Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 • illum IL-KEJL TAL-FAQAR ANALIŻI TAN-NUMRI FIR-RAPPORT SILC MARK MUSU' Mhux faċli li wieħed ikejjel il-faqar f 'pajjiż. Minkejja li nħolqu diversi tipi ta' kejl, xorta tibqa' id-diffikulta' biex tinkiseb stampa ċara abbażi ta' kejl partikulari. Hemm dawk marbuta mal-Miri tal- Iżvilupp Sostenibbli li jiffukaw fuq il-faqar estrem, għal dawk li jiffukaw fuq faqar relattiv u ċaħda materjali. Għalhekk l-aktar indikatur użat minn agenziji internazzjonali, speċjalment f 'pajjiżi żviluppati, huwa dak li jqis ir- riskju tal-faqar jew l-eskluzjoni soċjali. Dan għaliex jiġbor fih elementi ewlenin, li għalkemm waħedhom ma' jagħtux stampa sħiħa tax-xejra tal-faqar, magħquda flimkien iservu ta' indikatur importanti tal-faqar relattiv, cioe kif tikkompara kull persuna f 'pajjiż mal- kumplament tal-popolazzjoni. It-tliet indikaturi tal-faqar Dawn l-indikaturi huma tlieta. Hemm dak li jqis ir-rata tar-riskju tal-faqar msejsa fuq ċifri dwar id-dħul disponibbli tal-persuni li minnu imbgħad jinstilet id-dħul medjan ekwivalizzat nazzjonali u konsegwenzjalment il-livell (60%) li min jaqa' taħtu ikun meqjus f ''riskju ta' faqar'. Tintuża din it-terminoloġija (mhux biss mill-NSO iżda mill-Eurostat ukoll fost oħrajn) għaliex minnu nnifsu dan l-indikatur ma jimplikax jekk wieħed hux sinjur jew fqir, iżda d-dħul ekwivalizzat ta' wieħed kif jikkompara meta mqabbel mad-dħul ekwivalizzat taċ- ċittadini l-oħra fil-pajjiż, li allura mhux neċessarjament jimplika livell ta' għajxien baxx. Aktar 'il quddiem se nispjega x'tfisser 'ekwivalizzat'. It-tieni element huwa dak li jqabbel kemm xhur ħadmu l-membri ta' familja fl-eta' li jistgħu jaħdmu mat-total ta' xhur li setgħu fil-fatt ħadmu. Persuna titqies li għandha ntensita' baxxa ta' xogħol jekk tkun tgħix f 'familja li l-intensita' ta' ħidma tagħha tkun anqas minn rata ta' 0.2. It-tielet element huwa dak li jqis l-għadd ta' persuni mċaħħda materjalment u severament. Dawn iċ-ċifri jinġabru permezz ta' kwestjonarju li jintbagħat fid- djar u li jkun fih 9 mistoqsijiet dwar kemm jistgħu jlaħħqu mal- ħajja. Jekk fir-rispons tagħhom dwar mill-anqas 4 mill- mistoqsijiet tkun fin-neġattiv huma jitqiesu li huma mċaħħda materjalment severament. Jekk iwieġbu 3 fin-negattiv jitqiesu imċaħħda materjalment Fost affarijiet oħra, l-istħarriġ jgħarbel kemm familja tkun tħoss li tista tlaħħaq ma' spejjeż li jfeġġu għall-għarrieda, jekk tħossx li tiflah tħallas għal btala ta' ġimgħa lil hinn minn darha u jekk tħossx li tiflaħ tħallas fil- Mark Musu', is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall- Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, janalizza ċ-ċifri li ħarġu fir-rapport EU-SILC li jitratta l-faqar u l-esklużjoni soċjali f'pajjiżna Fl-2013 il-linja tas-60% kienet tammonta għal €7,672 waqt li fl-2018 din telgħet għal €9,212, żieda ta' €1,540. Dan ovvjament żdied għax żdied sostanzjalment il-livell tal-għixien

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020