Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 illum • IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 Bambina tal-Isla fi żmien ta' għawġ nazzjonali kultura u festi nħassewx iżjed terremoti qawwija fil-gżejjer Maltin. "Mill-mard tal-kolera, minn terremoti, Li Alla bihom ried imiss qlubna, Mard minn hawn tbiegħed, tgħeżżiż iċċassa, Għax il-Bambina, dlonk semgħet talbna." (Stefano Sant'Angelo, Tifħir u Talb lil Ommna Għażiża, Marja Santissima fil-Jum tat-Twelid tagħha) Ġrajjiet bħal dawn, maqjusa bħala mirakli, maqlugħin bl- intereċessjoni ta' Marija Bambina, komplew kattru, fost il-poplu tal-Isla, il-qima lejn l-istatwa għażiża tagħha. Il-Fratellanza tal- Immakulata Kunċizzjoni li, għal ħafna snin, indukrat l-istatwa tal-Bambina meqjuma fuq l-artal tagħha, ħadet ħsieb li tirreġistra fil- manuskritti tagħha, partikolarment f 'dak imsejjaħ Libro Vicende 1880 li jinsab fl-arkivju parrokkjali, kull grazzja li dehret tmur 'l hemm mill- qawwa tan-natura. Il-Pesta tal-1813 Għaldarbaoħra, bejn Marzu u Mejju 1813, Malta ntlaqtet mill- pesta. B'ordni ta' Mons. Ferdinandu Mattei, Arċisqof ta' Malta, il-knejjes kollha nżammu magħluqa bil-ħsieb li l-periklu tal-pesta jinżamm 'l bogħod kemm jista' jkun. Bliet u rħula diversi ntlaqtu minn dan il- gwaj, iżda mhux hekk il-belt tal-Isla. Veru li s-Sengleani għamlu kulma kien umanament possibbli biex iżommu 'l bogħod minnhom din il-marda. Imma l-isforzi tagħhom ma waqfux hemm għaliex huma ma naqsux li jintelqu għal kollox fil- ħarsien tas-sema. U t-talb tas- Sengleani verament instema' għaliex l-Isla tabilħaqq inħelset u ħadd minn din il-belt ma ntilef b'din il-marda qerrieda. Fit-8 ta' Awwissu 1813, il- kapitlu, il-kleru, il-Logutenent tal- Gvernatur, il-prefetti u s-segretarji tal-fratellanzi u xi persuni oħrajn, inġabru fil-knisja Kolleġġjata. Huma għamlu ħin ta' talb flimkien quddiem Ġesù Sagramentat u, wara li semgħu l-kelma mħeġġa tal-Kanonku Dun Vinċenz Cachia, Arċipriet tal-Isla, huma ressqu sitt wegħdiet. Fil-bidunett tal-lista huma wiegħdu li jsir pellegrinaġġ ta' darba, sal-knisja tad-Dumnikani tal-Birgu, bl-istatwi ta' Ġesù Redentur u ta' Marija Bambina. It-tieni wegħda kienet li jekk kemmildarba jiġri li l-purċissjoni li soltu ssir fil-festa tat-twelid tal- Verġni Marija titħassar minħabba l-maltemp, din issir f 'ġurnata oħra. Fid-29 ta' Jannar 1814, l-Arċisqof Mattei, permezz ta' Ittra Pastorali, ħabbar li fil-knejjes kollha tad- Djoċesi għandha tiġi ċċelebrata quddiesa ta' ringrazzjament talli l-epidemija kienet għaddiet. Il- poplu tal-Isla inġabar fil-Kolleġġjata biex irodd ħajr lill-Bambina. Fit-13 ta' Mejju, l-Arċipriet Cachia avża lill-kapitlu, lill-kleru, lill-fratellanzi u lill-poplu li, jumejn wara, kienet ser tiġi mwettqa l-ewwel wegħda. Fil-15 ta' Mejju 1814, wara l-kant tal-għasar, beda l-pellegrinaġġ lejn il-knisja tal-Lunzjata fil-Birgu. F'din il-purċissjoni, li fiha inġarru l-istatwi ta' Santu Rokku, tal-Bambina u tar- Redentur, ħadu sehem il-fratellanzi u l-għaqdiet kollha tal-parroċċa. Fl- aħħar imxew il-kjeriċi, il-qassisin, u l-kanonċi. Il-purċissjoni tmexxiet mill-Arċipriet Cachia. "Ġiet il-pesta fuq dil-gżira? Ħaġa kbira! Bliet u rħula ċċappsu biha, L-Isla baqgħat bla mimsusa, Għax meħlusa Din l-Omm riedet lilna fiha." (Dwardu Cachia, Tifħir lil Marija fil-Jum tat-Twelid Tagħha) It-Tieni Gwerra Dinjija Fit-3 ta' Settembru 1939, l-Ingilterra u Franza daħlu fi gwerra kontra l-Ġermanja. Iċ- ċelebrazzjonijiet interni b'rabta mal- festa tal-Bambina saru b'solennità, iżda l-purċissjoni bl-istatwa ħadet il-forma ta' pellegrinaġġ bir-reċita tar-rużarju mqaddes. Il-ġurnata fatali kienet l-10 ta' Ġunju 1940 meta Mussolini ħabbar li l-Italja ddikjarat li daħlet fil-gwerra kontra l-alleati. Għall-festa ta' Settembru ta' dik is-sena, il-Bambina ma ġietx esposta fil-knisja u anqas ma saret purċissjoni. Wara l-attakki tas-16 ta' Jannar 1941, l-istatwa tal-Bambina tieħdet lejn il-Kolleġġjata ta' Birkirkara. Kien ġej żmien li fih l-Isla saret ħerba u l-Bażilika tal-Bambina sfat imġarrfa kważi għal kollox. Minkejja l-ħsara u l-qtiegħ ta' qalb, l-Arċipriet Kanonku Dun Manwel Brincat u l-kaptilu, b'tama u b'kuraġġ, iddeċidew li l-festa tal- Bambina, f 'Settembru 1943, issir fl-Isla u fil-preżenza tal-istatwa ta' Marija Bambina. Fit-8 ta' Settembru 1943, bosta bkew quddiem il-ħerba ta' darhom imma l-purċissjoni kienet bħal it ħin ta' faraġ meta raw ħierġa mill-knisja tal-Portu Salvu, l-istatwa tal-Bambina. Hekk kif il-Bambina kienet għaddejja mix-xatt, l-Ammirall Soprantendent tat-tarzna, wassal nota lill-Arċipriet biex jinfurmah li l-Italja Faxxista kienet ċediet bla ebda kundizzjonijiet. Dik il- purċissjoni qalb il-bini mwaqqa, ħadet forma ta' pellegrinaġġ ta' radd il-ħajr lil Alla li bl-interċessjoni ta' Marija Bambina sema' t-talb tal- poplu u biegħed minn fuq il-gżejjer Maltin it-trapass tal-gwerra. "Il-ħbit qered il-Belt tagħha, 'U il-Maqdes għażiż tagħha, Il-Bambina u l-ulieda; Fitxew kenn barra l-ibliet, U l-Bambina tar-rebħiet, Lil uliedha bl-ilfieq bkiet." (Mary Haber, Il-Bambina tar- Rebħiet) Pellegrinaġġi fi żminijietna Pellegrinaġġ ifisser mixja ta' fidi. Li timxi wara xi ħadd ifisser li inti qed terħi lilek innifsek u tafda lil dik il-persuna li qed timxi warajha. F'dan l-aħħar mitt sena, meta l-parroċċa tal-Isla kienet qed tfakkar ġrajjiet importanti fil-ħajja tagħha, ġew organizzati sitt pellegrinaġġi li fihom inġarret l-istatwa għażiża ta' Marija Bambina. Dawn saru fl-1921, 1957, 1981, 1996, 2007 u 2018 u lkoll bdew mill-knisja ta' Sidtna Marija tal- Portu Salvu u ntemmu fil-Bażilika tal-Isla. Din is-sena 2020, minħabba ċ-ċirkustanzi tal-pandemija, filwaqt li l-knejjes ingħalqu bħalma ġara fl-1813, il-festi titulari fil-parroċċi tagħna ġew iċċelebrati b'mod differenti ħafna mis-soltu. F'dan iż- żmien li lkoll għexna u għadna qed ngħixu minħabba din il-pandemija li laqtet lid-dinja kollha, tkun Marija Bambina dik li tmexxina minn dawn il-mumenti ta' mard, solitudni u ansjetajiet li seta' u jista' jkollna f 'dawn iż-żminijiet. "O Marija, O ħelwa Bambina, Bħala Ommna minn qalbna ħtarnik; Aktar minnek min qatt jista' jħobbna? Tagħna t-tama wara Alla, biss fik." (Mons. Emmanuel Galea, Innu Popolari lil Marija Bambina) 8 ta' Settembru 1943: il-puċissjoni ftit wara li ħarġet mill-knisja tal-Portu Salvu fi Triq il-Vitorja (qrib ta' Triq Sant'Anġlu). Ritratt meħud bejn l-1921 u l-1930 li juri l-Bambina inkurunata u bl-artal quddiemha armata fil-Bażilika.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020