Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 • illum 'Kull sejba li nagħmlu hija daqqa ta' ħarta lill-kriminalità YENDRICK CIOFFI Id-Dwana. Nisimgħu ħafna dwar is-sejbiet li tagħmel iżda din hija l-istampa kollha? Kif tkun taf liema kontejner għandha tiċċekkja u liema le? X'tagħmel b'dawk l-oġġetti li tikkonfiska? Addattat għall-Brexit? Il-gazzetta ILLUM titkellem mad-Direttur Ġenerali Joseph Chetcuti u mad-Direttur għall-Affarijiet Internazzjonali tad-Dwana Ian Muscat. L-ILLUM bdiet tistaqsi lid- Direttur Ġenerali x'inhu eżatt ix- xogħol li twettaq id-Dwana. Fi kliem sempliċi, Joseph Chetcuti ddeskriviha bħala aġenzija fuq il-fruntiera li tikkontrolla l-movimenti kollha ta' merkanzija u oġġetti. "Jekk qegħdin l-ajruport, aħna ma jinteressaniex min dieħel jew ħiereġ iżda x'qed iġorru n-nies," spjega. Tagħmel dan għal diversi raġunijiet. L-ewwel għan huwa li tħares l-element fiskali, jiġifieri l-ħlas tat-taxxi, kemm Ewropej u dawk nazzjonali, primarjament id- dazju tas-Sisa. Apparti l-element fiskali, id- Dwana tikkontrolla wkoll il- moviment ta' oġġetti għal raġunijiet ta' saħħa, ta' sigurtà, ta' ordni pubblika u anke għal raġunijiet ambjentali, fosthom il-protezzjoni tal-annimali. "Id-drogi u l-armi ma għandhomx element fiskali iżda nikkontrollawhom," spjega Chetcuti. "Jidħol ukoll l-element ambjentali. Irridu naraw li dak kollu li jiġi importat ikun skont l-istandards, mhux lokali biss (eżempju l-marka CE) u nassiguraw li prodotti li huma magħmulin minn annimali li huma protetti, bħal pereżempju basktijiet magħmulha mill-ġilda tal-kukkudrilli, ma jidħlux." Kien hawn li Chetcuti insista li d-Dwana trid toħloq bilanċ ukoll biex tiffaċilità l-kummerċ, fejn filwaqt li tkun iebsa ma' kull min jikser il-liġi, tagħmel il-ħajja aktar faċli għal dawk li jimxu skont il- liġi. "Ix-xogħol tagħna huwa mifrux. Mill-Freeport għal Ħal Far fejn hemm id-depot tal-kontejners, il-portijiet, il-marinas, l-ajruport, l-ajruport l-antik fejn tasal il-merkanzija bl-ajru, il-posta għax dan huwa mezz ta' dħul u Għawdex," kompla jispjega Chetcuti. B'kollox id-Dwana għandha 400 uffiċjal. It-tir huwa li sal-aħħar tal- 2021 jitilgħu għal 525. "Fi żmien ħames snin inkunu rduppjajna r-riżorsa umana tagħna," insista. X'inhu eżatt l-irwol tad-Dwana? Chetcuti u Muscat saħqu li hemm taħlita ta' diversi elementi. Spjegaw kif id-Dwana ilha teżisti u minn dejjem kellha s-suċċessi tagħha iżda kulturalment, id-Dwani kollha, kienu jaħdmu fil-kwiet. "Illum id-Dwani kollha qed jirrealizzaw li l-viżibilità hija importanti. Hawn programmi u dokumentarji sħaħ maħduma fid- Dwana, bħal fl-Awstralja, fl-Iżlanda u fi Spanja. Instab li l-viżibilità lix-xogħol tad-Dwana tista' sservi bħala prevenzjoni," insistew iż-żewġ uffiċjali. Apparti minn hekk, kompla jispjega Chetcuti, bis-saħħa tal- promozzjoni tax-xogħol li twettaq id-Dwana mhux biss iżid il- motivazzjoni fost il-ħaddiema tagħha iżda anke jwassal biex ikollha aktar saħħa titlob lill-Gvernijiet biex tinvesti fihom. "Din aħna esperjenzajniha. Illum għandna aktar saħħa biex nitolbu lill-Gvern jinvesti fina mhux biss fir- riżorsa umana iżda anke fit-tagħmir u t-taħriġ," insistew. "Irid ikollna riżorsa tajba, tagħmir mill- aqwa u taħriġ kontinwu." Mill-banda l-oħra, kompla jispjega d-Direttur Ġenerali, il-kriminalità organizzata qed tissaħħaħ u għalhekk huwa importanti li d-Dwana tipprova dejjem tkun pass aktar avvanzat mill-kriminali. "Illum nitkellmu fuq villaġġ wieħed. Dan aktar jagħmel ix- xogħol tagħna diffiċli u x-xogħol tal-kriminal aktar faċli," irrikonoxxa d-Direttur Ġenerali. Ħafna sejbiet fl-aħħar xhur: Żdiedu l-illegalitajiet? "Impossibbli li twaqqaf kollox," insista Chetcuti u hawn fejn tidħol l-intelliġenza u l-koperazzjoni bejn Dwani u entitajiet differenti kemm dawk lokali, bħall-Pulizija, is-Servizz Sigriet u l-Armata, dawk Ewropej bħal Europol, l-OLAF u dawk internazzjonali bħall- Aġenzija Amerikana li tiġġieled kontra t-traffikar tad-droga. Fil-fatt, fi ħdan id-Dwana hemm taqsima responsabbli minn dan. L-informazzjoni li tiġbor din it- taqsima, tgħaddi għand taqsima oħra li tanalizza r-riskju li tgħati lid-Dwana stampa ta' dak li trid teżamina. "Aħjar twaqqaf għaxar kontejners u ssib tnejn bl-illegalitajiet milli twaqqaf 100 u ssib biss tnejn," spjega Chetcuti filwaqt li Ian Muscat saħaq li dan għamel ix-xogħol tad-Dwana aktar effettiv. Madanakollu, dan ma jfissirx li dak li ma jirriżultax li hu riskjuż, id-Dwana tħallih għaddej qisu xejn mhu xejn. Fil-fatt, hemm porzjon ieħor li jintagħżel minkejja li ma jkunx ġie magħżul mit-taqsima li tanalizza r-riskju. "L-għażla tagħmilha sistema elettornika," kompla jispjega. Il-merkanzija u l-oġġetti l-oħra kollha li ma ġewx magħżula huma soġġetti għal żewġ proċessi: jew analizi dettaljata tad-dokumenti qabel ir-rilaxx jew inkella jkunu soġġetti, sa tliet snin wara għal verifika tad-dokumenti. "Għalhekk, sa tliet snin wara, id-Dwana tista' titlob importatur biex jagħtiha d-dokumentazzjoni kollha biex tkun tista' twettaq awditjar profond mhux biss tat- tranżizzjonijiet iżda d-Dwana għandna s-saħħa tidħol fis-sistemi tal-importaturi u tiġbor minn hemm l-informazzjoni kollha." Imma possibbli li d-Dwana tikkontrolla kull oġġett? Id-Direttur Ġenerali spjegalna x-xenarji kollha possibbli: Immaġina kontejner bid-droga, ġej Malta u se jkompli sejjer xi mkien ieħor. Id-Dwana saret taf bih minn quddiem minħabba l-kollaborazzjoni ma' aġenziji barranin. Tista' tkun ittieħdet id- deċiżjoni minn qabel dwar x'se jiġri bil-kontejner. Ikun hemm każi fejn kontejner li suppost jasal f 'pajjiż, mhux neċessarjament se jitbattal fil-pajjiż, iżda jista' jkun li jitbattal f 'nofs ta' baħar u għalhekk anke l-ekwipaġġ tal-bastiment ikun involut. • Xenarju 1: Ħafna drabi r-riskju ma jitteħidx u d-deċiżjoni, anke tal-awtoritajiet barranin, tkun li l-kontejner jinżamm. • Xenarju 2: Jekk ikun hemm biżżejjed ħin, ikun hemm drabi fejn id-droga titbattal. Il-kontejner jimtela' b'xi ħaġa oħra u jitħalla sejjer biex jinqabad dak li għandu jirċeviha, anke jekk din titbattal f 'nofs ta' baħar. • Xenarju 3: Jista' jkun li għand min se jasal il-kontejner, ikun importatur li dejjem mexa mal- liġi, ma jkollu x'jaqsam xejn mad- droga u jkun sempliċiment intuża l-kontejner tiegħu (minn wara dahru) għax id-droga tkun se titbattal f 'nofs triq. Meta kontejner ikun friża, ħafna drabi d-droga titpoġġa fil-kompartament tal- kompressur, minn fuq in-naħa ta' barra. • Xenarju 4: Ikun hemm każijiet fejn ma jkunx hemm ċans li d-droga titneħħa għax kontejner ma jkunx se jdum Malta. F'dawn il-każi jitpoġġa tagħmir li jitraċċa l-kontejner biex ikun assigurat li sakemm tasal, id-droga ma tkunx minsuna. Fil-fatt, id-Direttur Ġenerali spjega kif f 'dawn l-operazzjonijiet ikun hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn l-awtoritajiet f 'pajjiżi differenti, kemm Dwana, Pulizija, Europol u anke Maġistrati, fost oħrajn. "Dawn l-operazzjonijiet qatt ma jinħarġu fil-pubbliku. Mhux daqshekk komuni iżda lanqas rari. Fl-aħħar ħmistax kellna żewġ każi simili fejn id-droga tħalliet kif kienet," saħaq Chetcuti. Ikun hemm ċirkostanzi oħra Wasal kontejner f'Malta mimli d-droga iżda d-destinazzjoni tiegħu hu pajjiż ieħor. X'jiġri?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020