Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281581

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 • illum Dun Anġ Seychell Wara l-Konċilju Vatikan it-Tieni l-bidla sseħħ fil-Katakombi Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth Ħ afna huma l-qarrejja li semgħu bil-Konċilju Vatikan it-Tieni. Ftit li xejn huma dawk li semgħu bil-ka- takombi ta' Domitilla ġo Ruma u it li xejn jafu bir-rabta li hemm bejniethom. Il-Konċilju Vatikan it-Tieni li seħħ fis-snin 60 għadda mill-uġigħ tal-ħlas u ġieb ħafna xorta ta' tbatijiet fil-Knisja imma spiċċa biex ta ħajja ġdida, freskezza u vitalita' lill-Knisja. Meta seħħ it-tmiem tal-Konċilju, f 'Novembru 1965, 42 bejn kardinali u isqfijiet, ħafna minnhom mill-Knisja Latino-Amerikana, intasbu fil-katakombi ta' Domitilla, f 'Ruma u wara l-quddiesa iffirmaw dokument li wara kiseb il-firma ta' kważi 500 isqof. U beda jseħħ hemmhekk dak li stqarr il-professur u Papa Benedittu f 'diskors famuż fuq il-ġejjieni tal-Knisja fl-1969 fuq ir-radju Ġermaniż: ...."Kollox ikun jidher mitluf, imma fil-waqt addattat sewwasew fiż-żmien l-iżjed drammatiku tal-kriżi, il-Knisja għad titwieled mill-ġdid. Għad tkun iżgħar, ifqar, kważi f 'katakombi, iżda wkoll iżjed qaddisa." Il-Wegħdiet Tal-Katakombi Dawn il-kardinali u isqfijiet, mimlijin bil- ħeġġa u dawl tal-Konċilju niżlu fil-katakombi biex jintrabtu li jaħdmu għal Knisja iżjed awtentika u tixbaħ lill-bidu tagħha, fqira u umli, billi jibdew minnhom infushom - Billi jirrinunzjaw għat-titli ta' 'Eminenza' u 'Eċċellenza', - Billi jippreferu dawk iżjed sempliċi ta' 'father jew 'Dun' jew 'ħija'; - Billi jippreferu ilbies liturġiku semplici, jirrinunzjaw għal ilbies li jagħti fil-għajn u fiħ preġju; - Jafdaw l-amministrazzjoni tal-finanzi tad-Djoċesijiet tagħhom f 'idejn lajċi ta' fiduċja, jirrinunzjaw għal kontijiet kurrenti personali. Tliet snin wara l-isqfijiet tal-Amerika Latina ltaqgħu f 'Medellin, fil-Kolombja u hemmhekk għafsu fuq l-għażla preferenzjali tal-fqar, li ma tkunx xi idejoloġija ġdida mniġġsa mill-Kommuniżmu imma stil ta' prattika mnebbaħ mill-Evanġelju qadim u dejjem ġdid. L-Isqof Bettazzi Wieħed mill-Isqfijiet li ħa sehem fil-laqgħa tal-Katakombi , Monsinjur Bettazzi, Isqof ta' Ivrea spjega x'fehem bl-għażla preferenzjali tal-fqar: "Għażla preferenzjali tal-fqar ma tfissirx illi tagħżel lill-fqar kontra l-għonja imma li tħares lejn kollox bl-għajnejn tal- fqar. Min għandu żaqqu biżżejjed mimlija jitkellem fuq l-Ekonomija u l-Politika; min għandu żaqqu vojta irid biss jiekol." X'baqa' minnha dil-ħeġġa reliġjuża qawwija, ta' awtentiċita', dawk is-sinjali ta' kontra-kurrent rivoluzzjonarju, ta' dak l-istaġun meraviljuż? Il-Papa Franġisku Il-Papa Franġisku huwa l-frott matur tal- Konċilju u ta' dik il-ħeġġa għall-awtentiċita; u xhud ħaj ta' dak il-Patt tal-Katabombi. Għalhekk għażel li jgħix fl-appartamenti ta' Santa Marta, għalhekk jilbes ċurkett u salib pettorali ta' it valur imma ta' tifsira simbolika għolja, għalhekk ma jaħmelx l-iskorti u l-karrozzi lussużi imma l-attenzjoni bla heda u partikolari għall-foqra ġejjin mnejn ġejjin, għalhekk l-għażla ta' dak l-isem li ebda Papa sallum ma kellu l-kuraġġ jagħżel. Huwa wkoll ir-riżultat ta' dik l-intuwizzjoni u l-kuraġġ ta' dawk il-kardinali u isqfijiet li iffirmaw dak il-patt - minsi jew mhux magħruf minn ħafna. Fl-20 t'Ottubru 2018 fil-Katakombi ta' Domitilla ġie sollenement imġedded "il-Patt għal Knisja qaddejja u fqira, li fiha hemm mistqarra r-rieda li rridu nġeddu fil-knejjes tagħna l-għażla preferenzjali tal-fqar, b'mod partikulari l-popli oriġinali u flimkien magħhom nagħtu garanzija lill-jedd tagħhom li jkunu protagonisti fis-soċjeta' u fil-Knisja" Il-Bniedem L-Ewwel Triq Fil-bidu tal -pontifikat tiegħu Papa Franġisku qal: "Kemm nixtieq Knisja fqira ħsiebha fil-fqar. Dan ma jfissirx immorru lura għan-nostalġiji ta' l-imgħoddi, imma nterrqu bil-kuraġġ lejn il-ġejjieni billi ngħixu il-preżent rivoluzzjonarju, frott l-imħabba u l-karita'. Hija l-imħabba ta' Kristu rxoxt li għandha tqanqalna biex nilqgħu lil bniedem kollu kemm hu, kif kiteb Ġwanni Pawlu 11 fl-Enċiklika Redemptor Homnis, fl-1979: Il-bniedem hu l-ewwel triq li l-Knisja għandha tterraq fil-qadi tal-missjoni tagħha: Triq imfassla minn Kristu nnifsu, li bilfors tgħaddi mill-misteru tal-Inkarnazzjoni u tal-Fidwa"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020