xi spiża huwa faqar. Matthew Borg mill-Alleanza Kontra l-Faqar jirreaġixxi għar-rapport EU- SILC u jitkellem dwar abbużi u bżonn ta' bidliet fis-sistema biex l-fqir jingħata dinjità

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020