Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281581

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 • illum Bandu għall-Kuraturi Repubblika ta' Malta lill-Marixxall tal-Qrati. B'digriet mogħti minn din il-Qorti fl-20 ta' Diċembru, 2019, fuq talba ta' EMC Shipping Malta Limited ġie ordnat biex jintgħażlu kuraturi deputati sabiex jirrappreżentaw lis-soċjetà Volant Shipping and Trading S.A. fl-atti tarRikors numru 379/2019GM, fl-is- mijiet EMC Shipping Malta Limited vs kuraturi deputati u fl-atti l-oħra relattivi u sussegwenti. Permezz ta' Rikors Ġuramentat ippreżentat filPrim'Awla tal-Qorti Ċivili fil-15 ta' April, 2019, fl-ismijiet EMC Shipping Malta Limited (C 67205) vs kuraturi deputati sabiex jirrappreżentaw lis-soċjetà Volont Shipping and Trading S.A. (MH 96960) fejn Edgar Cachia (KI 629261M), in rappreżen- tanza tas-soċjetà EMC Shipping Malta Limited (C 67205) ta' 8, Vjal Sir Michealangelo Refalo, Ħal Balzan, Malta espona bir-rispett u bil-ġurament tiegħu kkonferma: Illi bejn Ottubru tas-sena 2017 u Frar tas-sena 2018 is-soċjetà rikorrenti rrendiet diversi serviz- zi marittimi lillbastiment Hephaestus u Roschem 2, fir-rigward ta' liema s-soċjetà konvenuta aġixxiet bħala aġent, hekk kif jidher b'aktar dettall mill-anness rendikont immarkat bħala Dokument A u mill-annessi fatturi relattivi mmarkati bħala Dokumenti B-G; Illi l-ordni ta' dawn is-servizzi ngħatat lis-soċjetà rikorrenti mis-soċjetà konvenuta li kienet qiegħda taġixxi bħala l-aġent tal-bastiment Hephaestus u Roschem 2; Illi jirriżulta li s-soċjetà konvenuta ma ħallsitx xi fatturi li ħarġet is-soċjetà rikorrenti, li jidhru mir-rendikont hawn anness u mmarkat bħala Dokument A, ossia s-segwenti fatturi: i. Fattura numru EMC 270/17 datata 22 ta' Diċembru, 2017, għas-somma ta' €15,061.84 li minn dan l-ammont il-bilanċ ta' €11,210.73 għadu dovut, kopja tal-fat- tura hija hawn annessa u mmarkata bħala Dokument B; ii. Fattura numru EMC 298/17 datata 31 ta' Jannar, 2018, għas-som- ma ta' €5,091.21 dovuta fl-intier tagħha, kopja talfattura hija hawn annessa u mmarkata bħala Dokument C; iii. Fattura numru EMC 308/17 datata 31 ta' Jannar, 2018, għas-somma ta' €2,414.73 dovuta fl-intier tagħha, kopja talfattura hija hawn annessa u mmarkata bħala Dokument D. iv. Fattura numru EMC 305/17 datata 31 ta' Jannar, 2018, għas-somma ta' €3,025 dovuta fl-intier tagħha, kopja talfattura hija hawn annessa u mmarkata bħala Dokument E; v. Fattura numru EMC 309/17 datata 28 ta' Frar, 2017, għas-somma ta' €1,662.50 dovuta fl-intier tagħha, kopja talfattura hija hawn annessa u mmarkata bħala Dokument F; u vi. Fattura numru EMC 302/17 datata 28 ta' Frar, 2018, għas-somma ta' €3,619.10 dovuta fl-intier tagħha kopja talfattura hija hawn annessa u mmarkata bħala Dokument G. Illi għalhekk is-somma globali dovuta mis-socjetà rikorrenti tammonta għas-somma ta' €27,023.27. Illi l-imsemmi ammont ta' €27,023.27 huwa dejn ċert, likwidu u dovut u li ma jikkostitwix fl-eżekuzzjoni ta' xi fatt u għalhekk fil-fehma tas-soċjetà rikorrenti jikkonkorru l-elementi preskritti mill-Artikolu 167 et sequitur tal-Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Mata, sabiex din il-kawża tiġi deċiża bid-dispensa tas-smigħ, billi fil-fehma tal-istess soċjetà rikorrenti, is-soċjetà konvenuta m'għandhiex eċċezzjoni xi tressaq kontra t-talba għall-ħlas tal-imsemmi ammont. Illi għalkemm saru diversi interpellazzjoni- jiet, dan l-ammont baqa' ma tħallasx mis-soċjetà konvenuta u għalhekk kellha ssir din il-kawża. Illi fl-umli fehma tas-soċjetà rikorrenti, is-soċjetà konvenuta m'għandhiex eċċezzjonijiet validi x'tagħti għattalbiet tas-soċjetà rikorrenti. Illi r-rappreżentant tas-soċjetà rikorrenti, Edgar Cachia, jaf b'dawn il-fatti personalment. Tgħid għalhekk is-soċjetà konvenuta għaliex din l-Onor- abbli Qorti m'għandhiex: 1. Taqta' l-kawża bid-dispensa tas-smigħ ai termini talArtikoli 167 et sequitur tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta' Malta; 2. Tiddikjara illi s-soċjetà konvenuta hija debitriċi tassoċjetà rikorrenti għas-somma ta' €27,023.27 rappreżentanti serviz- zi marittimi reżi mis-soċjetà rikorrenti a bażi ta' struzzjonijiet li ngħatawlha mis-soċjetà konvenuta; 3. Tikkundanna lis-soċjetà konvenuta sabiex tħallas lissoċjetà rikorrenti s-somma ta' €27,023.27 għar-raġunijiet kif fuq dettaljati. Bl-ispejjeż u l-imgħaxijiet bit-8% mid-data tal-fattura sal-ġurnata tal-pagament effettiv kontra s-soċjetà konvenuta li tibqa' inġunta minn issa għas-sub- izzjoni. Rikorrenti: 8, Vjal Sir Michelangelo Refalo, Ħal Balzan Notifika: Volont Shipping and Trading S.A. Trust Company Complex, Ajeltake Rd, Ajeltake Isalnd Majuro, Marshall Islands Volont Shipping and Trading S.a. Vintsentzou kornarou 65, Siteia, Kreta Kuraturi deputati Ir-Rikors Ġuramentat fl-ismijiet EMC Shipping Malta Limited vs kuraturi deputati sabiex jirrappreżentaw lil Vo- lont Shipping and Trading S.A., rikors ġuramentat numru 379/2019GM jinsab differit għas-smigħ għall-25 ta Frar, 2020, fil-11.00 a.m. Int għaldaqstant ordnat li twaħħal kopja uffiċjali ta' dan il-bandu fid-daħla ta' din il-Qorti Superjuri u ssejjaħ b'dan lil kull min irid jidħol bħala kuratur biex jidher fi żmien sitt ijiem f'dan ir-Reġistru u jagħmel b' nota d-dikjarazzjoni illi huwa jidħol ghal dan. Int ordnat ukoll li tgħarraf lil kull wieħed illi jekk ma jagħmilx din id-dikjarazzjoni fiż-żmien fuq mogħti, din ilQorti tgħaddi biex tagħżel Kuraturi tal-Uffiċċju. U wara li tkun għamilt dan, jew jekk tiltaqa' ma' xi xkiel fl-eżekuzzjoni ta' dan il-bandu, inti għandek tgħarraf minnufih lil din il-Qorti. Mogħti mill-Qorti Superjuri hawn fuq imsemmija bixxhieda tal-Onor. Imħallef Law- rence Mintoff LLD, Duttur tal-Liġi. Illum 20 ta' Diċembru, 2019 Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum 31 ta' Jannar, 2020 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali. Fi stqarrija l-Ministru tal- Finanzi Edward Scicluna qal li Malta hija fost l-ewwel pajjiżi li ser jiġu allokati fondi, li jammontaw għal €243.6 miljun, f 'self mogħti mill-Unjoni Ewropea bħala parti mid-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-Istrument Ewropew għall-Appoġġ Temporanju biex jitnaqqsu r-riskji tal-Qgħad f 'Emergenza (SURE). Il-Ministeru fakkar illi l-Gvern qed jgħin l-impjiegi u l-intrapriżi matul il-pandemija permezz ta' diversi skemi u SURE huwa maħsub biex itaffi l-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi li ġiet miż-żieda fin-nefqa pubblika meħtieġa bħala reazzjoni għall- kriżi tal-COVID-19. SURE huwa strument li jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri Ewropej sa €100 biljun fil-forma ta' self mill-UE. Inħolqot biex tiġġieled il- konsegwenzi ekonomiċi u soċjali negattivi tat-tifqigħa tal- COVID-19. Huwa sors ta' assistenza finanzjarja mmirata speċifikament għall-politiki relatati mal-preservazzjoni tal- impjiegi, prinċipalment skemi ta' xogħol għal żmien qasir u miżuri relatati. Il-Ministru tal-Finanzi u Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna jinnota dan l-iżvilupp b'sodisfazzjon hekk kif Malta appoġġjat l-istrument SURE matul l-istadji kollha tad- diskussjoni. Strument bħal dan iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea, permezz tas-self mis-swieq finanzjarji huwa l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu. Malta tilqa' l-kooperazzjoni addizjonali u f 'waqtha li wasslet għal din l-azzjoni. Malta fost l-ewwel pajjiżi li se tingħata €243 miljun f'għajnuna mill-UE għall- Covid-19 Il-Ministru tal- Finanzi u Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna jinnota dan l-iżvilupp b'sodisfazzjon hekk kif Malta appoġġjat l-istrument SURE matul l-istadji kollha tad- diskussjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020