Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 analiżi IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Schembri u Muscat implikati minn Fenech jew it-tmiem tal-eġemonija ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Dak li sirna nafu fl-aħħar xhur... L-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat dan l-aħħar reġa' kien fuq l-aħbarijiet b'rabta mal-assasinju ta' Daphne Caruana Galizia - li qiegħed dejjem aktar joqrob lejn dak li kien iċ-ċentru tal-poter fil- Gvern Laburista tal-istess Muscat: Keith Schembri. Schembri kien negozjant kbir Malti - intraprenditur ta' suċċess b'ħafna kuntatti ma' negozji kbar madwar il-pajjiż li iżda it li xejn qatt deher fil-politika. Tant hu hekk, wiċċ u idejn Schembri it li xejn qatt kienu deheru pubblikament fil-Partit Laburista qabel l-2013, b'ħafna ma jafux min hu u wisq inqas jafu x'poter kellu fuq it-tmexxija Laburista. Daħal Kastilja u jinfetħu l-kumpaniji fil- Panama: L-għerq tal-għawġ kollu fi Gvern Laburista Sal-lum huwa Keith Schembri biss li ammetta li kien hemm xi forma ta' rabta bejnu u 17 Black. Il-kumpanija tiegħu fil- Panama kellhom jidħlu fiha (u f 'dik ta' Konrad Mizzi - it-tnejn kienu joperaw f 'Kastilja) maż-żewġ miljun dollaru fl-ewwel sena biss minn attivitajiet ta' riċiklar, turiżmu u aktar minn pajjiżi bħal Bangladesh, l-Indja u l-Afrika. La Schembri u lanqas Mizzi ma kellhom operazzjonijiet ta' din in-natura f 'dawn il-pajjiżi. Dawn infetħu it wara li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal-2013. Għall-ewwel l-eks Ministru Konrad Mizzi kien qal li se jitfa' tfaddil tal-familja f 'din il-kumpanija, bil-mistoqsija naturali tkun għaliex mhux Malta ladarba f 'dan il- pajjiż hawn sistema finanzjarja serja? Schembri wieġeb il-mistoqsija meta kien qed jixhed, meta qal illi ladarba hu kellu kariga politika ma xtaqx li jikxef is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu ladarba issa kienet se tkun taħt ħafna iktar skrutinju. Il-fulkru ta' kollox jibqa' iżda illi 17 Black, li skont email ta' Nexia BT stess - u allura tal- kumpanija li fetħet il-kontijiet u l-kumpaniji fil-Panama Tillgate (Keith Schembri) u Hearnville (Konrad Mizzi) kienu target clients ta' 17 Black - hija kumpanija miuħa fid-Dubaj u minnha kellhom jgħaddu flus għal għand il-kumpaniji ta' Mizzi u Schembri. B'kollox - skont rapporti mid- Daphne Project - kienu għaddew f '17 Black $1.6 miljun, li minnhom $1.4 miljun kienu ġejjin mill-Ażerbajġan - pagament suspettuż mitfugħ fuq isem persuna li taħdem bħala security: Rufat Baratzada. L-Ażerbajġan huwa l-pajjiż minn fejn il-Gvern Malti daħal f 'kuntratt biex jixtri l-gass għal 18- il sena, huwa l-pajjiż tas-Socar Trading, li għandha 33.3% sehem fil-Power Station il-ġdida li kellu sehem fiha wkoll Yorgen Fenech permezz ta' TUM Invest u huwa l-pajjiż tal-familja tad-Ditattur Ilham Aliyev illi fetħet kontijiet fil-Bank Pilatus. Imbagħad l-istess informazzjoni kienet turi kif $200,000 allegatament daħlu f '17 Black mill-Aġent Malti tat-Tanker tal-LNG sorġut f 'Delimara. Tinsewx li dan kollu ħareġ wara li ntqalet Daphne Caruana Galizia - jiġifieri f 'ħajjitha Caruana Galizia ma kixfet prattikament xejn wisq dwar 17 Black - ħlief li kienet stabbilita d-Dubaj. Mid-Dubaj ġiet il-konferma li 17 Black kien fiha madwar $1.6 miljuni u li ħadd mill-awtoritajiet Maltin ma kien talab għal- iffirżar ta' dawn il-flus. Finalment hemm l-akkużi dwar il- Montengero b'allegazzjoni li minn dan il- proġett daħlu - allegatament, €4.6 miljuni fi qligħ, li spiċċa f '17 Black, mill-bejgħ minn Cidifex - li ġabet it-€3 miljuni biex tixtri Wind Farm fil-Montenegro minn 17 Black ukoll. Cidifex imbagħad biegħet dan il- Windfarm lill-Enemalta għal €10 miljuni u allegatament għaddiet l-€4.6 miljuni lil 17 Black. X'sirna nafu dan l-aħħar ... Kif diġa' għidna Caruana Galizia ma kixfet xejn minn dan - ħlief l-eżistenza tal-kumpaniji fil-Panama li jinkludu wkoll Egrant Inc. li Brian Tonna minn Nexia BT - li kienu saħansitra joperaw minn Kastilja wkoll għal xi żmien - qal li kienet shelf company u li kienet se tinbiegħ lil xi ħadd. Caruana Galizia kienet allegat li Egrant kienet f 'isem Michelle Muscat u li għaddew flus minn kumpanija - mill-ġdid - mill- Ażerbajġan. Dan qatt ma kien ippruvat u inkjesta ma sabet ebda rabta bejn Egrant u Muscat. L-inkjesta ma kellhiex l-irwol li tistabbilixxi iżda ta' min kienet din il-kumpanija li nfetħet fl-istess żmien li fih infetħu Tillgate u Hearnville. Caruana Galizia nqatlet nhar is-17 ta' Ottubru 2017 b'bomba fil-karozza tagħha u sussegwentement ġew arrestati l-aħwa De Giorgio u Vince Muscat, il-Koħħu. Iżda waqt il-kumpilazzjoni ħarġu ħafna affarijiet li ma konniex nafu. - Karti li jimxu mingħand Keith Schembri għal għand Yorgen Fenech, permezz tat-Tabib Adrian Vella - li ma kienx jaf x'fihom pero li Schembri indika li għandhom jittieħdu għand Fenech. - L-interrogazzjoni ta' Yorgen Fenech illi fiha dan jgħid li Keith Schembri kien il-mandant ta' dan il-qtil u li kien ħallas sa €80,000 biex tinqatel Caruana Galizia. Fl-interrogazzjoni - jixhed l-Ispettur Kurt Zahra - Fenech kien qal li Schembri kien iċempillu ħafna drabi biex jara iex waslu l-pjanijiet u darba kien inkoraġġieh jgħaġġel: 'Mexxi, mexxi, mexxi ...' jgħid Fenech lill-pulizija li qallu darba Schembri - Il-fatt li Keith Schembri, Yorgen Fenech u t-Tabib Vella siefru l-istati Uniti flimkien - Il-fatt li it ġimgħat qabel kien arrestat Fenech kien xtara kimika li kapaċi toqtol persuna b'mod veloċi minn siti li jintużaw minn kriminali - Jissemma' wkoll Kenneth Camilleri - eks membru tas-sigurtà ta' Muscat dwar laqgħat li kellu ma' Melvin euma - is- sensar fil-qtil ta' Caruana Galizia. - Qabel dan kollu jissemma' wkoll Chris Cardona. Eks Ministru Laburista li dwaru ddawwret ittra anonima, li titfa' l-ħtija tal- qtil fuqu. Kien irrapportat li nstab mobile f 'qiegħ il-baħar viċin il-post fejn ġew arrestati l-aħwa Degiorgio bin-numru ta' Cardona fuqu u Fenech kien qal lil euma li Cardona kien iddaħħal b'overdose fi sptar tant kien inkwetat bil-qtil ta' Daphne. L-eks Ministru ċaħad. - Fenech kien ipprova jaħrab Tunis, Pariġi jew il- Messiku U Joseph Muscat? U finalment hemm l-eks PM Joseph Muscat. Ftit żmien ilu fil-Parlament, d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien akkuża lil Joseph Muscat li kien hemm chats bejn l-eks PM, Keith Schembri u Yorgen Fenech. Dan kien ikkonfermat din il-ġimgħa stess mill-Ispettur Kurt Zahra. Imma aktar minn hekk, huwa kien allega li Muscat kien jaf li Caruana Galizia se tikxef aktar informazzjoni ta' allegata korruzzjoni - fosthom fil-proġett tal-Montenegro jew inkella kien jaf li se tinqatel il-ġurnalista u għalhekk, skont Azzopardi, sejjaħ elezzjoni fl-2017. Muscat ċaħad u qal li dan kien l-akbar abbuż ta' privileġġ Parlamentari li qatt assista għalih. Hu talab għalhekk li jsir ksur ta' privileġġ. Iktar riċenti fix-xhieda tal-Ispettur Kurt Zahra, jirriżulta illi minn dak li Yorgen Fenech qal lill-pulizija Joseph Muscat kien - allegatament - wieħed minn tlieta minn nies li wara li sar ir-reat kienu jafu illi Keith Schembri kien - skont Fenech - il-mandant ta' dan il-qtil ta' Caruana Galizia. Muscat ċaħad dan b'mod assolut. Muscat kien ukoll imsejjaħ fid-Depot il-ġimgħa l-oħra biex isirulu mistoqsijiet dwar il-każ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020