Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 toħroġ l-istqarrijiet iżda Kristjana' jiena ma għamilt xejn," kompla Monsinjur Teuma. "Inweġġa' ma' min hu mweġġa' u nweġġa' wkoll għal ħuti, għax lanqas nista' nispara lejhom u nikkundannahom. Il- ħażin jiġi kkundannat dejjem u l-abbuż ma għandnix post għalih, imma l-persuna rridu nsalvawha. Kristu kkundanna l-ħażen ta' kulħadd iżda lill-ebda persuna ma kkundanna. Dan irridu nagħmluh aħna wkoll, b'ħafna delikatezza, mingħajr ma nweġġgħu lill-vittmi." 'Il-Knisja ma tiġġudikax relazzjoni bejn żewġt irġiel u żewġ nisa' Hawn il-gazzetta ILLUM waqfitu. Hu ħadem ħafna mal-familji. Iżda llum hawn forom differenti ta' familji li forsi mhux dejjem iħossuhom milqugħa jew komdi fil- Knisja għax xi wħud fi ħdanha jkunu lesti biex jiġġudikawhom. X'jaħseb dwar dan l-Isqof il-ġdid? Beda jwieġeb li hemm idea żbaljata dwar il-Knisja u kif din taħsibha fuq diversi forom tal-familji. Insista li l-Knisja mhu se tiġġudika u mhu se tikkundanna lil ħadd. Fi kliemu, il-Knisja taċċetta lil kulħadd għax hija magħmulha għall-midinbin u min iħossu perfett ma għandux postu fiha. "Il-Knisja temmen li l-ogħla forma ta' mħabba hija dik ta' bejn raġel, mara u t-tfal iżda tagħmel dan mingħajr ma tikkundanna jew tiġġudika b'mod negattiv esperjenzi oħra ta' mħabba. Din qala' l-Papa stess, iżda l-Knisja ma tistax tieqaf tgħid li dik hi l-ogħla forma ta' mħabba ... din hija verità, kemm għax hija rivelazzjoni murija lilna fl-Iskrittura iżda anke għax aħna, il-ħin kollu nagħjtu lilha. Jiena ngħajjat lil ommi u lil missieri. Kemm indum ħaj, il-persuna tiegħi se tgħajjat mara u raġel. B'daqshekk jiena mhux qed niġġudika relazzjoni bejn raġel u raġel jew mara u mara," spjega l-Isqof Teuma. 'Missejt il-pjagi ta' kulħadd u għalhekk ma nista' niġġudika lil ħadd' Kien hawn li insista (u saħaq li din hija l-opinjoni tiegħu) li meta xi ħadd ikun irid jgħolli relazzjoni li hija differenti minn dik ta' raġel u mara għall-istess livell ta' familja, jibża' li jkun qed jagħmel dan għax ma jkunx qed jaċċetta dik ir-relazzjoni jew hu personali ma jħossux aċċettat u għalhekk ikun irid jagħtiha forma aċċettabbli. "Għalhekk minflok noqogħdu niġġieldu jekk għandhiex tkun familja jew le, ejjew naċċettaw aktar din ir-realtà, u nħobbuhom aktar bħala parti mill-Knisja," kompla l-Isqof. "Jiena għandi vantaġġ li missejt il-pjagi ta' kulħadd u għalhekk ma nista' niġġudika lil ħadd." 'Il-Knisja għandha tagħti attitudni ta' ħajja mhux pożizzjoni' Qlibna d-diskors. L-ILLUM staqsiet lill-Isqof Teuma jekk jaħsibx li l-Knisja f 'Għawdex, ħdejn dik f 'Malta hijiex wisq passiva, fis-sens li it li xejn issemma' leħinha fuq kwistjonijiet li jolqtu n-nies fil- ħajja ta' kuljum, bħal ngħidu aħna l-qerda tal-ambjent, il-kostruzzjoni jew inkella l-prezz tal-kirjiet. Beda jisħaq li hemm xi it ta' miżinformazzjoni dwar dan. Spjega kif pereżempju l-Kummissjoni Ambjent hija waħda interdjoċesana u għalhekk meta titkellem mhux qed tagħmel dan biss f 'isem il-Knisja f 'Malta u f 'Għawdex. Filwaqt li saħaq li l-Knisja trid tagħti kontribut, insista li dan mhux bilfors tagħmlu billi tagħti l-idea jew l-opinjoni tagħha iżda billi ddawwal u toħloq kuxjenza Kristjana, inkluż ta' rispett kbir lejn il-bniedem. "Jiena dak id-dispjaċir tiegħi li ħafna drabi nonfħu mudelli li jbaxxu d-dinjità tal-bniedem," saħaq l-Isqof Teuma. Iżda l-ILLUM staqsietu jekk quddiem sfidi bħall-prezzijiet tal-kera u l-faqar, il- Knisja f 'Għawdex għandhiex tkun aktar voċifera. Anke quddiem realtà ta' aktar immigranti jew persuni bi problemi soċjali li qed isibu ruħhom f 'Għawdex, 'il bogħod minn familthom, minħabba l-valur tal- proprjetà. Bħala Isqof se jibqa' sieket? "L-irwol tal-Knisja huwa aktar sottili," jemmen l-Isqof Teuma. "Ħafna drabi nistennew il-Knisja toħroġ b'xi stqarrija, motto jew logo. Dak mhux l-irwol tal- Knisja. Il-Knisja trid tifforma it it il- persuni li jagħmlu parti minnha għall- ġustizzja, is-solidaretà u l-karità. Dan ma jsirx billi tispara żewġ stqarrijiet. L-irwol tal-Knisja huwa ħafna aktar moħbi. L-irwol tal-Knisja huwa ż-żerriegħa li ma tidhirx, il- melħ u l-ħmira li jsemmi Ġesù fil-Vanġelu." Kien hawn li Monsinjur Teuma saħaq li l-apparenza qed tiżvija xi it lill-Knisja. "Ħu din l-intervista. In-nies se jgħidu l-Isqof qal hekk, tqum polemika u ġimgħa oħra kulħadd ikun nesa. Il-Knisja trid taħdem aktar bilmod u minn taħt. Nibża' li xi kultant naqgħu għall-periklu li rridu nidhru tajjeb u nimpressjonaw in-nies b'dak li se ngħidu. Dak huwa periklu kbir. Dak mhux il-Vanġelu," insista. Spjega kif dan ma jfissirx li l-Knisja ma għadhiex tiaħ djar biex tgħin jew fondi biex tqassam, iżda fuq kollox trid toħloq sensibbilità u kuxjenza fil-Knisja u meta jgħid il-Knisja qed jirreferi għal kulħadd fi ħdanha. "Il-Knisja trid tgħalmek tistad u mhux tagħtik il-ħuta. Trid tagħti attitudni ta' ħajja biex tibqa' miegħek u mhux stqarrija biex issodd ħalq xi ħadd," kompla. 'Din il-kamra se nġorra miegħi biex nibqa' nifhem u ngħin' L-intervista saret f 'kamra li l-Isqof Teuma rrefera ħafna għaliha għax fiha sema u tkellem ma' ħafna nies. Fl-aħħar ta' din il-laqgħa, l-ILLUM staqsietu jekk issa li huwa Isqof hux se jkollu post għal kamra bħal din? "Din il-kamra ġarrejtha miegħi kull fejn kont u hekk se nagħmel. Din il-kamra se nġorra miegħi l-Kurja għax irrid nibqa' ngħin, nisma' u nerfa' lill-persuna għax nemmen li għal kull persuna Alla jrid l-isbaħ, l-aqwa u l-aħjar," temm jgħid. Ritratt meħud minn James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020