Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281581

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 • illum 24,000 anzjan, 7,200 single parent u 17,000-il tifel u tifla f'riskju ta' faqar fl-2019 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika ippubblika r-rapport EU-SILC tal-2019 li juri x'inhi l-qagħda soċjali tal-Maltin u l-Għawdxin u dwar il-faqar. B'kollox is-sena l-oħra - u allura qabel faqqgħet il-pandemija - Malta kellha it iktar minn 24,000 anzjan, 7,221 single parent u kważi 17,000 tifel u tifla f 'riskju ta' faqar. It-total ta' persuni f 'riskju ta' faqar f 'Malta fl-2019 kien ta' 82,758, żieda żgħira ta' 0.3%. Jidher ċar allura - kif juru diversi studji qabel - illi l-anzjani, dawk li m'għandhomx impjieg u familji b'ġenitur wieħed huma l-aktar gruppi ta' persuni/familj f 'riskju ta' faqar. Xejn inqas minn 42.9%% minn dawk li huma f 'riskju ta' faqar fl-2019 u li qed irabbu it-tfal, huma familji b'ġenitur wieħed, li jimmarka tnaqqis minn 48.6% fl-2018. Dawn b'kollox jgħoddu għal xejn inqas minn 7,221 familja b'ġenitur wieħed li għandha dħul annwali li huwa inqas minn €9,212. Imbagħad fost dawk li għandhom it-tfal u huma f 'riskju ta' faqar hemm il-familji bi tlieta jew aktar ulied li jinsabu f 'dan ir- riskju, b'33.1% jew total ta' 5,608. Minn fost dawk li qegħdin fir-riskju ta' faqar imma m'għandhomx tfal, 28.5% huma familji fejn hemm persuna waħda biss u aktar minn 65 sena, li jgħoddu għal xejn inqas minn 7,704. Dan apparti li 26.7% ta' dan il-grupp ta' nies (f 'riskju ta' faqar u bla tfal) huma dawk li jgħixu waħedhom imma għandhom inqas minn 65 sena. F'termini ta' età l-aktar persuni li jinsabu f 'riskju ta' faqar, mill-ġdid, huma l-anzjani u pensjonanti b'aktar minn 27.7%, jew inkella 24,129 anzjan li jinsabu fir-riskju tal-faqar. Din hija żieda ta' 2.3% mill-2018 meta dan il-persentaġġ kien ta' 25.4%. Warajhom hemm it-tfal b'16,857 tifel u tifla taħt it-18-il sena li jirrapreżentaw 20.6% ta' dawk li kienu fir-riskju tal-faqar fl-2019. Il-faqar u x-xogħol Il-faqar u x-xogħol, naturalment huma marbutin ma' xulxin, fil-fatt it aktar minn nofs dawk f 'riskju ta' faqar li għandhom aktar minn 18-il sena huma persuni bla impjieg (53.5%). Kważi kwart tagħhom huma persuni rtirati (24.1%) filwaqt li 32% huma persuni inattivi għal xi raġunijiet oħrajn. Minkejja dan u minkejja li f 'minoranza 6.5% ta' dawk li jinsabu f 'riskju ta' faqar għandhom impjieg. Naturalment ukoll, aktar kemm ikun hemm intensità ta' xogħol fost familja, inqas huwa ċ-ċans li l-membri jkunu f 'riskju ta' faqar. Fil-fatt 71.3% ta' dawk li qed jgħixu fi djar fejn hemm "intensità baxxa ħafna" ta' xogħol jinsabu f 'riskju ta' faqar. Aktar minn 30% ma kinux jifilħu jħallsu għal vaganza barra mid-dar Ir-rapport jagħti ħarsa wkoll lejn dawk li persuni li jifilħu jew ma jifilħux iħallsu għal dak li forsi ħafna jaraw bħala bażiku. Ftit iktar minn 30% qalu li l-familja ma taffrodjax tieħu mqar vaganza ta' ġimgħa darba fis-sena lilhinn mid-dar - jiġifieri hawnhekk lanqas qed jispeċifika r-rapport vaganzi barra l-pajjiż. Madwar 15% qalu illi ma jifilħux għal spejjeż li ma jkunux ippjanati - dan allura qed nitkellmu dwar appliances jew ħsara infrastrutturali jew simili fid-dar. Bejn 5% u 10% tal-parteċipanti qalu li waqgħu lura fil-pagamenti ta' kontijiet tad- dawl u ilma, ħlas ta' self u self fuq id-dar jew ħlas ta' kirja. Bejn wieħed u l-ieħor l-istess ammont ta' nies ma jistgħux iżommu darhom sħuna b'mod adegwat fix-Xitwa. Madwar 5% u 6% qalu illi ma jifilħux jieklu ikla b'laħam, tiġieġ, ħut jew ħaxix tliet darbiet fil-ġimgħa. ... il-ġeografija tar-riskju tal-faqar Intant u finalment fejn jinsabu dawk in- nies li qegħdin f 'riskju ta' faqar? Ir-rapport tal-NSO juri illi fl-2019 l-aktar li kien hemm riskju ta' faqar kien fin-nofsinhar tal-port, il-Belt Valletta u n-naħa ta' fuq tal-port. Dawn jinkludu diversi lokalitajiet fosthom, il-Kottonera, Il-Furjana, Tas-Sliema, Birkirkara, Ħal Qormi u aktar. It-tieni l-aktar żona fejn hemm nies f 'riskju ta' faqar hija n-nofsinhar - li tinkludi postijiet bħal Marsaxlokk, Żejtun, Ħal Għaxaq u Birżebbuġa. It-tielet l-aktar żona hija t-tramuntana li tinkludi lil San Pawl il-Baħar (Qawra/ Buġibba/Burmarrad/Xemxija/Wardija) u l-Mellieħa. L-aħħar ċifri tar-rapport EU-SILC ma tantx huma kawża ta' ċelebrazzjoni hekk kif is-sena l-oħra - meta l-ekonomija kienet għadha qed tiġri, żdiedu dawk f'riskju ta' faqar. L-ILLUM tħares lejn l-aktar ċifri u punti saljenti tar-rapport ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020