Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 • illum opinjoni Julia Farrugia Portelli Julia Farrugia Portelli hija l-Ministru għat-Turiżmu Sfida li dawwarniha f'opportunità B ħalissa mhux żmien faċli għall-industri- ja turistika madwar id-dinja kollha. Il- pandemija Covid-19 tat daqqa ta' ħarta sewwa lil dan is-set- tur. Malta mhix eċċezzjoni. Madankollu jkun żball li tieqaf tiċċassa quddiem il-problema, kbira kemm hi kbira. Hija sitwazzjoni li titlob kalma, iffukar u tiix għal kif tista' tagħmel l-aħjar użu miż-żmien li mhux jintuża għall-pjanijiet oriġinali. Huwa żmien li soluzzjoni ideali għalih hija li l-isfida ddawwarha f 'opportunità. Hekk għamilna u hekk se nkomplu nagħmlu. L-għajnuna finanzjarja kbira li l-Gvern ta, qiegħed u se jkompli jagħti lil din l-industrija kienet u hija kruċjali biex ġew salvati eluf ta' impjiegi fis-settur. Tul ix- xhur li għaddew saru diversi xogħlijiet mill-privat fil-postijiet ta' akkomodazzjoni turistika, fost affarijiet oħra, biex ikunu preparati aktar minn qabel għal meta s- sitwazzjoni tiġi għan-normalità. Żmien li jasal ukoll. Saru u qegħdin isiru investimenti li ċertament se jkunu qegħdin jirrendu fil- futur. Investimenti ta' kull xorta, inkluż fir-riżors uman. Meta tara lill-privat miexi f 'din id-direzzjoni tkompli timtela' bil-kuraġġ għax dan ikun qiegħed jikkumplimenta d-determinazzjoni tal-Gvern li lil dan is-settur ikompli jsaħħu. Aktar u aktar meta huwa fatt magħruf li t-turiżmu huwa wieħed mill-pilastri ewlenin tal- ekonomija ta' pajjiżna. Komplejt inqawwi l-kuraġġ u d-determinazzjoni meta nhar it-Tnejn li għadda attendejt għall-ftuħ uffiċjali tas-sena akkademika tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS). Tagħmel kuraġġ ta' sur tara daqstant żgħażagħ jesprimu fiduċja fl-industrija turistika. Tissoda fid-determinazzjoni tiegħek meta tara li n-numru ta' applikazzjonijiet reġistrati mal-ITS għas-sena akkademika 2020-21 huwa wieħed rekord. Meta tara li n-numru ta' reġistrazzjonijiet għal din is-sena akkademika żdied bi 22.2% fuq is-sena akkademika 2019-2020 u żieda ta' 136% fuq is-sena akkademika 2018-2019. Tqawwi qalbek tisma' student żagħżugħ tal-ITS, Charles Mercieca, President tal- Kunsill tal-Istudenti, jiddikjara li għażlu l-ITS għax għandhom tama qawwija fil-futur tal- industrija tat-turiżmu u jridu jassiguraw lilhom infushom li jkunu preparati tajjeb ladarba l-industrija tat-turiżmu tiġi lura għan-normal. U meta tara l-mod li bih l-ITS ħadmu tul ix-xhur li għaddew biex nhar it-Tnejn li għadda bdew uffiċjalment is-sena akkademika 2020- 2021 u kif eventwalment huma preparati għal kull eventwalità tifhem aktar kif anke f 'din il-fergħa ħtafna ċ-ċirkostanzi preżenti biex sfida indawruha f 'opportunità. Sadattant qegħdin naraw fil-konkret kif is-settur beda jiċċaqlaq wara li f 'dawn l- aħħar xahrejn ittaffew ftit ir-restrizzjonijiet ġustifikati li kienu ttieħdu biex tkun kontrollata kemm jista' jkun l-imxija Covid-19. F'Lulju li għadda erġajna ftaħna l- ajruport, ftuħ ristrett b'diversi prekawzjonijiet, li ta l-ewwel riżultati. Ċifri uffiċjali pubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika juru li f 'Lulju żaru pajjiżna 48,746 turist. Matul ix-xahar ta' wara, Awwissu, din iċ-ċifra telgħet għal 114,458, li tfisser żjieda ta' 65,715 turist. L-istatistika turi wkoll li madwar tliet kwarti tat-turisti, ftit aktar minn 76,000 qattgħu f 'pajjiżna sebat iljieli jew aktar. Dan juri li l-qagħda tagħhom f 'pajjiżna kienet d-doppju ta' dik li kienet reġistrata f 'Lulju ta' qabel meta ċ-ċifra ta' ljieli kienet turi ftit aktar minn 596,000 lejl paragunati ma' 1,075,823 lejl f 'Awwissu. Huwa kalkulat li l-wasliet turistiċi f 'Awwissu ħallew fl-ekonomija ta' pajjiżna ftit inqas minn €95 miljun. Sadattant, fit-tielet ġimgħa ta' Awwissu ftaħna wkoll il-portijiet tagħna. Anke hawn b'diversi restrizzjonijiet ġustifikati, bl-ewwel cruiseliner jidħol fil-21 tax- xahar. Iċ-ċifri li rreferejt għalihom trid tikkunsidrahom fiċ- ċirkostanzi li qegħdin ngħixu fihom. Madankollu huma ħjiel aktar minn biżżejjed tar-rieda, tad-determinazzjoni, ta' ħidma kontinwa li verament jirriflettu li l-isfida li ġabet magħha l-pandemija Covid-19 dawwarniha u se nkomplu nitrattawha bħala opportunità biex insaħħu aktar dan il-pilastru ekonomiku ta' pajjiżna. L-għajnuna finanzjarja kbira li l-Gvern ta, qiegħed u se jkompli jagħti lil din l-industrija kienet u hija kruċjali biex ġew salvati eluf ta' impjiegi fis-settur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020