Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 Carmel Bonnici Il-Mostru ta' Frankenstein (1) It-tema ta' raġel/mostru magħmul minn organi u biċċiet ta' nies umani mejta ġiet esplorata fiċ-ċinema sa mis- snin bikrin ta' din l-invenzjoni. Din kienet ħliqa tal-awteriċi Brittanika Mary Shelley. Mary Wollstonecraft Shelley, imwielda Mary Wollstonecraft Godwin, kienet l-unika tifla ta' William Godwin u Mary Wollstonecraft. Il-ġenituri tagħha kienu qed jistennew affarijiet kbar minnha meta tikber u fit-twelid tagħha żejnuha fl-isem tagħhom it- tnejn. Hi twieldet nhar it-30 ta' Awwissu 1797 f 'Londra, pero' ommha mietet biss 11-il ġurnata wara minħabba infezzjoni konnessa mat-twelid. Mary trabbiet ma' oħtha tar-rispett, Fanny Godwin, it- tifla ta' Mary Wollstonecraft u l-maħbub Amerikan tagħha, Gilbert Imlay. Hi ġiet addottata minn Godwin u sakemm kellha 11-il sena trabbiet qisha bintu. Meta reġa' żżewweġ ma' waħda armla li kellha żewġt itfal, Godwin wara kellu tifel minn dan iż-żwieġ. L-edukazzjoni, Mary Shelley ħaditha mid-dar stess u b'hekk kienet intelliġenti ħafna aktar minn sħabha tal- istess eta', speċjalment fuq il- bażi tas-sess. Hi u l-erba' hutha oħra tar- rispett kellhom rikonoxximent tal-aktar nies bravi ta' Londra, minn poeti sal-filosfu Samuel Taylor Coleridge. L-ispirazzjoni ewlenija ta' Mary li tikteb Frankenstein ġiet minn missierha William Goldwin u x-xjentist Humphry Davy li kienu jagħmlu esperimenti bl- elettriku fid-dar tagħha stess. Ta' 10 snin, Mary kitbet il- poeżija spirituża Mounseer Nongtonpaw. Hi għamlet xi sena toqgħod fl-Iskozja meta missierha bagħtha hemm għax ma kenitx tingwala ma' martu. Meta ġiet lura saret ħabiba ma' Percy Bysshe Shelley, ammiratur żagħżugħ ta' missierha li kien ma' martu Harriet fis-sena 1812. Tant saru jinħabbu li hi, ta' 16-il sena, flimkien ma' oħtha Claire, ħarbu lejn il-kontinent. Din il-ħaġa kellha riperkussjonijiet koroh fis-snin ta' wara. Ta' 17-il sena nqabdet tqila, missierha ma ridtx jaf biha, hi u Percy kienu falluti u meta snin wara reġgħet lura f 'Londra, bħala l-armla ta' Shelley, in-nies ta' rispett bdew jiskartawha. Pero', fis-sentejn ta' wara, Shelley waqqaf stabilita' finanzjarja għal Mary u missierha Godwin, ghalkemm xorta waħda ma riedx ikellmu, flimkien saru midħla ta' ċirku ta' ħbieb. Il-koppja, għalkemm mhux miżżewġin marru joqgħodu Windsor fejn Mary bdiet tikteb it-tielet novella tagħha. Kapitlu ġdid għal ħajjietha beda meta Claire bdiet tindieħes ma' Lord Byron, il- poeta li qajjem skandlu meta fix- xitwa tal-1815/16 biex jissepara minn ma' martu, fir-rebbiegħa telaq taħt eżilju lejn l-Italja u Claire sabet ruħha tqila. B'hekk wasal il-famuż sajf tal-1816 ħdejn ix-xtut ta' Lake Geneva u l-avvenimenti li seħħew hawn taw l-indikazzjoni lil Mary biex tibda tikteb in-novella Frankenstein, li komplietha fil- ħarifa fl-Ingliterra. Il-progress ta' dan ix-xogħol interrompa ruħu darbtejn minħabba ġrajjiet katastrofiċi fil-familja – s-suwiċidju ta' oħtha Fanny f 'Ottubru u s-sejba tal-ġisem mejjet ta' Harriet Shelley, il- mara ta' missierha li wkoll għamlet suwiċidju meta kienet tqila. Kien ġimgħatejn wara li fl-aħħar Mary u Percy żżewġu nhar it-30 ta' Diċembru 1816. L-avvenimenti li seħħew fil- villa ta' Lake Geneva ispiraw tliet films, Haunted Summer, Gothic u Frankenstein Unbound. Kien nhar l-1 ta' Jannar 1818 li n-novella Frankenstein ġiet ippubblikata mingħajr l-isem tal-awtur. Billi l-koppja xorta sabu ruħhom ippersegwitati fir-Renju Unit, huma telqu jgħixu l-Italja maż-żewġt itfal tagħhom, Clara u William u magħhom marret Claire u t-tifla tagħha Allegra. Fl-erba' snin li għamlu jgħixu hemm Percy Bysshe Shelley stabilixxa ruħu bħala l-poeta prim tal-letteratura Ingliża. Il- karriera ta' Mary Shelley ukoll ħadet spinta 'l fuq bħala l-awtriċi ta' Frankenstein. Wara li Percy miet meta għereq fl-1822, hi sabet ruħha bla flus u, kontra qalbha, kellha tirritorna lura f 'pajjiżha fil-ħarifa tal- 1823. Wara, ppubblikat aktar novelli, volum kbir ta' proża mħallta, stejjer qosra, bijografiji u kitba dwar vjaġġar. Wara l-mewt ta' żewġha ssorveljat il- pubblikazzjoni tal-poeżiji tiegħu u anki xi proża. Mary Shelley mietet fid-dar tagħha f 'Chester Square, Londra fl-1 ta' Frar 1851 ta' 53 sena. Il-ktieb tagħha Frankenstein sab suċċess ta' spiss fiċ-ċinema. Dan il-mostru maħluq mill- Baruni Victor Frankenstein deher għall-ewwel darba fuq il- liżar il-kbir fl-1908 bl-attur jismu Charles Ogle u fl-1916 f 'Life Without Soul, ukoll fl-Italja fl- 1920, Master Of Frankenstein. Il-film famuż ta' Hollywood tal-1931, miktub minn Robert Florey u dirett minn James Whale, ssellef ħafna minn dak Germaniż ta' Paul Wegener, The Golem (1922) kif ukoll minn novella ta' Mary Shelley tal-bidu tas-seklu dsatax, imma minkejja problemi ta' ċensura l-elementi kollha għaqqdu tajjeb flimkien u Boris Karloff għamel suċċess fil- parti tal-mostru kompost minn biċċiet ta' iġsma mejtin, mogħti l-ħajja permezz tal-elettriku minn sajjetti. U hawn twieldet leġġenda kbira! Ikompli nhar il-Ħadd li ġej...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020