Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 kultura u festi IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 • illum FABIAN MANGION Sa minn meta l-istatwa ta' Marija Bambina waslet fl-Isla fl-1618, il- qima u l-imħabba lejha ssuktaw joktru dejjem iżjed fost il-poplu Senglean. Lejn dik l-istatwa, kien hemm imħabba speċjali u l-artal li fuqhu kienet qed tinżamm, kien qed isir l-aktar wieħed għażiż fost l-artali kollha fil-knisja parrokkjali. Tama f'Alla u f'Marija fi żmien il-pesta l-kbira Malta mhux darba jew tnejn intlaqtet minn xi mxija qalilha. F'Diċembru 1675, il-minġel tal- mewt ħasad il-ħajja ta' eluf ta' Maltin fi flaġell ta' pesta li, bi ħruxija kbira, laqat il-gżejjer Maltin. L-Isla tilfet madwar nofs il- popolazzjoni tagħha. Il-kleru tal-Isla, flimkien mal-Kappillan Dun Franġisk Azzopadri, offrew ħajjithom biex jgħinu lil kull min kien fil-bżonn. Dan wassal biex dsatax-il qassis fl-Isla mietu kawża tal-imxija. Is-Sengleani tefgħu ħarsithom lejn il-Verġni Marija u ntrabtu ħafna iżjed ma' dik l-istatwa ta' Marija Bambina. Mimlijin bit-tama li tismagħhom, talbuha bid-dmugħ f 'għajnejhom. Huma wegħduha li jibdew jiċċelebraw għal dejjem ħmistax-il Sibt ħalli hi, bħala Omm tal-ħniena, tinterċedi għalihom quddiem Alla u tbiegħed minnhom flaġelli ta' dik ix-xorta. Marija Bambina tinterċedi Fl-1718 nixfa kbira waqgħet fuq il-gżejjer Maltin minħabba nuqqas ta' xita. Mons. Ġakbu Canaves, Isqof ta' Malta, b'digriet tal-1 ta' April 1718, ordna lill-fratellanzi kollha ta' Malta biex jagħmlu suffraġji għall- erwieħ tal-purgatorju u purċissjoni ġenerali votiva l-Ħadd, 10 ta' April. Dun Fortunat Vella, Kappillan tal-Isla, iddeċieda li f 'dak il- pellegrinaġġ tinġarr l-istatwa tant meqjuma ta' Marija Bambina. Dan kien wieħed twil għaliex l-istatwa, bil-fratellanzi, flimkiem mal-kleru u l-poplu, ittieħdet sal- knisja ta' Santa Marija tal-Ħlas, fil-limiti ta' Ħal Qormi. Waqt li l-pellegrinaġġ kien fi triqtu lura lejn l-Isla, għamlet ix-xita tant mixtieqa. L-istess flaġell ġara fl-1732 u din id-darba sar pellegrinaġġ bil- Bambina għall-knisja parrokkjali tal-Madonna tal-Grazzja f 'Ħaż- Żabbar. Għaldarboħra, Marija nterċediet quddiem Alla u lil missirijietna pprovditilhom abbundanza ta' ilma fost il-ferħ u l-kuntentizza ta' kulħadd. Iżda b'rabta ma' dan l-istess pellegrinaġġ, jixraq li jitniżżel fatt straordinarju li twettaq mill- immaġni stess tal-Bambina. Il-ġrajja hija dwar mara fqajra li kienet toqgħod fil-konfini tal- knisja parrokkjali ta' Ħaż-Żabbar. Din il-mara ma setgħetx twelled u saħansitra għamlet tliet ijiem sħaħ ta' uġigħ u ta' tbatija kontinwa. Il- każ ħoloq ansjetà kbira u l-aktar meta, skont il-ġudizzju tat-tobba, deher impossibbli li din il-mara tiġi meħlusa minn dak l-għawġ. Wara li hija għarfet li, fil- pellegrinaġġ lejn il-parroċċa tagħha, inġarret x-xbieha tant mirakoluża tal-Madonna, hija talbet bil-ħerqa sabiex, bl-interċessjoni tal-Verġni Mqaddsa, ikun jistħoqqilha tiġi lliberat minn dak il-periklu terribbli. Hekk kif intemm dan it-talb mimli ħeġġa u waqt li l-purċissjoni qabdet triqtha lura lejn l-Isla, hija welldet kreatura ħajja fost il- kuntentizza u l-ammirazzjoni ta' dak preżenti. Immadjatament, u b'ħajr ta' din il-grazzja kbira, hija offriet iċ-ċirkett tagħha stess b'rigal lill-istatwa. F'dak il-waqt li fih dan iċ-ċurkett kien qed jitqiegħed fuq is-saba tal-Madonna, dan l-istess saba twessa' waħdu minn postu biex ikun jista' jilqa' ċ-ċurkett. Meta l-poplu ra dan kollu jseħħ quddiemu, b'ferħ liema bħalu beda jfaħħar lill-Madonna u jgħajjat b'vuċi għolja 'Viva Marija'. "Ulied Belt Invicta laqgħuk bl- akbar ġieħ, Għożżewk fil-qalb tagħhom, talbuk kullimkien: Ħaristhom min-nixfa li tgħakkes bil-ġuħ, Ħaristhom mill-pesta li tiżra biss dmugħ." (Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, Salve Regina, Mater Misericordiae) Qima dejjem tikber lejn Marija Bambina Il-protezzjoni ta' Marija Bambina nħasset ferm fl-1757, meta l-gżejjer Maltin ġew mħedda minn terremot. F'ġurnata minnhom, f 'daqqa waħda nħass tvenvin ta' rjiħat qawwija u tal-biża'. Dawk l-irjieħ ġabu magħhom ħsejjes li wasslu lil ħafna jbassru li kien se jseħħ xi terremot. Imbagħad ir-riħ waqaf u l-arja u l-lewn tas-sema kienu donnhom qed iħabbru li l-kbir kien għadu ġej. Wara jumejn, l-irjieħ qawwija reġgħu qamu b'forza wisq iżjed minn ta' qabel. Saħansitra anke l-ħitan bdew jiġġarrfu. Bosta ħarġu minn darhom imwerwrin u fittxew kenn f 'postijiet aktar żguri. Infetħu l-knejjes u ġie espost Ġesù Sagramentat u tkantat il-litanija tal-qaddisin b'tama qawwija li Alla jisma' t-talb ħerqan u jbiegħed dak il-flaġell. Waqt dik l-adorazzjoni u x'ħin il-poplu kien miġbur fil- knisja parrokkjali, il-Kappillan Dun Fortunat Vella, ordna li jsir pellegrinaġġ ta' penitenza bl-istatwa ta' Marija Bambina mill-knisja parrokkjali sal-knisja ta' Sidtna Marija tal-Portu Salvu tal-Isla. Il-pellegrinaġġ sar u matulhu ġie reċitat talb imħeġġeġ lil Alla biex, bl-interċessjoni ta' Marija Bambina, jeħles lill-gżejjer Maltin minn dak l-għawġ. Il-poplu nisrani tal-Isla ra id il-Mulej miegħu u xehed għall- interċessjoni qawwija tal-Madonna għaliex minn dak iż-żmien, ma Pellegrinaġġi bl-istatwa ta' Marija Bambina Fik ittamaw missirijietna; fik ittamaw, u inti ħlisthom." Kliem meħud minn Salm 22 u applikat għal Marija b'ringrazzjament għall-grazzja maqlugħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020