Illum previous editions

ILLUM 6 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela illi l-Kandidat prospettiv għall- kariga ta' Kap Nazzjonalista Bernard Grech kellu kontijiet pendenti kemm ta' taxxa tad- dħul sal-2011 u anke ta' VAT sal-2019 li b'kollox jgħoddu għal it aktar minn €62,000. Minkejja dan, Grech ma spjegax - meta mistoqsi mill-gazzetta ILLUM kif tħallsu dawn il- flus ladarba hu pprovda lil din il-gazzetta b'ċertifikat mill- Kummissarju tat-Taxxi (Ara ritratt mehumuż) li juri illi dan m'għandu ebda kontijiet pendenti. Għall-pagament tat-Taxxa tad-Dħul huwa kien saħansitra nnotifikat bil-Qorti fl-2012 biex iħallas €33,684 u kien notifikat ukoll fl-2006. F'Ġunju 2006 id-Dipartiment tat-Taxxi (IRD) bagħat ifakkar lil Grech illi għas-snin 1990 u l - 1 9 9 6 hu kellu j g ħ a d d i LM1,135 (€2,643.84) f 'taxxa ta' dħul. Id-Dipartiment wissa lil Grech illi għal dawn is-snin kellu jħallas dawn l-ammonti rispettivament: Lm31, Lm 105, Lm 98, Lm179, Lm 191, Lm 252 and Lm 279. Minħabba li l-ħlasijiet ma sarux f 'Ottubru 2006 id-Dipartiment ħa l-materja fil-Qorti tal-Maġistrati li ppubblikat notifika biex Grech iħallas l-ammont dovut jew inkella jiffaċċja azzjoni legali. Sitt snin wara f 'Ġunju 2012, l-IRD mill-ġdid sab illi għas-snin 1999 sal-2011 ma kienx ħallas €33,684 f 'taxxa tad-dħul u mill- ġdid Grech ġie notifikat mill- Qorti - Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili - biex jagħmel dan fi żmien jumejn. Jidher illi f 'dawn il-każijiet Grech daħal fi ehim biex iħallas lura dawn l-eluf pendenti f 'taxxa, minkejja li sorsi li tkellmu mal- ILLUM u li huma qrib il-Partit Nazzjonalista sostnew illi Bernard Grech ħallas kollox jew dak li kien għad fadallu dakinhar stess li tefa' n-nomina tiegħu għall-kariga ta' Kap tal-PN. Minkejja li din il-gazzetta staqsiet b'mod ċar kif saru l-pagamenti, Grech ma weġibx. It-tweġiba tal-kandidat kienet iċ-ċertifikat li qed jiġi ppubblikat ma' dan l-artiklu. ... u €29,000 fi ħlasijiet ta' VAT Imma mhux biss. Grech waqa' lura fil-ħlas tal-VAT mill-2014 sal-2019 b'madwar €29,000. Matul dawn is-snin, Grech, li huwa avukat bi professjoni ddikjara dħul ta': €37,500, €33,200, €30,900, €33,426, €31,819 u €28,790 rispettivament. Anke hawnhekk Grech kellu jidħol f 'arranġament ta' ħlas. Sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta staqsew kif avukat tal- familja qed jiddikjara biss dawn l-ammonti u allura kif seta' ħallas ammont ta' flus f 'daqqa. 04 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Grech jippubblika ċertifikat li juri illi xejn mhu pendenti ... imma ma jgħidx kif ħallas dak dovut Bernard Grech ġie notifikat mill- Qorti biex iħallas taxxa pendenti fl- 2006 u l-2012, filwaqt li kellu kont ta' madwar €29,000 xi jħallas f'VAT. Hu jwieġeb billi juri ċertifikat uffiċjali li juri illi m'għandu ebda pendenzi mad-Dipartiment ... Il-mistoqsijiet tal-ILLUM lil Bernard Grech 1 - Fl-2006 inti rċevejt notifika mill-IRD li tatek struzzjonijiet biex tħallas pagamenti ta' bejn l-1990 u l-1996 u notifika mill-Qorti mbagħad għal ħlas ta' dan l-ammont (LM 1,135). Meta ħallasthom lill-IRD u għaliex ma ħallastx it-taxxi għal dawn is-snin? 2 - F'Ġunju 2012 inti rċevejt assessjar ġdid mill-IRD għas-snin 1999 - 2011 u ġejt mitlub tħallas €33,684 f'taxxa, interessi u penali. Għal dawn il-ħlasijiet ġejt mogħti t-tieni notifika. Meta ħallast u għaliex ma ħallastx din it-taxxa matul dawn is-snin? 3 - X'taxxa pendenti għadek qed tħallas lill-IRD bħalissa? 4 - Inti kont ordnat tħallas lid-Dipartiment tal-VAT għas-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019 għal total ta' madwar €29,000. Meta ħallast dawn il-pagamenti? Għaliex ma ħallstx din il-VAT fil-ħin? 5 - Meta tqis li bejn l-2014 u l-2019 id-dħul annwali medju kien ta' €32,600, tista' tispjega l-oriġini u s-sors tal-flus li użajt biex tħallas VAT pendenti? 6 - Għandek ċertifikat ta' konformità? Meta nħareġ mid-Dipartiment? Iċ-Ċertifikat ta' Konformità li ppreżenta Grech Waħda min-Notifiiki

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 September 2020