Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 • illum L-oroskopju ta' New Moon fiż-żodijaku ta' Libra mill-Ħadd 11 t'Ottubru sas-Sibt 17 t'Ottubru Il-kummenti tagħkom dwar din il-paġna Minn dan ix-xahar ser nibda nwassal kompetizzjoni b'differenza. Nixtieq li tiktbuli l-kummenti tagħkom dwar din il-paġna. Nixtieq li tiktbuli wkoll is-suġġerimenti tagħkom biex intejbu din il-paġna. Din hija l-paġna tagħkom il-qarrejja u nixtieq li tkunu parti minn din il-paġna bil-kummenti u s-suġġerimenti tagħkom. L-aħjar tliet kummenti u suġġerimenti jingħataw kalendarju żodijaku b'xejn għall-valur ta' €15. Dan mhux biss. L-aħjar 7 kummenti u suġġerimenti ser jingħataw 3 xhur b'xejn tal-gazzetta ILLUM għall-valur ta' €17. Toqgħodx taħsibha. Iktbilna fuq: PaulJon '' ILLUM '' PO Box 27 Paola L-ittri ser jiġu milqgħu sas-27 t'Ottubru u l-Ħadd 8 ta' Novembru jitħabbru r-rebbieħa. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodijaku f 'dan in-new moon għalik bħala Aquarius ser iġġiegħlek taħseb li wasal il-mument li tibdel l-istil ta' ħajja madwarek. Ipprova twebbisx rasek għal din il-fażi għax il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li riesaq lejk u anke biex inti tagħraf lilek innifsek. Irrifletti sew dwar dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Aries. Aquarius huma magħrufin bħala nies ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodijaku f 'dan in-new moon bħala Pisces ser jagħmlek persuna aktar iddixxiplinata. Din il-fażi ser tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha se tlaqqgħek ma' opportunitajiet ġodda bi probabbilità ta' prospetti tajbin. Minn issa trid tagħraf tkun aktar imħejji għal dak li hemm riesaq biex turi l-kapaċitajiet tiegħek kollha. L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. Iż- żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Sagittarius. Pisces magħrufin bħala nies ta' moral effettiv ħafna. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodijaku f 'dan in-new moon għalik bħala Aries ser iwasslek biex iżżomm kalm u ma twettaq l-ebda azzjoni negattiva. Grazzi għal din il-fażi ser titgħallem mill-esperjenzi passati u biex ma terġax tirrepetihom. Hekk int tkun tista' tħares aktar bi prosperità lejn dak li ġej lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Virgo. Aries huma magħrufin bħala nies rashom iebsa. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodijaku f 'dan in-new moon għalik bħala Taurus ser ikun fażi fejn ser tħoss li l-pożizzjoni finanzjarja tiegħek ser tibda tirpilja wara li s'ssa kienet imwaħħla. Għalhekk jekk minn issa tagħraf tagħmel forma ta' skeda ta' kif tagħraf il-finanzi, żid l-attenzjoni tiegħek sabiex tkompli tissaħħaħ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Capricorn. Taurus huma magħrufin bħala nies stabbli. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodijaku f 'dan in-new moon għalik bħala Gemini ser ikun fażi importanti li toħroġ iżjed il-potenzjal kollu tiegħek. Għalkemm xi wħud madwarek mhumiex jaraw li dan ser ikun pass importanti iżda int trid tibqa' għaddej bil-pjanijiet tiegħek sabiex hekk tibda twettaq dak li vera tixtieq u turi fejn kapaċi tasal. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Libra huma magħrufin bħala nies immotivati. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodijaku f 'dan in-new moon għalik bħala Cancer ser joħloq sitwazzjoni fejn ser tagħraf il-bżonn li ddur dawra sew madwarek. F'dawn il-ġimgħat li ġejjin għandek tosserva ferm aktar il-madwar tiegħek sabiex tkun tista' tanalizza u tieħu direzzjoni biex tħares lejn il-futur bi stabbilità. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Taurus huma magħrufin bħala nies pożittivi. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodijaku f 'dan in-new moon għalik bħala Virgo ser ikun mument ta' aktar impenn u responsabbiltà fil-ħajja ta' madwarek sabiex minn issa tibda tagħraf kemm int responsabbli f 'dak li għandek u dan ser jgħinek ittejjeb il-madwar kollu tiegħek u tkun tista' tagħraf aħjar dak li riesaq lejk. Irrifletti sew dwar dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Cancer. Virgo huma magħrufin bħala nies li jimxu mal-mument. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodijaku għall-istess Libra ser ifisser tkun fażi ta' aktar impenn fil-karriera tiegħek sabiex tkun tista' tagħti spinta kemm sabiex ittejjeb il-madwar tiegħek u anke biex twessa' dak li kabbart s'issa. Minn issa trid tagħraf tkun aktar għaqli għax fil-ġimgħat li ġejjin għandek aktar opportunitajiet ġejjin. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Pisces. Libra huma magħrufin bħala nies ta' tmexxija intensiva. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Iż-żodijaku f 'dan in-new moon għalik bħala Sagittarius ser ikun ifisser aktar impenn fl-abbiltà tiegħek fejn għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazzjonijiet iebsa dan se jagħmlek tagħraf aktar il-kapaċitajiet tiegħek sabiex minn issa tagħraf fejn verament tixtieq tasal. Agħraf l-esperjenzi tal-passat sabiex tkompli tissaħħaħ. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Leo. Sagittarius huma magħrufin għas- sensittività tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodijaku f 'dan in-new moon għalik bħala Scorpio ser ikun fażi ta' preparazzjoni f 'dak li riesaq lejk sabiex barra li tkun aktar imħejji tkun tista' ttejjeb aktar ħiltek. Fil-ġimgħat li ġejjin ser tersaq persuna li toffrilek opportunità iżda ħu l-pariri qabel tagħmel il-passi tiegħek. Agħraf dan sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Aquarius. Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Iż-żodijaku f 'dan in-new moon għalik bħala Capricorn ser ikun ifisser aktar ippjanar dettaljat fil-madwar kollu tiegħek. Dan ser jagħtik iċ-ċans tagħraf sew il-madwar komplut tiegħek mill- att ta' preżentazzjoni u organizzazzjoni. Dan huwa tibdil meħtieġ. Irrifletti sew dwar dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Erbgħa. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Gemini. Capricorn huma magħrufin bħala nies b'ideat pożittivi. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodijaku f 'dan in-new moon għalik bħala Leo ser ikun fażi sabiex tanalizza li kollox għandu l-ħin tiegħu għalhekk agħraf biex tibda tkun aktar iffokat. Dan iwasslek tagħraf li wasal iż-żmien li tibdel fehmtek fuq ċertu sitwazzjonijiet madwarek. Dan ikun il-pass ta' aktar stabbiltà f 'dak li tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il- ġimgħa ġej minn Scorpio. Leo huma magħrufin bħala nies ta' fehma soda. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020