Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281581

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

Id-dar tal-bajja (It-tieni parti minn erbgħa) 23 rakkont illum • 23 TA' AWWISSU 2020 "S injur!" kienet qiegħda tifraħ bih dik il-mara li kienet il- kaġun tal-investiment tiegħu, hekk kif għadda id minn ġo xagħru mxarrab u b'oħra kien qed iżomm ħwejġu kif seta'. Ra għajnejha jinżlu miegħu minn fuq s'isfel u għal mument ħassu komdu miegħu nnifsu. Jonas kien raġel sabiħ. U hu kien jaf. Dejjem jieħu ħsieb id-dehra tiegħu u kellu stil impekkabbli dwar kif kien jagħżel ħwejġu. Eżatt malli kien ser jiaħ ħalqu, ra lir-raġel l-ieħor li kien ħa ħsieb ix-xogħlijiet interni tal-villa jistennieh it 'il ġewwa minn dik il- mara li għalkemm kienet tidher fuq tagħha u għadha kemmxejn żgħira, ma kienet tinżillu prattikament xejn biex jieħu xi tip ta' interess fiha. "Jiena Antonia," qaltlu bi tbissima professjonali. "U jiena Paolo," kompla l-ieħor. "Grazzi lilkom it-tnejn," qalilhom, jagħmlilhom inkin ħelu għax dan l-aħħar ma kien għadu jieħu b'idejn ħadd. "Mingħajrkom it-tnejn, din il-villa żgur ma kinitx ser tiġi eżatt kif xtaqt!" Il-ħajja kienet inbidlet u għalkemm kien ikun hemm mumenti li kien jinsa s-sitwazzjoni, kien jieħu ħsieb iżomm il- kawtela. "U għadek ma rajt xejn!" temmet Antonia, hekk kif bdiet miexja 'l ġewwa, għaddejja bit- takkuna medja mlibbsa par saqajn perfetti, xagħarha jtir lura biż-żiffa ħelwa li kien hemm qrib il-baħar u b'warrani mlaħħam li Jonas ma kienx qed jinnota. Bdew tielgħin it-taraġ li kien jagħti lejn il-villa lesta minn kollox b'kull dettal fuq stil modern klassiku minn dawn iż-żewġ persuni li kellu quddiemu u t-tim li kellhom warajhom. Kien hawn wisq ġmiel! U din il-villa kienet il-ħolma tiegħu li kienet saret realta'. Resqu lejn bieb kbir u sabiħ eżatt faċċata siġra kbira tal-ballut li kienet donnha l-attrazzjoni ewlenija f 'parapett mimli pjanti żgħar indukrati sew u riħa tfuħ ta' ġiżimin. Antonia fetħet il-bieb li kien jifred il-ġnien minn mad-dar, li kien qiegħed eżatt bejn żewġ aperturi kbar tal-ħġieġ u xegħlet. Għal mument, Jonas ma riedx jemmen li din kienet daru! Kamra kbira. Salott. Veduti tal-blieħ qishom pitturi wara ħġieġ kbir fuq kull naħa. Sufanijiet lussużi. Twapet sbieħ kulur il-kafe'. Gandlieri kbar kollha ħġieġ li kienu jsebbħu s-saqaf tal-ġibs. U daru kamra kamra. "Vera ħdimtu b'mod professjonali!" qalilhom Jonas, hekk kif raw l-aħħar kamra tas-sodda ta' fuq. Dik li kien diġa għażel biex tkun tiegħu. Kienet kamra kbira li kellha tieqa enormi tagħti għal fuq il-ġnien u l-bajja hemm isfel. Il-ħoss tal-baħar kien jinstema' ċar daqs il-kristall u kienet imżejna b'mod tassew eleganti. Il-komodini, il-gradenza u l-gwardarobba kienu enormi u dekorati b'mod tassew eleganti u sabiħ. L-iktar ħaġa li laqtitu f 'din il-kamra kienet il-gradenza l-kbira li kienet fil-kantuniera tal-kamra magħmula minn injam kannella tal-arżnu. Bla ma ħasibha darbtejn, Jonas mar iħaffef lejha, dawwar il-pum b'idejh u daħal ġo fiha. Kemm kienet kbira! Kemm kien ser jaħżen affarijiet fiha! Antonia bdiet tidħaq għax indunat li Jonas kien qed iġib ruħu b'tali mod li kien qed jerġa' jħossu qisu tifel. "X'taħseb?" staqsietu, wara li ħareġ lura ħdejhom b'għajnejh jixgħelu. "Bomba!" weġibha. Ftit wara, kien qiegħed fil-villa waħdu, ipoġġi l-affarijiet li kien ġab miegħu f 'posthom. Għalkemm kellu leblieba biex joqgħod it għall-frisk fil-ġnien, jew imur passiġġata sal- bajja, ħass in-ngħas jieħu kontroll ta' ġismu u ntelaq fuq is-sodda u raqad minnufih. Il-ħoss tal-baħar kien akkumpanjah tul il-lejl kollu, daħal fil-ħolm tiegħu u qam filgħodu miegħu flimkien max-xemx sajfija u sema ċara mingħajr sħab. Għalkemm l-ewwel istint li kellu kien li jinżel jgħum, ħassu xi it bilġuħ u nduna li fid-dar ma kellu xejn x'jiekol. Wara li nħasel malajr fid-doċċa moderna biswit kamartu, erħielha bil-mixi għal għonq it-triq ħalli jara x'seta jmur jixtri. Fil-basket li ħa miegħu, kien tefa' l-maskra li issa kienet saret parti mportanti flimkien mal-oġġetti l-oħra li kien iġorr miegħu. Antonia kienet saħqet miegħu li kellu ħanut tal-merċa mdaqqas qrib il-villa u ma kellux għalfejn jimxi ħafna sakemm jasal ħdejh. U eżatt malli qabad jimxi, ħa nifs twil. Xi ġmiel ta' triq! Milli jidher, kienet żona pittoreska fin-naħa t'isfel ta' Sqallija, bil- pajsaġġi rurali, villaġġi mibnija bil-ġebel tal-ġir tradizzjonali tagħhom u b'soqfa ħomor tal-fuħħar. Mal-gallariji, bibien u twieqi, kollox kien imżejjen bil-pjanti ħalli jagħtu dehra ta' toroq donnhom minquxin mill-istampi. It-tabella tal-ħanut tal-merċa li sab fit-tarf tat-triq kienet xi it imsadda, imma ħa nifs twil hekk kif induna li l-bieb kien miuħ. Daħal ġewwa u sab ħanut imdaqqas b'xi għaxar persuni fih. Ħanut li kellu dak kollu essenzjali għalih u li kien fih dak kollu li kellu bżonn hu fil-lista fittizja li kien fassal f 'moħħu. Eżatt malli kien mela l-basket li kellu ma' djulu b'oġġetti mhux ħażin, resaq lejn il-bank biex iħallas lill-mara mbaċċa li kien hemm tiċċekkja xi kontijiet. Sogħol bilmod ħalli tinduna bih. "Skużani!" qaltlu bi tbissima, kemmxejn mifxula għax ma riditx titlef klijent ġdid! "Ma jimpurtax.........." weġibha bil-ħlewwa. "Donnok ġdid hawnhekk," qaltlu bi djalett Sqalli, tħares lejh b'kurżita liema bħalha hekk kif kienet qiegħda tippanċja l-oġġetti kollha li kellu fil-basket u żżidhom mal-kont. "Qiegħed vaganza?" Tbissmilha. Mela mhux Malta biss jindunaw li tkun barrani! Imma x'tistenna minn raħal daqshekk żgħir? Raħal fejn ħlief sajjieda u xi turist l' hawn u 'l hemm tgħoddu fuq subgħajk, ma kontx tara? "Jiena minn Malta." "Malta! Sabiħa ħafna Malta!" qaltlu b'entużjażmu liema bħalu. "Xtrajt dar hawn," qalilha kważi bi aħir. U ħass li kellu għaliex. Għax dar bħal ma kien għadu kemm xtara hu, qajla kont tara. La Malta u lanqas hawnhekk. "Tajjeb," qaltlu. "Dik id-dar ta' maġenb il-bajja." "Il-villa?" staqsietu b'għajnejha kbar. "Eħe." Il-mara li kellu quddiemu waqfet għal it tiċċassa lejh. In-nies kollha li sa it mumenti qabel kienu qegħdin mehdija fil-merċa, daru kollha jħarsu lejh ukoll. "Eeeee, imtek," weġbitu. Jonas ma ndunax. Ma ndunax li idejn dik il-mara kienet qabdet tirtogħod, hekk kif kompliet tagħmillu l-kont. Ma ndunax li kienet telgħetilha għoqla fi griżmejha. Ma ndunax li kienet kważi qabdet tiddejjaq minnu. U lanqas raha tħares 'l isfel lejn santa ta' tfajla ħelwa u grazzjuża li kienet ilha hemm għal dawn l-aħħar ħames snin. Ikompli ... Sharon Calleja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020