Illum previous editions

ILLUM 30 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283582

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 • illum Aktar finanzi għall-ambjent L-appoġġ finanzjarju għal proġetti ambjentali huwa prijorità fl-aġenda tal-Awtorità tal-Ippjanar. Il-Perit Vincent Cassar, iċ-Chairperson tal- Kumitat tal-Fond għall- Iżvilupp u l-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar, tkellem dwar reviżjonijiet riċenti li saru rigward dan il-Fond bħala parti mir-riformi favur l-ambjent. Minn Jannar tal-2017, l-Awtorità tal-Ippjanar investiet fil-kwalità tal-ħajja u s-sostenibilità ambjentali ta' Malta permezz tal-Fond għall-Iżvilupp u l-Ippjanar tagħha. Il-Fond jippromwovi proġetti li jsebbħu ż-żoni urbani għall-benefiċċju tal-komunità. Il-finanzi huma disponibbli għall-Kunsilli Lokali, ir-Reġjuni, entitajiet mhux governattivi, u entitajiet oħra. Wara r-reviżjonijiet riċenti, il- Fond issa huwa l-ikbar fond f 'Malta li fih kapital ta' finanzi li jridu jintużaw fuq proġetti li, b'mod partikolari, jippromwovu l-ambjent u jappoġġjaw setturi vulnerabbli tas-soċjetà. Il-Perit Cassar qal li "sa mill- 2003, l-Awtorità kellha diversi skemi ta' finanzjament għal proġetti pubbliċi, iżda dawn operaw b'mod separat. Issa, permezz tal-Fond għall-Iżvilupp u l-Ippjanar, sar konsolidament f 'fond wieħed biex jiġu ffinanzjati proġetti ta' tisbiħ urban. Waqqafna kumitat wieħed biex jirregola fond wieħed. Din ir-reviżjoni għamlet il-proċess aktar sempliċi u aċċessibbli għall- inizjattivi ta' tisbiħ urban." "Il-Fond għall-Iżvilupp u l-Ippjanar huwa ffinanzjat minn sorsi differenti, fosthom permezz ta' ħlasijiet relatati ma' parkeġġ fit-toroq. Planning gains huma wkoll parti minn dan il-Fond, fejn żviluppatur bi proposta ta' żvilupp ġdid u mdaqqas jagħmel kontribuzzjoni finanzjarja biex ipatti għall-inkonvenjenza kkawżata fil-lokalità fejn iseħħ l-iżvilupp. Il-finanzi disponibbli ntużaw primarjament fuq proġetti komunitarji f 'lokalitajiet differenti bil-għan li jtaffu l-effetti negattivi tal-iżvilupp urban. Il-finanzi disponibbli, għalhekk, huma marbuta mal- lokalità li jkunu nġabru minnha biex jintużaw fuq proġetti li jtejbu l-faċilitajiet tal-komunità u l-ispazji miuħa tagħha." Din ir-reviżjoni ġiet imfassla fuq miżuri preċedenti kif ukoll b'konsultazzjoni ma' diversi Kunsilli Lokali u l-Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar. Ir-reviżjoni riċenti fl- operat tal-Fond tinkludi inċentivi biex isir investiment fil-Green and Blue Infrastructure (GBI). L-Awtorità tal-Ippjanar temmen li dan ser iħalli impatt pożittiv fuq l-ambjent, il-bijodiversità, is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja f 'Malta. F'dan ir-rigward, l-Awtorità qed tippromwovi kollaborazzjonijiet bejn bosta organizzazzjonijiet biex tinkoraġġixxi l-involviment ta' esperti, b'viżjonijiet innovattivi u infurmati. "Qabel ma saret ir-reviżjoni, proġett kien eliġibbli li jingħata sa 70% tal-valur finanzjarju tal- proġett," jispjega l-Perit Cassar. "Madankollu, kien hemm xi eċċezzjonijiet, għaliex aħna dejjem ninkoraġġixxu lill- Kunsilli Lokali biex jingħaqdu flimkien fuq proġetti pubbliċi. Dan għaliex żewġ entitajiet huma aħjar minn waħda u permezz ta' kollaborazzjoni jkun hemm 'economies of scale'. Biex inħeġġu proġetti konġunti bejn żewġ Kunsilli Lokali, issa proġetti konġunti saru eliġibbli li jingħataw sa 100% tal-valur finanzjarju tiegħu. Bl-aħħar reviżjoni wkoll, dan l-inċentiv ta' kollaborazzjonijiet ġie estiż għall- entitajiet eliġibbli kollha, mhux biss għal kollaborazzjonjiiet bejn Kunsilli Lokali. B'hekk Kunsill Lokali issa jista' jikkollabora ma' entità mhux governattiva jew entità oħra, jew inkella entità mhux governattiva tista' tikkollabora ma' entità mhux governattiva oħra, biex issir applikazzjoni konġunta. "Ir-rati ta' finanzjament ta' proġetti ġew emendati wkoll f 'aspetti oħra. Pereżempju, proġetti li jinkorporaw faċilitajiet għal persuni b'diżabilità issa jistgħu jiksbu sa 80% ta' finanzjament minflok massimu ta' 70%, u l-interventi GBI ser jirċievu 90%. F'każijiet ta' proġetti bħal ġonna jew green Wara r-reviżjonijiet riċenti, il-Fond għall-Iżvilupp u l-Ippjanar issa huwa l-ikbar fond f'Malta li fih kapital ta' finanzi li jridu jintużaw fuq proġetti li, b'mod partikolari, jippromwovu l-ambjent u jappoġġjaw setturi vulnerabbli tas-soċjetà

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 August 2020