Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

Il-proċess mhuwiex wieħed sempliċi, spjegaw Chetcuti u Muscat. Qabel mad-Dwana tikkonfiska x-xogħol, din iżommu sakemm tinforma lill-kumpanija li d-drittijiet tagħha allegatament ikunu nkisru. Din ikollha għaxart ijiem ċans biex tikteb lura u tiddeċiedi tiħux passi legali jew le. F'każ rarissimu li l-kumpanija ma tweġibx, il-kontejner ikun irrilaxxat u l-importatur iħallas biss id-dazju. Ġeneralment dejjem jipproċedu u jkun hawn li d-Dwana tikkonfiska x-xogħol kollu fil-kontejner, anke għax fi kliem Chetcuti, ġeneralment, l-ewwel terz tal-kontejner ikun mimli bi prodotti simili tal-oġġetti foloz imma li jkunu ġenwini. L-importatur jagħmel dan biex iqarraq bl-uffiċjali tad-Dwana. Ġieli l-prodotti jkunu differenti. "Naqbdu l-kontejner bit-tajjeb u l-ħażin. Hija l-Qorti li tiddeċiedi jekk ikunx hemm ħtija jew le. Jekk tiddeċiedi hekk, l-oġġetti ġenwini jgħaddu għand l-Istat filwaqt li dawk foloz tordna l-qerda tagħhom u l-ispejjeż jeħilhom l-importatur," spjega Chetcuti. Għaliex jinqerdu u ma jingħatawx karità? Chetcuti insista li jekk oġġett jikser il-liġi jekk jinbiegħ, se jikser il-liġi wkoll jekk jingħata karità. Fakkar li ħafna drabi, dawn il-prodotti jkunu mmanifatturati minn gruppi kriminali u maħduma bi sfruttament tan-nies jew tat-tfal. "Ma nistgħux inkunu kompliċi." L-oġġetti ġenwini, ġeneralment jinħarġu għall-bejgħ mill-Istat. Ikun hemm affarijiet li l-Gvern jiddeċiedi li jista' juża hu jew inkella jagħti bħala karità. "Flok il-Gvern imur jixtri karozza, jew television għal xi Ministeru, ġeneralment juża minn dawn l-istess prodotti," kompla jispjega. Waħda mill-miżuri li d-Dwana ħadet biex tkun ippreparata għall- Brexit kienet ix-xiri ta' scanner van għall-Ajruport. Fl-ajruport hemm tliet 'toroq.' Jekk għandek x'tiddikjara tgħaddi minn dik magħrufa bħala 'red channel,' jew ma għandekx tgħaddi mill-'green channel' u mbagħad hemm il-'blue channel' għal dawk li ġejjin minn pajjiżi fl-UE. Għalhekk, spjega Chetcuti, bi Brexit se jiżdied ħafna t-traffiku fir-red u l-green channels. Apparti x-xogħol infrastrutturali fl-Ajruport, dan il-vann se jkun qed jgħin biex jiskenja l-bagalji kollha qabel dawn jinġabru mill-passiġġieri fl-Ajruport. "Ma jkunx hemm għaliex noqogħdu nwaqqfu lil kulħadd fl- Ajruport," spjega. 11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 lill-kriminalità organizzata' – L-ILLUM tiltaqa' mad-Dwana fejn id-Dwana ma tkunx taf minn qabel bid-droga u din inqabdet bis-saħħa tal-iscanner tad- Dwana fil-Freeport. F'dan il-każ jiġu kkunsidrati x-xenarji kollha msemmija. "Id-Dwana tasal sakemm tiskopri li hemm reat. Minn hemm tidħol il-Pulizija għax tkun trid tiġi ppreservata l-evidenza u tiddaħħal Maġistrat inkwerenti. Id-deċiżjoni tkun f 'idejn il-Maġistrat, anke wara li jsir kuntatt mal-awtoritajiet fil-pajjiż fejn ikun destinat il- kontejner," spjega Chetcuti. Apparti minn hekk, ikun hemm okkażjonijiet fejn id-Dwana tiskenja l-kontejners kollha li jkunu fuq bastiment. Minn tal-inqas darba fix-xahar, din il-proċedura qed issir. Chetcuti saħaq li jagħtuh ħafna sodisfazzjon il-qabdiet li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti li jiksru id- drittijiet tal-proprjetà intelletwali, jiġifieri dawk il-prodotti li jkunu foloz. "Fejn jidħlu dawn is-sejbiet Malta hija l-aktar stat membru li qed ikollha suċċessi. Fl-1997 konnha rċevejna ittra mingħand il- kumpanija Nike fuq dan. Fit-2017 ġejna magħżula mill-EUIPO bħala n-National Body of the Year." Fi kliem id-Direttur, kull sena, inkluż dis-sena, minkejja l-pandemija, id-Dwana ta' Malta qed iżżid is-sejbiet. "Sejbiet ta' droga huma sbieħ ukoll għax huma kbar u sensazzjonali," kompla jgħid. Għal qalbhom ukoll hija t-taqsima li taħdem biex ikun assigurat li ma jinkisrux sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fakkar fis-sejba tad-Dinari Libjani li kienu maħsuba li jmorru fuq in-naħa ta' Ħaar li mhuwiex il-Gvern rikonoxxut. "Għal qalbna wkoll is-sejbiet kollha tas-sigaretti tal-kuntrabandu. Hemm rabta intrinsika bejn il-kuntrabandu tas-sigaretti u l-kriminalità organizzata. Kull kontejner sigaretti li naqbdu, naf li huwa daqqa qawwija lill-gruppi organizzati." X'inhuma l-aktar sejbiet li jagħtuhom sodisfazzjon? Dawn il-prodotti foloz xi jsir minnhom? Kif ippreparaw għall-Brexit? Kif jitħarrġu l-klieb? Apparti r-riżorsa umana u anke t-tagħmir, id-Dwana għandha wkoll it-taqsima tal-klieb. B'kollox din it-taqsima għandha tmint iklieb. Il-ġimgħa li għaddiet żdied ieħor li ġie sponsorjat mill-Bank Ċentrali. Dawn huma mħarrġa biex jiddentifikaw tabakk, droga u flus. Kull kelb ikun imħarreġ biex ikun kapaċi jiddentifika tnejn minn dawn. Chetcuti spjega kif il-klieb huma passivi. Dan ifisser li l-klieb mhux se jinbħu lejn passiġġier. Jekk il-każ li jkollu quddiemu jkun pożittiv, il-kelb se jmur u jpoġġi ħdejn il-passiġġier u jħares lejh. Jekk il-passiġġier jimxi, il-kelb se jqum u jerġa' jpoġġi ħdejh u jagħmel l-istess. Dwar dan kellimna Ian Muscat hekk kif il- pandemija waqqfet żewġ inizjattivi importanti li d-Dwana kienet qed taħdem fuqhom, anke biex iżżid l-influwenza tagħha fuq bażi internazzjonali. Fil-fatt, din is-sena, id- Dwana Maltija, flimkien mal-World Customs Organisation kienet se toħloq forum għad-Dwani fil-Mediterran, anke biex tiżdied il-koperazzjoni ma' stati oħra li mhux membri fl-Unjoni Ewropea. Apparti minn hekk, id- Dwana ta' Malta kellha tospita f 'Malta l-laqgħa li ssir kull sentejn bejn id- Dwani Ażjatiċi u Ewropej. "Aħna stat żgħir u għandna konnettività kummerċjali kbira. Nixtiequ nġibu din il-laqgħa hawn mhux biss biex nippromwovu l-ħidma tagħna imma anke biex tiżdied il-koperazzjoni bejnha u l-pajjiżi kollha mż-żewġ kontinenti," temm jgħid Muscat. Il-COVID x'tellifha lid-Dwana?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020