Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 • illum 'L-irwol tal-Knisja mhux li li tifforma kuxjenza Kristjana' YENDRICK CIOFFI Ftit jiem biss qabel l-Ingress tiegħu bħala d-disa' Isqof ta' Għawdex, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet ma' Monsinjur Anton Teuma li għadu kemm ġie kkonsagrat Isqof ix-xahar li għadda. Iżda min hu eżatt Dun Anton? L-Isqof Teuma beda jirrakkonta kif hu trabba f 'familja sempliċi u minn età żgħira dera jmidd idejh u ma' ħutu kien jgħin fix- xogħol tal-għalqa. Ta' tmien snin daħal abbati, kien fil-Mużew u ta' 18-il sena daħal is-Seminarju fejn beda l-istudji tiegħu biex isir saċerdot. "Kont u għadni dilettant ta' ħafna affarijiet. Inħobb il-futbol u ngħum. Sal- lum l-isports inħobbu ħafna. Kemm għadni nipprattikah, kwistjoni oħra," kompla bid- daħka. Wara li ġie ordnat saċerdot, mar Ruma fejn għamel disa' snin jaħdem f 'parroċċa u wara anke bħala Direttur Spiritwali fis- Seminarju tal-Papa. L-Isqof Nikol Cauchi kien talbu jirritorna fejn ħatru Rettur tas- Seminarju ta' Għawdex. Hemmhekk, Dun Anton għamel għaxar snin. Malli temm il-ħidma tiegħu fis- Seminajru mar jagħmel esperjenza ta' sena fl-Art Imqaddsa u meta rritorna, l-Isqof Mario Grech talbu jkun id-Delegat tiegħu għall-ħidma pastorali fost il-familji u sal- lum responsabbli mill-Istitut Djoċesan tal- Familja. "Il-varjetà tal-esperjenzi hija importanti fil-ħajja ta' kull persuna. L-ewwel esperjenzi tiegħi kienu mat-tfal u l-ġenituri, imbagħad maż-żgħażagħ, ma' dawk li kienu qed jistudjaw biex isiru saċerdoti u mbagħad il- ħidma tiegħi kienet iffukkata mal-adulti u l-familji," spjega l-Isqof Teuma. Tul dawn l-esperjenzi kollha qatt ma waqaf joffri direzzjoni spiritwali u counselling, anke għax huwa studja l-pedagoġija u l-psikoloġija. "Parti kbira minn ħajti għamiltha nisma' l-problemi u d-diffikultajiet tan-nies. Mhux se ngħid insolvihom imma almenu nismagħhom. Nittama li dan nibqa' nagħmlu," insista l-Isqof. 'Il-Knisja mhux tal-qassisin ... fil-Knisja ma hemmx livelli' Il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Isqof Teuma x'se tkun il-prijorità tiegħu bħala Isqof ta' Għawdex. "Diffiċli din il-mistoqsija. Jien nixtieq inħaddan kollox u lil kulħadd u f 'daqqa, imma dan mhux possibbli. Kollox irid jieħu ż-żmien tiegħu," insista l-Isqof. Għalhekk, fi kliemu, l-ewwel it żmien se jkun qed jiddedikah biex jitgħallem, jisma' u jiem biex imbagħad ikun jista' jibda din il-mixja flimkien mas-saċerdoti u l-lajċi. "Jiena ma nħobbx inqis il-Knisja bħala xi ħaġa tas-saċerdoti. Il-Knisja mhux tal- qassisin. Il-Knisja hija ta' kulħadd. Jiena nixtieq li tidħol aktar fil-fond l-idea tal- Konċilju Vatikan II, jiġifieri li fil-Knisja ma hemmx livelli. Forsi aħna s-saċerdoti stess ma tantx għenna biex din l-idea tidħol għax inżommu l-poter. Il-kelma poter lanqas ma hi preċiża għax l-uniku poter li suppost hemm fil-Knisja huwa l-qadi. Nixtieq li it it tidħol aktar din l-idea," kompla jenfasizza l-Isqof Teuma. 'Ma nistax niskarta dak li jgħid ħaddieħor għax forsi ma jiġix il-Knisja jew ma jemminx' Meta tiltaqa' ma' Monsinjur Teuma tolqtok ħafna s-sempliċità tiegħu. Forsi dan ma jinżilx tajjeb għal kulħadd. Anke l-Papa Franġisku, li addotta stil sempliċi u forsi aktar akkoljenti, sab reżistenza minn uħud ta' ġewwa. L-ILLUM staqsiet lill-Isqof Teuma jekk jibżax li jiġrilu l-istess. "Jiena nipprova ninfluwenza ruħi mill- Vanġelu. L-Vanġelu mhux faċli. Mhuwiex faċli għall-Insara u lanqas għalija li jien saċerdot. Il-Vanġelu huwa sfida kontinwa, sfida sana li l-istess Kelma ta' Alla titlobha mid-dixxiplu ta' Ġesù, inkluż minni bħala Isqof. Din it-tensjoni trid tkun fil-bagalja ta' kull Kristjan. Il-mument li nieqaf nistaqsi jekk hux qed ngħix il-Vanġelu, nibda nemmen li dak li naħseb jien huwa l-Vanġelu," beda jispjega l-Isqof. Għalhekk insista li fid-deċiżjonijiet li jrid jieħu, irid iżid id-dixxerniment u mbagħad it it, iħalli dik li sejħilha "il-grazzja t'Alla," biex taħdem permezz tiegħu, ta' saċerdoti oħra u anke tal-lajċi. Kien għalhekk li insista li din mhijiex xi ħaġa li jrid jagħmilha waħdu, anke għax fi kliemu, xi drabi l-lajċi jimu qablu x'inhi r-rieda ta' Alla. "Ma għandi l-ebda pretensjoni li jiena naf xi jrid Alla aktar minn mara tad-dar jew minn raġel li għandu x-xogħol tiegħu. Għalhekk importanti li nkunu flimkien. Hawn jidħol is-sens tal-Knisja. Jien li jiena Isqof, ma nistax ngħid li għandi l-monopolju fuq il-verità. Sakemm qed inwassal it-tagħlim tal-Knisja, hemm iva, għax dik hija l-verità rrivelata, iżda mbagħad fejn jidħol il-bniedem, irridu nkunu attenti għad-dixxerniment li rridu nagħmluh flimkien," insista Monsinjur Teuma. Għalhekk meta pprova jagħsar il-kariżma tiegħu, l-Isqof Teuma saħaq li jrid iwassal it-tagħlim tal-Knisja kif inhu, għax dan huwa dmir tiegħu, iżda fl-istess ħin iżid id- dixxerniment mhux biss fuq dak li jaħseb hu imma anke fuq dak li jgħidlu ħaddieħor. "Ma nistax niskarta minn qabel dak li jgħidli ħaddieħor għax forsi ma jiġix il- Knisja jew ma jemminx," kompla jenfasizza. 'Min jirribella kontra l-Knisja ifisser li hu mweġġa' minnha' Illum il-Knisja ma għadhiex li kienet snin ilu. Kulma jmur anke l-attendenza fil- knejjes qed tonqos u forsi l-fidi wkoll it it bdiet tnemnem. Xi drabi l-Knisja twaħħal f 'fatturi esterni, iżda l-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Isqof Teuma jekk jaħsibx li l-Knisja, anke lokali, hux qed tħares biżżejjed lejha nnifisiha biex forsi tiem dak li hi wkoll jista' jkun qed tagħmel ħażin. Anke jekk fi kliemu dan mhux dejjem jasal għand in-nies, għax il-kommunikazzjoni hija dik li hi, l-Isqof Teuma insista li dan huwa eżerċizzju li l-Knisja tagħmel kontinwament. "Jiena konvint minn ħaġa waħda," kompla l-Isqof. "Jiena nemmen li n-nies għandhom bżonn lil Ġesù u għalhekk għandhom bżonn il-Knisja. Din ovvjament ma nista' nisfurzaha fuq ħadd. Illum hawn ħafna domandi, id-domanda għas-sigurtà, għal relazzjoni sbieħ u għall-imħabba. Hawn ħafna faqar u bżonnijiet. Jiena naħseb li l-Knisja trid teduka dawn id-domandi li għandhom in-nies, biex tgħinhom jimu li Ġesù jista' jkun tip ta' risposta, biex ma ngħidx ir-risposta." Iżda l-ILLUM twaqqfu u tfakkru li hawn ħafna li l-argument tagħhom huwa Kristu iva iżda Knisja le. Ma għandhomx problema jitolbu, anzi! Iżda bil-Knisja ma jridux jafu. Beda jwieġeb li hawn diversi tipi ta' relazzjonijiet mal-Knisja. Hemm min ma jemminx biha, hemm min ma jħossx il- bżonn u hemm min jirribella għaliha. "Jiena nixtieq nindaga din ir-ribelljoni. Jiena nemmen li jekk xi ħadd jirribella għall- Knisja, ifisser li huwa mweġġa' mill-Knisja jew minn xi individwu fil-Knisja, għax wara kollox hija kważi kważi fin-natura tagħna li niġġeneralizzaw," kompla l-Isqof Teuma. "Lanqas nista' nippretendi li min ikun weġġa' se joqgħod jagħżel bejn min hu ħażin u min mhuwiex. Li rridu nagħmlu bħala Knisja huwa li jkollna attenzjoni kbira biex ngħinu lil dawk li huma parti minnha biex jagħmlu esperjenza ta' Kristu u li din tkun waħda pożittiva." 'Inweġġa' ma' min hu mweġġa' imma anke għal ħuti s-saċerdoti' Kompla jisħaq li bħala qassis, li għamel ħajtu jisma' l-problemi, jiddispjaċih immens meta jisma' li xi ħadd huwa mweġġa' mill- Knisja. "Inħoss qalbi tingħafas għax kważi kważi nħoss li jiena parti mill-kawża anke jekk Minn meta kien żgħir kien imidd idejh għax-xogħol, iħobb l-isports u għamel ħajtu jisma' l-isfidi tan-nies u jipprova jgħinhom. Illum huwa Isqof ta' Għawdex. L-ILLUM tiltaqa' ma' Monsinjur Anton Teuma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020