Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 minn Yorgen. Disprament ta' tal-eġemonija Laburista? L-effett politiku fuq il-Partit Laburista U dan kollu fejn iħalli lill-Partit Laburista u l-Gvern li jmexxi? Wieħed ma jistax iwieġeb din il- mistoqsija jekk jaqta' barra liċ-ċentru ta' poter li kien (u għad hawn min jgħid li għadu) influwenti ħafna fil-Partit Laburista u kruċjali fit-tmexxija tal-Gvern bejn l-2013 u l-2019 - Keith Schembri u warajh Joseph Muscat. Dawn huma - biex nużaw l-istess narrattiva li tintuża għall-PN - l-establishment il-ġdid tal-Partit Laburista. Jekk b'xi mod wieħed minn dawn it-tnejn mhux biss ikun implikat, imma akkużat li kien parti mill-assassinju jew ugwalment ħażin li kien jaf u fixkel milli ssir l-ġustizzja l-eġemonija Laburista mibnija b'tant reqqa minn dawn iż-żewġ ħbieb (ma ninsewx li Schembri u Muscat kienu meqjusin ħbieb kbar) - tiġġarraf. L-effett ikun devastanti elettoralment. Minkejja li ħafna votanti ma jivvutawx skont il-kwistjoni tal-korruzzjoni, hawnhekk għandna każ ta' qtil - li huwa differenti, uniku f 'ħafna aspetti u li l-aħħar li seħħ xi ħaġa bħalu kien fl-1986 bil-qtil ta' Raymond Caruana (31 sena qabel l-assasinju ta' Daphne). Jekk Keith Schembri jew Joseph Muscat jiċċappsu b'mod reali, mhux biss b'suspett jew implikazzjoni, ma' dan l-assasinju jkun ifisser telf kbir kważi assolut ta' kredibilità u jkun ifisser ukoll li dawk illi kienu jimplikaw li Kastilja hija "mmexxija mill- kriminali" jingħataw raġun minn settur ta' votanti, kemm dawk li pprotestaw u vvutaw mal-PN fl-2017, imma anke sezzjoni ta' dawk li vvutaw lill-PL. Tkun prattikament il-Waterloo tal-Partit Laburista li kien u għadu u se jibqa' marbut ħafna (sa elezzjoni ġenerali oħra żgur) fuq ix-xorti politika ta' Muscat u Schembri. Naturalment għall-posterità din tkun traġedja kbira mhux biss għall-PL imma anke għad-demokrazija: Wara kważi 25 sena ta' Gvern Nazzjonalista, Gvern Laburista b'ħafna preġji, speċjalment elettorali - kieku jiċċappsu Muscat jew Schembri b'mod dirett - jispiċċa taħt id- dell ta' dan l-assassinju kemm issa u anke fl-istorja. Jekk minn naħa l-oħra jirriżulta li l-qtil ta' Daphne kien xogħol Yorgen Fenech prattikament waħdu u li dan kif aċċenna huwa stess prova jniżżel lil kulħadd miegħu, anke jekk it-tebgħa se tibqa', tkun nifs il-ġewwa u ta' mistrieħ għal Muscat u Schembri f 'termini individwali, għall- Partit Laburista u anke għall-pajjiż. F'dan ix-xenarju settur ta' votanti li jista' jkun mhuwiex żgħir forsi jerġa jibda jħossu aktar kunfidenti u sigur li jivvota u jappoġġja lill- Partit Laburista. U Robert Abela? Dan kollu ġie fuq il-Prim Ministru kurrenti Robert Abela. Dak li se jagħmel Abela jekk Schembri jew Muscat b'xi mod jispiċċaw mċappsa ma' dan l-assassinju huwa kruċjali ħafna biex tal-inqas mhux kollox ikun mitluf. Abela jista' ma jgħid u jagħmel xejn u b'hekk bħal donnu jaħsel idejh minn dak kollu li wara kollox mhuwiex xogħolu u dak li għamel hu u lanqas huma dellijiet fuqu. Imma naturalment f 'dan ix-xenarju ipotetiku l-mistoqsijiet se jsiru u jekk Abela jaħrabhom jista' jidher li huwa dgħajjef quddiem is-saħħa tal-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat u li ma jridx ixellia minn miegħu. Skont risposti li ta din il-ġimgħa stess għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Abela jidher li f 'dan ix-xenarju fil-fatt jieħu d-deċiżjonijiet. Dan ikun pass 'il quddiem, daqs kemm ikun pass riskjuż ukoll elettoralment. Jekk jittieħdu passi serji kontra Schembri - li wara kollox qed jissemma' ħafna iktar minn Muscat u hu kien akkużat minn Fenech illi kien il-mandant - għaliex jinsabu biżżejjed provi li jorbtuh mal-każ, Robert Abela jkun jista' jgħid li verament il-ġustizzja saret taħt l-arloġġ tiegħu u li verament il-Korp tal-Pulizija tħalla jopera indipendentement u mingħajr indħil mill- politiċi. Jekk iseħħ dan ix-xenarju, verament jibda jingħalaq wieħed mill-aktar kapitli koroh fl-istorja politika moderna u jkun preġju politiku għal Abela. Minn naħa l-oħra iżda l-iddistakkar u s-serjetà ta' ċerta istituzzjonijiet fil- ħidma tagħhom, it se jneħħi mill-fatt illi qed jiġu implikati l-aktar persuni li kienu ċentrali fil-Gvern, l-istess nies li (fil-każ ta' Schembri u Muscat) mexxew kampanja elettorali u rebħu mandat fl-2017. Jekk - traġikament għal Abela u l-PL - Keith Schembri jew Joseph Muscat b'xi mod jirriżulta li kienu parti jew kienu jafu x'inhu jiġri fir- rigward tal-qtil, id-daqqa fuq il-kredibilità tal-PL tkun kbira ħafna. Wieħed lanqas jista' jissottovaluta l - p o p o l a r i t à , rispett u appoġġ kbir li għad għandu Joseph Muscat - fil- PL u lilhinn - u li jista' xorta jibqa' jkollu anke jekk forsi j i r r i ż u l t a w fatti kontrih fil-futur, kemm f 'dan il-każ u anke f 'oħrajn. Kull azzjoni ipotetika ta' Abela kontra Muscat p r o b a b b i l m e n t tkun tfisser għawġ u reżistenza fil-Partit Laburista. Għal Abela l-aħjar xenarji jibqgħu allura li Muscat u Schembri jirriżultaw bħala partijiet kompletament innoċenti u mhux relatati mal-każ, jew inkella li wieħed minn dawn ikun u kif qal din il-ġimgħa - jieħu azzjoni. B'hekk jipproġetta lilu nnifsu bħala Prim Ministru li jiddeċiedi, anke fuq affarijiet diffiċli.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020