Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 27

02 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart City Gate Pharmacy, Valletta San Raffael Pharmacy, Marsa Lantern Pharmacy, Santa Venera Mackie's Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà San Giorgio Pharmacy, Pembroke Chemimart Pharmacy, Sliema Iklin Pharmacy, Iklin Reeds Pharmacy, Naxxar El Medina Chemist, Qawra Sta. Lucia Pharmacy, Santa Luċija Milia's Pharmacy, Birgu Fgura Pharmacy, Fgura Gudja Pharmacy, Gudja Central Pharmacy, Luqa Remedies Pharmacy, Siġġiewi Nova Pharmacy, Rabat Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo St. John's Pharmacy, Xewkija, Gozo Airport Pharmacy, Luqa - MIA Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ Temp Ftit imsaħħab għall-ewwel li jsir sabiħ mal-jum. Viżibilità Tajba Riħ Nofsinhar għax-Xlokk forza 3 lokalment forza 4 Baħar Ħafif li jsir lokalment ħafif għal moderat L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab li jsir sabiħ. Ftit imsaħħab mal-lejl. Viżibilità Tajba Riħ Nofsinhar għax-Xlokk forza 3 lokalment forza 4 Baħar Ħafif, lokalment ħafif għal moderat għall-ewwel Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-gazzetta ILLUM tinsab f 'pożizzjoni li tiżvela illi x-xahar d-dieħel fil-Qorti l-Europol, li qed taħdem fuq il-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, mistennija tkun qed tesebixxi eluf ta' messaġġi permezz tal-Whatssapp li Yorgen Fenech kellu ma' diversi persuni ta' interess u li kienu kemm ċentrali jew parti mill-Gvern ta' Joseph Muscat jew inkella li kellhom karigi u kienu qrib it-tmexxija preżenti tal-Partit Nazzjonalista, primarjament Adrian Delia. Il-messaġġi li mistennija jiġu esebiti f 'Ottubru saru bejn Jannar u Settembru tas-sena 2019 - f 'liema xhur kien diġa' ġie żvelat li Fenech kien sid il-kumpanija bbażata fid-Dubaj, 17 Black. Aktar minn 2,000 Whatssapp chat ma' membru tal- Kabinett fi tmien xhur Fil-fatt sorsi ta' din il-gazzetta żvelaw illi se jiġu esebiti aktar minn 2,000 messaġġ fuq Whatsapp li Fenech kellu ma' membru tal-Kabinett f 'dan il- perjodu ta' żmien. Għalissa għadu mhux ċar ma' din il-gazzetta min tista' tkun din il-persuna, imma hu ċar illi kien hemm konverżazzjonijiet diversi bejn it- tnejn. Lanqas mhu ċar jekk il-messaġġi mibgħutha kinux ta' natura personali. Aktar minn 800 messaġġ lill-"ħabib tal-qalb" Minkejja li din il-gazzetta ma ratx messaġġi u ma tafx dawn l-eluf ta' messaġġi fuq Whatssapp x'fihom, tista' tiżvela wkoll li hemm aktar minn 800 messaġġ li għadda bejn Yorgen Fenech u Keith Schembri, li matul dan il-perjodu kien Chief of Staff f 'Kastilja u li jirriżulta mix-xhieda li ta hu stess illi hu kien "ħabib tal-qalb" ta' Fenech, filwaqt li mix-xhieda li ħarġet din il-ġimgħa tal-Ispettur Kurt Zahra jirriżulta li l-istess Fenech kellu group chat ma' Schembri u mal- eks PM Joseph Muscat. Kien Fenech li akkuża, waqt li kien qed jiġi interrogat, lil Schembri illi huwa l-mandant tal-qtil ta' Caruana Galizia, li dan ħallas sa €80,000 għal dan l-assassinju u li kien qed jgħaġġlu biex dan l-assasinju jsir. 'M'għandix amment ... ma niftakarx' - Pierre Portelli U finalment din il-gazzetta tinsab infurmata wkoll li f 'Ottubru mistennija jiġu esebiti aktar minn 700 messaġġ li Pierre Portelli kellu mal-intraprenditur akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Portelli kien il-persuna li ressaq lil Delia 'l quddiem fl-2017 bħala Kandidat għall-Kap tal- Partit Nazzjonalista, li ingħata l-inkarigu ta' Medialink minn Delia u li għandu akkuża fuq rasu - liema akkuża hu qed jiċħad - li saret minn Keith Schembri f 'xhieda ġuramentata. L-eks Chief of Staff f 'Kastilja kien qal fil-Qorti illi Portelli kien imur jiġbor flus li allegatament Fenech kien għadda lil Adrian Delia biex - fost oħrajn - David Casa ma jkunx elett. Keith Schembri kien qal hekk fil-Qorti: "Qabel dan kollu, Fenech kien stmat ħafna ... Fenech qalli li politiċi kienu jmorru għandu, jieklu miegħu, jitilqu fis-sakra u wara jitolbuh il-flus." insista Fenech. "Il-Kap tal-Oppożizzjoni darba mar u talbu €50,000 biex jintużaw kontra l-elezzjoni ta' Casa. Kien jibgħat lil Pierre Portelli biex jiġbor €20,000 kull xahar. Dan seħħ fuq bażi regolari. Ġieli stennew għal siegħa biex jieħdu l-flus," kompla Schembri. "Portelli kien deher fir-reception ta' Portomaso qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2019." Portelli kien ċaħad din l-akkuża kif ċaħad Delia u t-tnejn kienu għamlu affidavit jgħidu li dak li qal Schembri ma kienx minnu. Kien id-Deputat Nazzjonalista David ake l-ewwel li indika dawn il-flus f 'mistoqsija lil Delia fuq Xarabank, filwaqt li Melvin euma għamel referenza għalihom ukoll fix-xhieda tiegħu waqt il- kumpilazzjoni tal-evidenza. Hu jgħid li Fenech qallu dwar dawn il-flus. Għalkemm is-sorsi tal-gazzetta ILLUM ma setgħux jikkonfermaw jekk din l-allegazzjoni hix se tkun sostnuta jew hemmx messaġġi li jirriflettu dan u li se jiġu esebiti f 'Ottubru, qalu lil din il-gazzetta li jista' jkun hemm messaġġi jew xi komunikazzjoni dwar storja kontra David Casa u li fiha jissemma' wkoll b'mod negattiv l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u li allegatament kellha tidher (jew dehret) fuq il-faċċata tal-gazzetta l-Orizzont. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta u mistoqsi dwar messaġġi li jitrattaw stejjer kontra Casa, Portelli sostna illi 'm'għandix amment. Ma niakarx li bgħatt messaġġ dwar xi storja lil Yorgen Fenech." Filwaqt li ma ċaħadx illi kellu kuntatt ma' Fenech fil-perjodu msemmi, meta mistoqsi jekk fil-fatt intbagħatux "ħafna" messaġġi, Portelli wieġeb: "M'għandix rekords ta' messaġġi ma' Fenech, inneħħi messaġġi li mhumiex importanti u le, ma niakarx li kelli ħafna messaġġi miegħu." F'idejn il-Europol: Eluf ta' tal-Kabinett, Keith Schembri, ... mistennija jkunu esebiti l-Qorti f'Ottubru Iktar minn 2,000 Whatsapp chat ma' membru tal- Kabinett

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020