Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Villa Barbaro f 'Ħal Tarxien, hi waħda mill-eqdem djar f 'Malta. Din qed tiġi skedata bħala Grad 1 biex tingħata aktar protezzjoni. Dan sar wara li l-Awtorità tal- Ippjanar, b'kollaborazzjoni mas- Supretendent tal-Wirt Kulturali, iddeċidiet li testendi l-'buffer zone' tul Triq iż-Żejtun f 'Ħal- Tarxien biex tinkludi medda ta' propjetajiet, partikolarment dawk li jinsabu faċċata tal-Villa. Martin Saliba, iċ-Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtoria qal, "Għalkemm fl-2009, Villa Barbaro, flimkien mal-ġonna, stalel, sqaq privati, l-'boundary wall' u l-'buffer zone' tagħha, ingħataw status ta' protezzjoni, aħna nħossu li l-'buffer zone' għandha tkun estiża aktar biex tissalvagwardja din il-proprjetà unika minn kwalunkwe impatt viżwali li jista' jirriżulta minn żvilupp fil-futur tul Triq iż- Żejtun." Is-Sur Saliba sostna li "kull proprjetà skedata għandu l-kuntest spazjali tiegħu li jirrelatata f 'aspetti differenti. Għaldaqstant, l-ambjent tal- madwar huwa parti essenzjali kif tiġi relatata l-proprjetà. L-estenzjoni tal-'buffer zone' sar biex jissalvagwardja l-kuntest spazjali tal-Villa. " Villa Barbaro u l-ġonna estensivi tagħha nbnew fis-seklu 16 mill-familja Barbaro. Il-villa għandha il-faċċata tradizzjonali tagħha miżbugħa bl-aħmar, kif ukoll għandha l-bieb prinċipali nkurunat bl- arma tal-familja Barbaro. Il-faċċata fl-ewwel sular hija kkaratterizzata minn gallarija kbira tradizzjonali tal-injam u magħluqa b'karatteristiċi li mhumiex daqshekk komuni. Iż-żona ta' taħt il-pannelli tal-gallarija tikkonsisti prinċipalment minn ħġieġ, waqt li d-disinn tal-gwarnicun għandu estensjoni dekorattiv li kwazi jgħatti l-kwartelli. Karatteristika oħra ta' din il-villa hija l-padiljun għoli żewġ sulari li jokkupa ħafna mit-terrazzin tal-ewwel sular. Il-proprjetà tixbaħ djar oħra f 'Malta li wkoll għandhom importanza storika u arkitettonika sinifikanti, bħall-Palazz tal-Inkwiżitur fil- Girgenti u Palazzo Gomerino fir-Rabat. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Gwardjani użaw l-art tal- villa għat-taħrig tas-suldati awżiljarji lokali. Il-villa kienet oriġinarjament skedata mill- Awtorità tal-Ippjanar lura fl- 1996 minħabba l-valur storiku, arkitettoniku u estetiku tagħha. Fl-2009, iż-żona skedata ġiet estiża biex tinkludi l-ġonna u l-'buffer zone'. Għal aktar informazzjoni dwar l-Awtorità tal-Ippjanar żur is-sit www.pa.org.mt. Il-proprjetà tixbaħ djar oħra f'Malta li wkoll għandhom importanza storika u arkitettonika sinifikanti, bħall-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Girgenti u Palazzo Gomerino fir-Rabat L-Awtorità tal-Ippjanar testendi l-buffer zone biex tipproteġi l-kuntest spazjali ta' Villa Barbaro f'Ħal Tarxien

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020