Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281581

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 Tibdil fl-irwol tal-Avukat tat-Tfal: Minn espert għal avukat li jassisti lit-tfal fil-Qorti Agħmel mezz li tiltaqa' mal-istess familjari u ħbieb tiegħek biex b'hekk tkun aktar sigur Kull meta jkun possibbli, iltaqgħa barra Żomm distanza ta' 2 metri bejn persuna u oħra u ilbes maskra kif suppost, biex tkun aktar sigur MHUX permessi gruppi ta' aktar minn 15-il persuna fil-pubbliku (Avviż Legali 337/2020) C M Y CM MY CY CMY K COVID19 - Advert Eng & Mlt - 2020 (23rd Aug) Final.pdf 2 20/08/2020 13:06:51 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Wara diskussjoni fil-Kabinett mmexxija mill-Ministru Edward Zammit Lewis il-Gvern mistenni jmexxi l-proposta biex dak li jissejjaħ Avukat tat-Tfal - kif jgħid ismu stess wara kollox - verament isir rappreżentant legali tat-tfal fi proċeduri bejn il-ġenituri u ma jibqax biss espert tal-Qorti kif inhu llum. Dawn il-bidliet qed isiru wkoll wara li kienet il- Qorti stess li sabet illi kif inhuma l-affarijiet illum qed tinħoloq anomalija. Sorsi li tkellmu mal-gazzetta ILLUM fakkru illi preżentament l-Avukat tat-Tfal qed jinħatar bħala espert u jħejji rapport wara li jkun tkellem mat-tfal. Dan ir- rapport jinżamm kunfidenzjali mill-Qorti tal-Familja imma fl- istess waqt l-istess Qorti tużah biex tiddeċidi dwar aċċess taż ġenitur li ma jkollux il-kustodja tat-tfal, sakemm jispiċċaw il-proċeduri ta' separazzjoni. "Il-problema b'din il-prassi," spjegaw is-sorsi li tkellmu mal- gazzetta ILLUM. "filwaqt li wieħed jiem li dan isir fl-interess tat-tfal, jirriżulta li dan iqajjem kwistjonijiet ta' smigħ xieraq meta ġenitur jitneħħielu d-dritt li jara lil uliedu fuq rapport li lanqas biss hemm aċċess għalih." Biex tissolva din l-anomalija l-Ministru Zammit Lewis għalhekk qed jipproponi bidliet sabiex ikun ċar fl-irwol tal-Avukat tat-Tfal illi r-responsabilità tiegħu hija biex isemma' leħen il-minuri fi proċeduri bejn il-ġenituri. Dawn il-bidliet se jaffetwaw każijiet ġodda u mhux dawk li huma pendenti. X'kienet iddeċidiet il-Qorti dwar din l-anomalija? Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili mmexxija mill-Imħallef Robert G Mangion kienet diġa' tat ħarsa dettaljata lejn dawn il-proċessi u qalet illi hemm ksur tad-dritt fundamentali tal-missier (f 'dan il- każ) skont il-Kostituzzjoni ta' Malta u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal- Libertajiet Fundamentali meta dan il-missier ġie imwaqqaf milli jara lil uliedu 1) Mingħajr ma ngħata opportunità jwieġeb u jirrispondi jew inkella jara r-rapport tal- Avukat tat-Tfal u 2) mingħajr ma kellu ċ-ċans illi jevalwa u jeżamina r-rapport tal-Avukat tat-Tfal. Kien hawn li l-Qorti appellat sabiex "jittieħdu l-passi neċessarji ħalli l-kunflitt bejn l-irwol tal- Avukat tat-Tfal bħala espert u dak ta' Avukat tat-Tfal bħala avukat ... tkun indirizzata fl-interess u b'rispett tad- drittijiet tal-minuri u tal-ġenituri." Miżuri oħrajn ta' protezzjoni għat- tfal 1. L-aqwa li kollha fil- Qorti tal-Familja ġew mgħammra beix persuni vulnerabbli fosthom nisa u tfal jixhdu dwar każijiet familjari mingħajr biża' f 'każi li jinvolvu membri tal-familja tagħhom 2. Qabel kien hemm żewġ awli li kellhom faċilità ta' video conferencing. Issa kull awla għandha din il-faċilità 3. Għajnuna legali, 24 siegħa kuljum mingħajr ħlas 4. L-ewwel Kummissarju full-time għall-Vjolenza Domestika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020